Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 Minn Albert Gauci Cunningham ILGVERN Malti m'għandu l-ebda pjan li jaċċetta talba għall-ftuħ ta' ċentru illi fih isir l-iproċessar tal-ażil għall-immigranti f 'pajjiżna. Sostna dan il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ma' din il-gazzetta, wara li fl-aħħar Summit tal-Mexxejja Ewropej kien deċiż li jinfetħu ċentri ta' detenzjoni magħluqin (l-immigranti ma jistgħux joħorġu) f 'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, b'mod volontarju. L-għan ta' dawn iċ-ċentri huwa sabiex immigranti jkunu jistgħu jagħmlu t-talbiet tal-ażil fihom, qabel imbagħad jitqassmu f 'pajjiżi differenti, jekk dik it-talba tkun aċċettata. Din il-gazzetta staqsiet lill-Ministru Farrugia jekk Malta taċċettax li tiftaħ ċentru tal-ażil simili u jekk din il-materja kinitx diskussa mal-Prim Ministru. Farrugia qal biss li m'hemm ebda pjan għal ċentru tal-ażil f 'Malta. Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk kien esiġa illi jkun hemm ċentri ta' żbarkar barra l-UE, għalkemm il-UNHCR u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal- Immigrazzjoni (IOM) jixtiequ li dawn ikunu ġol- Unjoni Ewropea. Il-mexxejja Ewropej waslu għad-deċiżjoni illi l-ftuħ ta' dawn iċ-ċentri għandu jkun fuq bażi volontarja u b'hekk ebda pajjiż fl-Unjoni Ewropea mhu taħt obbligu. L-idea li jinfetħu ċentri tal-ażil ma ngħatatx il-ġenb minn Malta biss, fil-fatt anke pajjiżi fit-Tramuntana tal-Afrika, s'issa, ma tantx urew wisq entużjasmu. Mal- ġurnal The Guardian uffiċjali ewlenin tal-Migrazzjoni ammettew li l-ebda pajjiż fl-Afrika ta' Fuq ma qabel li jkollu ċentri bħal dawn. Il-Kummissarju tal-UE Dimitris Avromopolous ammetta wkoll, għalkemm fakkar li l-ebda porposta formali ma kienet għadha saret sal-aħħar ta' Ġunju. Din il-gazzetta hija infurmata li qabel is-Summit proposta għal ċentri simili saret mill- Partit Popolari Ewropew (PPE) li kien qed iħares lejn ftuħ ta' ċentri fl-Albanija. Il-PPE kien qed jittama li l-ftuħ ta' dawn il-postijiet minn fejn ikunu pproċessati t-talbiet ta' ażil, jistgħu jkunu parti minn negozjati ma' dan il-pajjiż biex isir membru tal-UE. Iżda dan sakemm ittieħdet deċiżjoni mill-mexxejja Ewropej stess biex id-diskusjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Albanija biex issir membru tal- UE jkunu posposti. Din il-ġimgħa kien imħabbar li d-diskussjonijiet se jibdew daqs sena oħra, f 'nofs l-2019. Dan ifisser illi kull negozjar dwar ċentri ta' żbarkar probabilment iridu jistennew minn tal-anqas sena oħra. 'M'hemmx pjan għal ċentru ta' ażil f 'Malta' Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia jgħid illi Malta m'għandha l-ebda pjan biex taċċetta ċentri tal-ażil, proposti fl -aħħar Summit tal-mexxejja tal-UE APPLICATIONS OPEN Monday 23 July 2018 Tuesday 24 July 2018 Wednesday 25 July 2018 Thursday 26 July 2018 Friday 27 July 2018 Monday 30 July 2018 Tuesday 31 July 2018 Wednesday 1 August 2018 A B C D – F G – L M N – S T – Z WHEN TO APPLY? DATES: SURNAME STARTING WITH: WHERE TO APPLY? MALTA The Students' House MCAST Main Campus Paola GOZO MCAST Gozo Campus JF De Chambray Street Għajnsielem All applicants must fill in the official Application Form (which can be collected from MCAST, Local Councils, or on the same date of application, from the MCAST Student's House) and submit it together with: • Original ID Card • Original Certificates/result slips (and photocopies) • School Leaving Certificate/SSC&P as applicable (and photocopy) Applicants aged 15 years on application date, must be accompanied by one of his/her parents/guardians. Applications without all the necessary documents, cannot be accepted. Applicants who will be sitting for SEC re-sit examinations in September 2018 and at the time of application (23 July – 3 August) do not satisfy the