Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum Sports 29 Alexander Pettett jiddomina t-tellieqa tal-Elite u tasal it-tielet rebħa għal Marie Claire Aquilina ILKAMPJONAT tar- Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ġie fi tmiem tiegħu l-Ħadd 8 ta' Lulju 2018 bit-tielet u l-aħħar tellieqa Tal-Maqluba, Żurrieq/Qrendi. Fil-kategorija Elite, Alexander Pettett ta' Pro Action - Volata CT rebaħ it-tiġrija ta' għaxar dawriet għal distanza ta' 100km f 'ħin ta' 2:38:39.67. It-tieni u t-tielet post kienu deċiżi permezz ta' photo finish fejn Pierre Borg - Mosta AF Sign Studio CC spiċċat it-tieni f '2:39:17.56, filwaqt li Christian Formosa ta' The Cyclist daħal it-tielet f '2:39:17.60. Marie Claire Aquilina tat-Team Greens għal darb'oħra spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-Nisa meta għamlet is-seba' dawriet tagħha ta' 70 km, f 'ħin ta' 2:04:45.38. Ċiklisti oħra minn Team Greens spiċċaw fuq il-podju, it-tieni Danica Bonello Spiteri (2:06:05.68) u t-tielet Michelle Vella Wood (2:34:36.11). Isaac Spiteri ta' The Cyclist għal darb'oħra reġa rebaħ it-tigrija tal- kategorija tal-Juniors meta temm t-tmien dawriet ta' 80 km f '1:53:51.48. Gianluca Camilleri ta' Birkirkara St. Joseph SC irtira matul it- tiġrija. Il-kategorija Masters 40+ intrebħet minn Ivan Zammit ta' Birkirkara St. Joseph SC meta spiċċat is-seba' dawriet (70 KM) f '1:52:29.60. It-tieni u t-tielet post spiċċaw żewġ ċiklist minn The Cyclist, Antoine Sultana (1:52:30.10) u Malcolm Cachia (1:52:37.27). Il-kategorija Masters 50+ ġiet mirbuħa minn Mark Schembri tal-Mosta AF Sign Studio CC li spiċċa l-ħames dawriet tiegħu f '1:20:43.88. Huwa kellu sfida qawwija minn sieħbu Steve Mifsud (1:20:46.45). Fit-tielet post spiċċa Joseph Micallef ta' The Cyclists li temm it-tellieqa tiegħu f '1:20:50.96. Il-kategorija Under-16 ġiet mirbuħa minn Sean Enriquez tal-Mosta AF Sign Studio CC Micallef u għamel il-ħames dawriet tiegħu ta' 50 KM f '1:29:10.39. Qrib tiegħu daħal Mika Zammit ta' Agones SFC f '1:29:20.19. Il-kategorija tal-Under-14 Girls reġgħet inrebħet minn Christina Spiteri ta' The Cyclists li spiċċat iż-żewġ dawriet tagħha ta' 20 KM f '0:35:10.32. Wara t-temmet it-tiġrija Justine De Giorgio mill-Mosta AF Sign Studio CC f '0:39:33.16. Matthew Galea Pirotta ta' Mosta AF Sign Studio CC rebaħ it-tielet tigrija tiegħu li kienet tikkonsisti fi tliet dawriet fil-kategorija tal-Under-14 ta' Boys f '0:53:06.54. Warajh daħlu żewġ ċiklisti oħra ta' Mosta AF Sign Studio CC, Tristan Joseph Aquilina u Nathan Zammit b'ħinijiet rispettivi ta' 0:58:07.36 u 1:00:08.29. Wara t-tiġrijiet, Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, assistit mill-President John Zammit ippreżenta lir-rebbieħa kollha bil- medalji. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq tgħid grazzi liċ-ċiklisti kollha għall- parteċipazzjoni tagħhom kif ukoll lill-uffiċjali tal- klabbs kollha, il-membri u l-pubbliku ġenerali għall-kollaborazzjoni u l-koperazzjoni sportivi tagħhom. Grazzi oħra tmorru wkoll għat-tim tal-ARRTS Timing System s-Sistema għax-xogħol kbir tagħhom. Radd ta' ħajr wkoll għall-Kunsilli Lokali taz-Zurrieq u l-Qrendi, Transport Malta, Pulizija u Emergency First Response għas-servizzi u l-koperazzjoni tagħhom. Alexander Pettet u Marie Claire Aquilina fuq il-podju -ewwel post Jitwaqqaf il-Kumitat Paralimpiku Malti BIDU ġdid għall-Isport Paralimpiku Malti bit-twaqqif tal-"Il-Kunsill tal-Para Atleti Malti" u tal-"Kumitat Paralimpiku Malti" ("MPC") li qed jiġi fdat bl-iżvilupp tal- isport għall-atleti b'diżabilità fiżika. Il-MPC se jopera taħt l-awspiċi tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali, bi struttura analoga għall- Kumitat Olimpiku Malti. Il-mira immedjata hija li li Malta tibgħat tim b'saħħtu ta' paraatleti għal-Logħob Paralimpiku ta' Tokyo 2020 u li jinħoloq qafas sostenibbli u professjonali sabiex para atleti b'diżabilitajiet fiżiċi jkunu jistgħu jipprattikaw u jikkompetu f 'sports kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali. L-ewwel Kumitat Eżekuttiv elett