Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum Sports 31 fil-plejers tagħna. Kif taf mill-ewwel diviżjoni sal- Premier hemm qabża kbira. X'taħseb? Naqbel miegħek li mill-ewwel diviżjoni għal Premier hemm baħar jaqsam. Iżda jien mhux bniedem li nħobb ninfaxxa rasi qabel ma naqsamha. Jekk ser nagħmlu xi rtokki ser nagħmluhom biss jekk ikun hemm bżonn. Jien nemmen illi ma mxejniex din it-triq kollha u mbagħad ikollna nduru għal darb'oħra. Ser nagħmlu l-irtokki kollha neċessarji iżda fejn ikun hemm il-ħtieġa. Ma nistgħux nagħmlu dan u nibagħtu ż-żgħażagħ tagħna band'oħra u nġibu lil xi ħadd li mhux aħjar minnhom. Semmejt il-famuża riċetta għas- suċċess. Iżda x'inhu s-sigriet ta' din ir-riċetta? M'hemm l-ebda sigriet. Naħseb li l-għaqda kienetl-ingredjent ewlieni għas-suċċess miksub minn Pietà Hotspurs. Nemmen anke li dan it-trijonf wasal grazzi għall-kowċis tan-nursery li huma ddedikati u li pprovdulna plejers ta' ċerti kwalità. Bniedem li naħdem ħafna miegħu huwa l-headkowċ Silvan Ciscaldi li huwa tekniku, iddedikat u jaf xi trid. Ma Silvan, in-nursery imxiet 'il quddiem ħafna. Madwari għandi lil Mark Vella, Roderick Agius u Johan Cilia li jagħmluli xogħli ferm eħfef. Għalhekk ngħidlek illi l-plejers illi ġew għandi għaddew mill-għarbiel ta' dawn il-kowċis kollha sa ma waslu biex għamluha mal-iskwadra tal-kbar. X'ser ikun il-futur tiegħek bħala kowċ ta' Pietà? Jekk Alla jrid fadalli sena oħra fil-kuntratt. Nista' ngħid li l-kumitat jinsab kuntent bix-xogħol li qed nagħmel u ninsab fiduċjuż li ser nibqgħu sejrin f 'din it-triq. Poġġejt bilqiegħda flimkien mal-kumitat u bdejna naħsbu x'ser ikunu l-akkwisti u anke l-metodu li ser naddottaw is- sena d-dieħla. Filwaqt li l-plejers ħadu l-mistrieħ kollu li kellhom jieħdu, ġimgħa wara li spiċċa l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni bdejna nxammru il-kmiem ħa nkunu ppreparat sew għall-istaġun li ġej. Naf li int għalliem. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-iskola u mal-kowċing? Nista' ngħidlek li mhux faċli iżda bl-għajnuna ta' kulħadd jirnexxieli. Nemmen ħafna li għandek tqassam ħinek sewwa u bil-għaqal u b'xi mod tlaħħaq. Minkejja li jkollok ħafna truf ladarba tqassam ħinek mill-aħjar li tista' m'għandekx problema. Fl-istess ħin dejjem insib iċ-ċans noqgħod mal- familja għax dik tiġi l-ewwel u qabel kollox. Nemmen ukoll illi f 'kull settur li jien involut fih, nagħti l-mija fil-mija tiegħi. Kollox fih l-importanza tiegħu. Hawn min jgħid li l-futbol Malti marid. Taqbel ma' din l-opinjoni? Jiddependi x'tifhem biha marid. Meta bniedem ikun marid, hemm il-kura għalih u jekk ifittex it-tobba speċjalizzati kapaċi jfiq. U hekk nemmen fuq il-futbol Malti. Jekk il- marid lest li jieħu l-kura u jqum fuq saqajh ikun kapaċi jissaffa minn dan kollu. Mingħajr ma nkun prużuntuż, timijiet bħalna wrew li l-futbol Malti huwa taż-żgħażagħ u tal-Maltin. Il-futbol tagħna huwa nadif u jispira enerġija kbira għax nagħtu l-qalb f 'dak kollu li nagħmlu. Jien nħeġġeġ lil dawk kollha li jaraw il-ħazin sabiex jirrapurtaw jew għallinqas ma jkunux involuti fiha. Il- futbol li tant inħobbu rridu nsostnuh u ngħinuh. Kemm temmen li hi kbira l-korruzzjoni? Ma nafx kemm tista' tkun. Jien personali naf li jien ċittadin onest u jekk insir naf li hemm xi ħaġa ħażina għaddejja, serraħ rasek li ser inkun jien stess li nirrapporta l-ewwel. Għandi komunikazzjoni tajba ma' ħafna nies u għandi r-rispett ta' kulħadd. Żgur li ma nistgħux inkunu negattivi. Iżda taħseb li tista' tissolva din il- problema? Ħa ngħidlek jien bniedem pożittiv ferm u nemmen li jekk niġġieldulha kapaċi nirbħu l-ħażin li xi kultant jaf jirrenja. Issa jiddependi mill-marid jekk iridhiex il-kura. Kien hemm pajjiżi li kienu ser jisfaxxaw iżda bir- rieda ta' kulħadd reġgħu qamu fuq saqajhom. Naf li int missier Shona Zammit li hija waħda mill-iktar plejers prominenti mhux biss mal-klabb li tilgħab miegħu iżda anke mat-tim nazzjonali Malti. Nimmaġina li int xprunajtha ferm biex waslet fejn tinsab illum. Meta kienet żgħira nammetti li kont ngħina kemm nista' u nagħtiha l-pariri. Illum inħoss illi għandha grupp ta' kowċis tajbin ħafna u allura nħalli f 'idejhom. L-uniku dnub hu li forsi bħala midja l-futbol tan-nisa ma jingħatax prominenza bħalma jingħata dak tal-irġiel. Fuq Shona nista' ngħid li hija sportiva kbira u bħali tħobb il-futbol onest u li jintlagħab bil-qalb u bid-determinazzjoni u fuq kollox li dejjem tfittex li titjieb u tħares 'il quddiem fil-karriera tagħha. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek lill-partitarji ta' Pietà li għalkemm mhumiex kbar fin- numru iżda huma kbar fil-qalb. Nixtieq nirringrazzja lill-partitarji li kienu magħna matul l-istaġun kollu. Plejers, kumitat, staff kollu involut u bla dubju anke l-partitarji kienu ta' għajnuna kbira għalina sabiex wasalna s'hemm. Is-sena d-dieħla meta ser inkunu qed nirfsu l-ħaxix ta' Ta' Qali ser inkunu ftit emozzjonati iżda l-fatt li se jkollna lilhom warajna, jagħtina kuraġġ ta' sur! għas-suċċess miksub minn Pietà Hotspurs' Huwa l-kowċ ta' Pietà Hotspurs li matul l-istaġun li għadda wassal lil dan it-tim biex jikseb il-promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier. Bħala plejer lagħab ma' St George's FC raħal twelidu. Qabel ingħaqad ma' Pietà Hotspurs, kien imexxi lil Fgura Unitedu qabilhom St Georges FC bħala kowċ. RAMON ZAMMIT Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018