Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799
Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum Sports 27 Jirbaħ il-Kampjonat Nazzjonali tal-Aquathlon għat-tielet sena konsekuttiva minn Cristian Antony Muscat SHAUN Galea huwa triatleta ewlieni f 'pajjiżna. Għandu 20 sena, u ilu jitħarreġ f 'dan it-tip ta' sport għal dawn l-aħħar ħames snin. F'dawn l-aħħar ħames snin irnexxielu jirbaħ diversi tlielaq fosthom in-'National Aquathlon Championship' għat-tielet sena konsekuttiva fil-jiem li għaddew. L-ILLUM tkellemet ma' Shaun Galea nnifsu fejn tana iktar dettalji: "Ta' età żgħira, ma kont nipprattika l-ebda tip ta' sport u kelli problema ta' piż żejjed. Wara li missieri kien għamel il-'Life Cycle' kien ispirani biex nibda nitħarreġ fuq ir-rota. Bħal kull ħaġa oħra, fil-bidu bdejt insibha iebsa biex nipprattika dan l-isport anke minħabba l-commitment li fih. Però, il-ġenituri tiegħi dejjem tawni s-sapport tagħhom u għenuni kif setgħu. Iktar ma għadda żmien, iktar bdejt nara differenza fil-piż u nkun iktar effiċjenti fit-trejning u għalhekk iddeċidejt li nibda nitħarreġ ma' kowċ, Kevin Zammit, li ntroduċieni fl-isport tat-triathlon, emmen fijja u tani l-għajnuna kemm fiżikament kif ukoll mentalment biex nasal fil-livell li fih ninsab illum il-ġurnata. Grazzi għas-sapport li nsib minn nies ta' madwari, irnexxieli negħleb diversi sfidi u nilħaq l-għanijiet tiegħi. Irnexxieli nikkompeti barra minn Malta grazzi għall-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon u mort anke 'training camps' internazzjonali. Apparti li jġiegħlni nħossni tajjeb fiżikament, dan l-isport għenni nsib bilanċ f 'ħajti kif ukoll sens ta dixxiplina li nġorrha miegħi tul ħajti kollha." Shaun Galea ppreżentat bit-Trofew bħala Champion Nazzjonali tal-Aquathlon L-MWA torganizza b'suċċess il-kompetizzjoni annwali tal-klabbs NHAR il-Ħadd li għadda, l-Għaqda Maltija tal- Weightlifting organizzat b`suċċess il-kompetizzjoni annwali tal-klabbs ġewwa l-Kumpless Sportiv tal- Kottonera. Din is-sena pparteċipaw sitt klabbs ewlenin tal-weightlifiting differenti minn madwar Malta, kollha biex jippruvaw jirbħu x-Shield prestiġjuża. Madankollu, bħalma għamlu fl-2017, il-klabb Alpha Weightlifting wera li kien dominanti, u rebaħ il- Kampjonat tal-Klabb b'aktar minn 650 punt ta' sinclair. Il-klabb Alpha kien rappreżentat minn total tal- aħjar 14-il atleta, li jvarjaw minn dawk ta' anqas minn 13-il sena, żgħażagħ ta' bejn it-13 u l-20 sena u rġiel u nisa fis-sezzjoni tal-kbar. L-MWA ilha taħdem bla heda biex iżżid in-numru ta' żgħażagħ fit-taħriġ ta' dan l-isport u dan huwa rifless fin-numru ta' tfal ta' livell li jikkompetu f 'dawn l-avvenimenti. L-aktar li spikka mill-kadetti kien Kyle Camilleri ta' 12-il sena fejn wera preċiżjoni kbira fil-teknika, li spiċċa b'total ta' 61kilo u 123 punti sinclair. Żgħażagħ oħra li spikkaw kienu Blake Attard, b'total ta 48kilo u 69 punt, kif ukoll Tristan Zammit li spiċċa l-kompetizzjoni nhar il-Ħadd bl-aħjar total personali ta' 154kilo li huwa ekwivalenti għal 170 punt. It-tim tan-nisa kien b`saħħtu ħafna b`atleti tat- tim nazzjonali bħal Yazmin Zammit Stevens, Elisia Scicluna u l-atleta żagħżugħ Shelby Mangion Vassallo kollha mal-klabb Alpha. Kemm Yazmin kif ukoll Elisia spiċċaw b'total ta' 169 kilo u 171 kilo u kisbu 211 u 194 punti sinclair rispettivament. Mangion Vassallo spiċċat bl-aqwa riżultat, 76 kilo fil- Clean & Jerk, flimkien ma' 61 kilo snatch, total ta 137 kilo pproduċa 179 punt sinclair li ħalla numru ta' tmien rekords nazzjonali fil-proċess. L-atleti rġiel tal-klabb Alpha bħal Rodmar Pulis u Vlad Baldacchino li spiċċaw b'total ta' 242 kilo u 265 kilo u kisbu b'284 u 305 punti sinclair rispettivament. Riżultati oħra notevoli ġew mill-atleta żagħżugħ, Andy Grech, li kellu riżultat eċċellenti u spiċċa b'total ta' 205 kilo u 249 punti sinclair, u wkoll Matthew Abela li spiċċa bl-aħjar total personali ta' 165 kilo u 213 punti. It-tim ta' Alpha kien segwit minn Crossfit 356 bl-atleta l-aktar notevoli tagħhom bħala Kyle Micallef li b'total ta' 225 kilo spiċċa 273 punti sinclair. Il-klabb (Nothern Strenght) kisbu t-tielet post bl`ahjar atleti bħal Anton Micallef u Matthew Camilleri tnejn li spiċċaw b'total ta '222 kilo u 235 kilo, ekwivalenti għal 258 u 278 punt. Parteċipanti oħra kienu mil-klabb tal-Universita' ta Malta, Degree Plus, bl-iktar kompetitur li rnexxa kien l-atleta żagħżugħ, Keith Azzopardi, li spiċċa bl-aħjar personali b'total ta' 193 kilo li pproduċa riżultat ta 245 sinclair. Il-klabb Training Room kien rappreżentat b'mod pożittiv mill-atleta Shaun Ciantar, li spiċċa b'total ta' 215 kilo u 273 punt. Shawn Incorvaja kien l-aħjar atleta għal Tritones SC fejn spiċċa b'total ta' 150 kilo total u 174 punt. L-atleta Shelby Mangion Vassallo ser tkun qed tikkompeti fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ il- ġimgha d-dieħla ġewwa Milan bħala parti mill-preparazzjoni twila u iebsa tagħha lejn il-Logħob Olimpiku taż- Żgħażagħ li se ssir ġewwa Buenos Aries fl-Arġentina f 'Ottubru li gej. Kemm il-kowċ tagħha, Jesmond Caruana, kif ukoll l-atleta ser jkunu okkupati fil-ftit xhur li ġejjin li jwasslu għall-YOG biex jippreparaw bis-sħiħ bl-aħjar mod possibbli għal dan l-avveniment ewlieni. Il-klabb tal-Weightliting Alpha - rebbieħ tal-kompetizzjoni tal-klabbs Ritratt: MWA