tal-Kumitat Paralimpiku ta'Malta, magħmul minn Prof. Joseph N. Grima (President), Dr Julian Bajada (Segretarju Ġenerali), is-Sur Nello Calleja (Treasurer), Ms Vladyslava Kravchenko (Rappreżentant tal-Atleti), u l-membri eżekuttivi li ġejjin, is-Sur Simon Zammit, Sur George Vella, is-Sur Joseph Bajada u s-Sinjura Carmen Borg, ġie approvat b'mod unanimu mill- assoċjazzjonijiet nazzjonali Maltin tal-isport li kienu preżenti fil-Laqgħa Ġenerali inawgurali li saret nhar il- Ġimgħa 6 ta'Lulju 2018. Dan il- kumitat huwa wieħed b'saħħtu u jinkludi atleti, kowċis, referis, ġenituri, dilettanti sportivi u persuni b'esperjenza fl- amministrazzzjoni sportiva. Is-Segretarju Ġenerali elett, Dr Julian Bajada (paratleta u gradwat fil-liġi mill-Università ta' Malta u l-Università ta' Cambridge) qal li: "Dan huwa mument storiku għall-iSports Paralimpiku f 'Malta - għandna triq twila quddiemna, imma aħna tim ambizzjuż ta' individwi ddedikati li jixtiequ jagħmlu differenza tanġibbli fil- ħajja tal-Para Atleti tagħna." Imwieled b'numru ta'nuqqasijiet fiżiċi u wara li għadda minn serje ta' operazzjonijiet serji, Julian enfasizza l-benefiċċji ta' l-isports, u nnota li "hemm aktar minn 15,000 individwu li huma reġistrati b'nuqqasijiet fiżiċi f 'Malta - irridu nbiddlulhom ħajjithom bis-saħħa tal-isport. Illum il-ġurnata, l-Paratleti Maltin u Għawdxin tgħoddhom fuq subgħajk. Dan huwa fatt mhux aċċettabbli u għalhekk għandna responsabbiltà kollettiva biex inbiddlu r-realtà." Bl-istess ħsibijiet, il-President elett, il-Professur Joseph N. Grima, enfasizza x-xewqa tal-Kumitat Eżekuttiv li jħalli marka fuq l-Isport Paralimpiku f 'Malta, u qal li "illum huwa l-ewwel pass f 'vjaġġ twil li se juri lil kulħadd li para atleti b'diżabilitajiet fiżiċi ma jafux limiti." Grima kompla billi ddikjara li: "Aħna impenjati li naħdmu mal- Assoċjazzjonijiet Nazzjonali, para-atleti u l-kowċis tagħhom biex nuru li l-Para Sports huwa element ċentrali u importanti fl-isport Malti. Irridu nimxu mill-inklużjoni fuq il-karta għall-inklużjoni fil-prattika biex kull atleta Malti, mingħajr eċċezzjoni, ikun jista' jibbenfika b'mod sħiħ mill-isport." Vladyslava Kravchenko, accountant u l-ewwel għawwiema femminilili rrappreżentat lil Malta fil- Logħob Paralimpiku ta' Rio 2016, ġiet ukoll approvata bħalac-Chairperson tal- ewwel Kunsill tal-Atleti Paralimpiċi ta' Malta, u se tkun ir-Rappreżentant tal-Atleti fl-Kumitat Eżekuttiv. Vlada rrimarkat li "r-rappreżentazzjoni tal-para atleti fil-livelli tat-teħid tad- deċiżjonijiet hija essenzjali biex tiżgura li l-para atleti jitqiegħdu fil-qalba tal-isport." Il-laqgħa ġenerali kienet segwita mit-tnedija uffiċjali tal-MPC, fejn diversi mistednin distinti ndirizzaw lil dawk preżenti, inklużi: Elissavet Abdelnour(li tirrappreżenta l-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali), Oliver Scicluna (Chairperson tal-CRPD), Ryan Callus (Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Isport), u l-Onorevoli Dr Clifton Grima (Segretarju Parlamentari għall-Isport). Il-membri eletti tal-Kumitat Paralimpiku ta' Malta rrikonoxxew u rringrazzjaw lill-viżjonarji li kienu strumentali sabiex din l-inizjattiva tkun possibbli, b'mod partikolari l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, Sport Malta, il-membri tal-Kumitat Ad-Hoc u l-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi li se jkunu fiċ-ċentru tal- ħidma tal-MPC. L-MPC irringrazzja wkoll lil Nathan Farrugia li kkordina l-isport Paralimpiku f 'Malta qabel ma ġiet stabbilita formalment din l-istruttura preżenti. Il-membri Eżekuttivi eletti tennew li huma ħerqana li jaħdmu bla heda għall- benefiċċju ta' eluf ta' individwi b'nuqqasijiet fiżiċi u li jistabbilixxu relazzjoni miftuħa u kollaborattiva mal-partijiet interessati kollha li jaqsmu l-viżjoni tagħhom dwar l-inklużjoni sħiħa fl- isports. Biex taġħmel kuntatt mal-MPC tista' tibgħat email fuq l-indirizz elettroniku, maltaparacom@gmail.com. Il-Malta Paralympic Committee li twaqqaf l-jiem li għaddew

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018