Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham L-immigrazzjoni; il-kalkoli F'kull ħaġa li jagħmlu l-politiċi dejjem jaraw x'se jirbħu u x'se jitilfu. L-immigrazzjoni hija suġġett jaħraq. Id-dgħajjes mill-Afrika kif jistgħu jaff etwaw il-fortuni politiċi ta' Muscat u Delia? LIMMIGRAZJONI tidher li se tkun il-kwistjoni politika l-aktar taħraq għal matul dan is-sajf u probabilment ukoll għax-xhur li se jwasslu għall- elezzjoni tal- Parlament Ewropew f 'Mejju tal-2019. S'issa din il-gazzetta, apparti r-rappurtaġġ ġenerali ta' dgħajjes u stqarrijiet politiċi minn Malta u minn Salvini, tat ħarsa wkoll lejn il-liġi tal-UE, kif ukoll lejn is-sitwazzjoni fil- Libja minn fejn qed jiġu ħafna mill- immigranti. F'din l-analiżi se nagħtu ħarsa lejn l-apsett purament politiku tal-kwistjoni u kif l-immigrazzjoni taf taffetwa l-fortuni politiċi, kemm tal-Prim Ministru Joseph Muscat illi se jkun qed jilgħab 'il-karta' politika illi dik tas-sena d-dieħla hija l-aħħar elezzjoni tiegħu, kif ukoll tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista (PN) Adrian Delia li se jkun qed jilgħab il-karta illi din se tkun l-ewwel elezzjoni tiegħu u allura għandu bżonn li jkollu l-partit warajh. Muscat: l-ewwel darba li Laburisti, apertament, qed jikkritikawh... Joseph Muscat huwa figura politika li fost il-Laburisti jinsab fuq pedestall għoli, grazzi għar-rebħiet kbar illi kiseb. L-attivisti Laburisti, jew ħafna minnhom, jaraw lil Muscat bħala l-persuna li salva lill-Partit Laburista mill-estinzjoni li kien hemm tistennieh kieku tilef l-elezzjoni tal-2013 ukoll. Metoforikament, sezzjoni kbira tal-poplu hija kważi lluppjati bir- riżultati ekonomiċi, u allura bil-benefiċċju dirett li qed igawdu minnu huma, kif ukoll mill-fatt illi l-Partit Laburista, politikament, laħaq l-apiċe tiegħu bħalissa. Fid-dawl ta' dan kollu huwa interessanti kif minkejja l-kontijiet fil- Panama u l-allegat raġuni għalfejn infetħu, din il-kwistjoni xorta ma ċaqilqitx lill-għeruq tal-PL biex jilmentaw dwar Muscat daqs l-immigrazzjoni. Imma għaliex? Probabilment dan huwa frott il-fatt li din hija kwistjoni li n-nies qed jarawha u jħossuha. Qed iħossu li l-pajjiż qed isir aktar iffullat, qed jaraw il-popolazzjoni ta' barranin tikber u f 'ċerti żoni ta' ċerti lokalitajiet hemm min qed jesperjenza storbju, ġlied, sokor u nuqqas ta' osservanza tal-liġi. Fuq il-midja soċjali ma kinux wieħed jew tnejn, fuq paġni mmexxijin minn Laburisti akkaniti, li wrew diżapprovazzjoni għall-fatt illi l-Gvern Malti aċċetta li jieħu 50 immigrant minn dawk l-450 li kienu fl-ibħra Taljani. Dan juri illi filwaqt li sezzjoni tal- votanti ta' Muscat huma lesti li jagħlqu għajn jew iżommu lura milli jitkellmu pubblikament fuq matrerji li jitrattaw allegazzjonijiet ta' korruzzjoni, ma jiddejqu xejn jikkritikaw fuq din il- kwistjoni. U dan mhux kliem fl- arja, stħarriġ wara ieħor li sar mid-Dar tal-Midja tagħna (Media Today) juru illi t-tħassib dwar l-immigrazzjoni huwa ogħla fost il-votanti Laburisti, milli dawk Nazzjonalisti. Dan ifisser illi fuq din il-kwistjoni Muscat irid joqgħod aktar attent u juri aktar saħħa, minn kwistjonijiet oħrajn, għax il-mument li jibda jidher 'dgħajjef ' quddiem politiċi Taljani li qed jinjoraw il-liġi u jitfgħu l-ħtija fuq pajjiżna, huwa l-mument li dak li qatt ma ħsibna li se jiġri, jibda jiġri; jiġifieri jibda jitlef il- popolarità u probabilment il-vot ta' wħud li dejjem taw sostenn lill-PL. Id-dilemma ta' Prim Ministru Minkejja l-mewġ li kellu jiffaċċja mill-midja u minn oppożizzjoni konfontattiva u qalila (taħt Simon Busuttil), din hija l-kwistjoni li politikament tista' titfa' lil Muscat fl-akbar dilemma. L-ewwel nett, jekk Muscat jagħmel dak li huwa moralment korrett u jsalva l-ħajjiet filwaqt li juri solidarjetà u jġorr parti mill-piż ikun qed jidher 'dgħajjef ' f 'għajnejn sezzjoni tal-poplazzjoni li sempliċiment ma tridx iktar barranin deħlin f 'pajjiżna, speċjalment jekk mingħajr dokumenti. Jekk jagħlaq il-portijiet, kif għamel, filwaqt li jilluppja r-rabja ta' numru sostanzjali ta' votanti Laburisti u jintgħoġob ma' xi votanti Nazzjonalisti, min-naħa l-oħra jinfurja u jġib il- kritika tal-għaqiet non governattivi u l-Knisja, fost oħrajn. Fil-kalkulazzjoni tiegħu Muscat, jista' jara illi jekk jagħlaq il-portijiet kif ġara b'40 immigrant bejn sema u ilma, għax l-Italja u t-Tuneżija għamlu l-istess, politikament għandu iktar x'jirbaħ. F'sentiment qawwi pjuttost xenofobiku jew inkella ta' tħassib għax 'ma nifilħux għal aktar', Muscat hemm ċans li jikkalkula illi bit-triq aktar moralment korretta ta' salvataġġ anke fin-nuqqas tal-obbligu legali, għandu iktar x'jitlef milli x'jirbaħ. Kożmopilatana.... Kożmopolitana tfisser li f 'pajjiż ikun hemm taħlit ta' nies minn pajjiżi differenti, b'kulturi differenti li jgħixu flimkien. Fid-diskorsi tiegħu din is-sena, imma b'mod speċjali fid-diskors f 'Raħal Ġdid fl-għeluq l-10 sena minn meta sar Mexxej Laburista Muscat għamel aċċenn fuq il-bżonn li Malta tkun kożmopolitana u ppunta subgħajh lejn il- Moskea u l-Knisja ta' Raħal Ġdid, biex jagħmel il-punt tiegħu. Minn dakinhar, is- sitwazzjoni politika ndiblet. Beda jfeġġ u kompla jikber il-fenomenu tal- immigrazzjoni u r-relazzjoni bejn Malta u l-Italja ħadet daqqa. Il-kelma kożmopolitan ma tantx għadha qed tinstema' Kellu ċans juża din l-okkażjoni biex juri fejn jinsab fuq il- barranin, biex jasserixxi lilu nnifsu u juri fejn inkunu fil-pajjiż fuq l-immigrazzjoni kieku Prim Minstru hemm hu