Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799
illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 23 TV/Ċinema ĦAFNA mil-logħob li t-tfal ta' 30 sena ilu jew aktar kienu jilgħabu fil- preżent intesa jew spiċċa għalkollox. Tag hija kummiedja Amerikana, ibbażata minn fuq storja vera li ġiet ippubblikata f 'The Wall Street Journal. Fl-1983, grupp ta' tfal ta' madwar 9 snin il-wieħed kienu jħobbu jilagħbu logħba fejn wieħed minnhom irid jiġri wara l-oħrajn u jekk jirnexxielu jmiss lil xi ħadd jgħidlu inti biha u jkun imiss lil dan jiġri warajhom. Dawn kienu jilagħbuha fix-xahar ta' Mejju biss u l-aħħar wieħed li jispiċċa biha jkollu jistenna sena oħra. Fil-preżent, Hoagie Malloy (Helms), Jerry Pierce (Renner), Bob Callahan (Hamm), Randy Chilly Cilliano (Johnson) u Kevin Sable (Buress) issa adulti sewwa u impjegati, xorta baqgħu b'din is-sistema. Huma qed jippreparaw bis-sħiħ għall-maratona ta' ġiri wara xulxin u magħhom jiżdiedu Anna (Fisher), il-mara ta' Hoagie u Rebecca Crosby (Wallis), ġurnalista ta' The Wall Street Journal. B'entużjażmu kbir fuqhom, minkejja l-età qed jippreparaw għall-iżvog tagħhom ta' ġiri, qbiż u anki titjiriet fuq xulxin, l-aktar fuq Jerry Pierce, l-iżjed wieħed ħafif u alert li dejjem żgiċċa mill- kastig. It-tir ta' Hoagie hu li fl-aħħar jonsob lil Pierce waqt it-tieġ tiegħu. Tag minkejja li hu farsa sfrenata, b'mumenti nfantili, fejn dawn il- kompetituri jweġġħu u anki jkun hemm min jispiċċa l-isptar, jfakkar f 'logħba sabiħa tat-tfulija, magħrufa wkoll bħala d-daqqa xejn, b'mod nostalġiku. Fil-final jidhru grupp tal-għaxar irġiel oriġinali li għadhom ħerqana sewwa jilagħbu t-Tag! Tag Atturi Ewlenin: Ed Helms; Jeremy Renner; Jon Ħamm; Jake Johnson; Hannibal Buress; Annabelle Wallis; Isla Fisher Direttur: Jeff Tomsic. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 100 min Ċert 15. Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa SENSIELA bi promessa mill-aktar biżarra, li fir-realtà l-ebda gvern fid-dinja mhu se jħaddanha, bdiet ħames snin ilu b' The Purge. Issa, wasalna fir-raba' puntata, The First Purge, fejn se mmorru fil-bidu nett kif din il-liġi bdiet. Biex titnaqqas il-kriminalità fil- pajjiż, il-gvern Amerikan alloka ġurnata fis-sena fejn kulħadd jista' jieħu l-liġi f 'idejh, saħansitra anki joqtol. Esperiment sempliċi li bih suppost titnaqqas il-kriminalità billi dawn joqtlu lil xulxin, jiżvolġi verament żmerċ meta anki dawk ta' natura paċifika huma l-mira ta' dawn il-ħamalli ħafna minnhom lebsin il-maskra. Il-NFFA (New Founding Fathers of America) qablu li din l-aggressjoni jibdewha f 'kommunità iżolata ta' Staten Island, New York. Il-vjolenza ta' dawn l-oppressuri malajr issib quddiemha r-rabja ta' dawk ta' natura kwieta u b'hekk, is- sitwazzjoni se tiħrax u tinfirex mal-pajjiż kollu. Dmitri (Noel) meta jsir jaf li l-belt tiegħu ġiet magħżula għal dan l-esperiment mhu se jħalli lil ħadd jiggradixxi lill-attivista tal-kommunità' Nya (Scott Davis), il-maħbuba tiegħu u lil ħuha ż-żgħir Isaiah (Wade). Hu u ħbiebu se jkunu lesti jipproteġu b'kull mezz l-għeżież tagħhom. The First Purge wara bidu kwiet jiżvolġi f 'sensiela ta' ġlied, sparar u qtil mingħajr serħan. The First Purge Atturi Ewlenin: Y'lan Noel; Lex Scott Davis; Joivan Wade; Marisa Tomei; Patch Darraġh. Direttur: Gerard McMurray. Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 97 min. Ċert. 15 Expedition Unknown: Viking Special | 22:00 on Travel Channel WARA għaxar snin mill-furur li qajjem il-film Mamma Mia! The Movie, ibbażat minn fuq il-wirja tal- palk u l-kanzunetti tal-grupp Zvediz ABBA, se nerġgħu nżuru l-gżira ezotika u maġika Griega ta' Kalokaini għal kważi sagħtejn sħaħ ta' kant, żfin imħarrek u allegrija. Mamma Mia! Here We Go Again mhux propjament sequel tal-film tal- 2008, għax din il-produzzjoni talterna bejn il-preżent u l-passat ta' kważi 40 sena ilu. Il-film ta' qabel l-aktar li ffoka fuq Sophie Sheridan (Seyfried), it-tifla ta' Donna (Streep, hawn f 'parti ċkejkna) li tkun trid taf min hu missierha propju mit-tliet irġiel li kienet tħobb ommha u tistedinhom kollha għat-tieġ. Din id-darba l-protagonista hija l-ħelwa u vivaċi Lily James fil-parti ta' Donna żagħżugħa li, wara li ggradwat mill- Università ta' Oxford, l-ispirtu liberu ta' avventura jaħkimha bil-kbir tant li timbarka fuq ġiri madwar l-Ewropa u tispiċċa fuq il-gżira żgħira ta' Kalokaini, fejn jingħaqdu magħha żewġ kollegi ta' żmien Oxford, Tanya u Rosie. Ikun hawn li Donna tesperjenza intriċċi romantiċi minn tliet ġuvintur li Sophie tistieden għat-tieġ wara li ommha mhix deċiża min minnhom hu l-veru missier tagħha. Fil-preżent, Sophie bl-għajnuna ta' Sam (Brosnan), il-missier tar-rispett qed tirrestawra t-taverna fejn ommha kienet tkanta. Wara maltempata li tkisser kollox, numru kbir ta' sajjieda jiġu biex jirranġaw il-Hotel Bella Donna. Fl-aħħar, tasal ukoll in-nanna Ruby (il-kantanta Cher) li għadha tassew attraenti u li jieħu grazzja magħha Senor Cienfuegos (Garcia), il-maniġer tal-hotel. Sophie u l-maħbub tagħha Sky (Cooper) ukoll għandhom sigriet ta' ferħ li dalwaqt jiżviluppa. Mamma Mia! Here We Go Again tassew jaqbad l-atmosfera brijuza tal-kanzunetti tal- ABBA, tant eżegwiti tajjeb mit-tim kollu, speċjalment minn Lily James u Cher. Għaxar snin ilu, fost il-bqija tad-dinja, il-Maltin kienu ġġennu wara l-ewwel xogħol u niżgurahom li għandhom jagħmlu l-istess b'din il-produzzjoni! Mamma Mia! Here We Go Again Atturi Ewlenin: Amanda Seyfried; Lily James; Pierce Brosnan; Stellan Skarsgaard; Colin Firth; Christine Baranski; Julie Walters; Dominic Cooper; Andy Garcia; Cher; Meryl Streep. Direttur: Ol Parker. Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 114 min. Ċert. PG.