entry requirements of the course they would like to register for, can apply in another call for applications towards the end of September 2018. Applicants aged 16 and over may ask another person to present their application on their behalf. This trusted representative is to present the following documents when submitting the application form: • Trusted Representation Consent Form (which can be downloaded from www.mcast.edu.mt/consent) duly filled in and signed by the applicant on whose behalf the form is being submitted. • Application Form duly filled in and signed by the applicant • Original ID Card/Passport of both applicant as well as the trusted representative • All originals and copies of Qualifications Certificates/Result slips required for entry into the chosen course Applicants who will be abroad on application dates can submit their application before these dates at the Office of the Registrar, Students' House, MCAST Main Campus, Paola. The travel ticket must be shown as a proof that the Applicant will be abroad. Applicants who wish to apply for courses held in Malta, and who during the days of Receipt of Applications are residing in Gozo, may submit their application at the MCAST Gozo Campus, Għajnsielem. Applicants applying under the Maturity Clause must also present an Employment History Record for any work experience claimed as well as a motivation letter and CV. FURTHER INFORMATION /MCASTmt career.guidance@mcast.edu.mt 2398 7135 / 2398 7136 / 2398 7310 /MCASTmt VISIT HTTP://MCAST.EDU.MT/152 FOR OUR ONLINE PROSPECTUS Applications are received between 8:30am and 12:00pm. It-tqassim ta' stikek tad-dijabete se jżdied f '14-il lokalità INNUMRU ta' lokalitajiet fejn sar it-tqassim tal-istikek tad-dijabete issa żdied b'14-il lokalità oħra filwaqt li għaddej ix- xogħol meħtieġ għall-istess tqassim f 'sitt lokalitajiet oħra u fil-gżira Għawdxija. L-14-il lokalità ġdida huma l-Kalkara, San Pawl il-Baħar, Ħaż-Żabbar, Tal-Pietà, il-Qawra, Ħaż- Żebbuġ, Marsaxlokk, Wied il-Għajna, Buġibba, iż- Żejtun, is-Siġġiewi, ir-Rabat, Ħal Għaxaq u Ħal Qormi. Aktar kmieni din is-sena kien diġà sar tqassim simili fil-lokalitajiet tal-Marsa, il-Ħamrun, il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Baħrija, Ħad- Dingli, il-Fgura, l-Imġarr, l-Imtarfa u Santa Venera. Il-lokalitajiet li fuqhom għaddej ix-xogħol b'ritmu avvanzat huma San Ġiljan, Birgu, Bormla, l-Isla, ix- Xgħajra, il-Mellieħa u Għawdex. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ta' kull sena se jkunu qed jitqassmu mas-16- il miljun stikka lil madwar 30,000 persuna dijabetika f 'pajjiżna, bl-ispiża ta' madwar miljun ewro. "Ta' kull xahar pazjenti li jiġbru l-mediċini minn lokalitajiet diversi tal- Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek se jkunu qegħdin jirċievu ittra biex jiġbru l-istikek tagħhom. Il-proġett kien beda fl-2016 fejn l-ewwel li bdew jingħataw stikek b'xejn kienu t-tfal. Wara gradwalment żdiedu d-dijabetiċi tat-Tip 1 kollha u wara d-dijabetiċi tat-Tip 2 li qegħdin fuq l-insulina. Dawn kollha qed jingħataw erba' stikek kuljum filwaqt li dawk fuq il-mediċina orali jingħataw stikka waħda kuljum." Il-programm ta' tqassim ta' dawn l-istikek miexi skont kif ippjanat u huwa mistenni li sa tmiem din is-sena jkunu intlaħqu l-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex kollha. Fi kliem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas- Saħħa "din hija prova oħra tal-prijorità li l-Gvern jagħti lill-qasam tas-saħħa u tad- determinazzjoni tiegħu li jkompli jgħolli l-livell ta' servizz tas-saħħa li jingħata liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Meta tqis iċ-ċokon ta' pajjiżna u tikkonsidra x'jipprovdi liċ-ċittadini tiegħu ssib li għandna biex inkunu kburin."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018