Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet ILMALTA Football Association (MFA) għandha problema! Il- ħaxix fuq wiċċ il-piċċ tal-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali għadu ma telax (kollu). Din il-problema nħolqot f 'dawn l-aħħar jiem u ma ngħatatx wisq informazzjoni dwarha s'issa. Informazzjoni li għandha l-gazzetta ILLUM tikkonferma li wara tmien ġimgħat minn meta nżergħat iż-żerriegħa għal ħaxix ġdid (turf ), il-piċċ kien għadu qisu għalqa tal-patata biex wara 10 ġimgħat, kollox baqa' kif kien tant li f 'partijiet tal-wiċċ beda saħansitra jidher tiela' l-ħurrieq. Normalment, ix-xogħol fuq iż-żriegħ jibda l-għada tal- finali tal-FA Trophy u jieħu madwar tmien ġimgħat biex jerġa' jitla' ħaxix frisk. Minħabba din is- sitwazzjoni, ix-xogħol fuq il-wiċċ tal-Istadium Nazzjonali reġa' nqala'. Ritratti li ntbagħtu lil din il- gazzetta u li ttieħdu nhar il-Ġimgħa, juru illi bħalissa l-ħaxix reġa' beda tiela' għalkemm mill-istess ritratt jidher ċar ukoll li hemm irqajja' fejn il-piċċ għadu ħamrija l-aktar fiż-żoni ta' wara l-lasti. Minħabba din is-sitwazzjoni l-amministrazzjoni tal- MFA kienet kostretta tikteb lill-UEFA, f 'isem il-klabbs, biex jingħataw permess imexxu l-partiti fis- Centenary Stadium u mhux kif kien skedat, fl-Istadium Nazzjonali. Għadu mhux magħruf x'kien il-kaġun ta' dan l-iżball; jekk hux żerriegħa ħażina jew xi kimika żbaljata. Minkejja li r-ritratti li għandha din il-gazzetta juru li l-ħaxix beda tiela', għadu mhux magħruf jekk l-istadium hux se jkun fi stat aċċettabbli li jintlagħbu fih il-partiti tal-Kampjonat BOV Premier 2018/19, li jibda f 'Awwissu. Bħalma għadu mhux magħruf lanqas jekk il- UEFA hux se twaħħal multa lill-klabbs Maltin talli biddlu l-istadium fl-aħħar ħin u jekk se jsir hekk, min se jħallas il-multa. Uffiċjali minn diversi klabbs li tkellmu mal- gazzetta ILLUM esprimew ir-rabja tagħhom minħabba dak li qed isejħulu bħala "traskuraġni grassa." U dan meta, komplew jispjegaw, l-MFA daħlet fi spiża biex isir dan it-tip ta' xogħol kemm fl-Istadium Nazzjonali kif ukoll fir-Royal Malta Golf Club. Dawk li kellmuna sostnew illi kemm ix-xogħol tal-istadium u anke tal-golf club qed isiru mill-istess kumpanija. Il-klabbs kostretti jtellgħu sa 750 partitarju biss L-aktar żewġ klabbs li se jmorru ħażin minħabba din is-sitwazzjoni huma Valletta u Birkirkara li għandhom tendenza li jtellgħu lejn Ta' Qali eluf ta' partitarji. Iżda b'partita fis-Centenary Stadium, klabb jista' jbigħ massimu ta' 750 biljett, b'differenza għal dak li jista' jinbiegħ fl-Istadium Nazzjonali. Fl-Istadium Nazzjonali jistgħu jinbiegħu sa' 3,000 biljett, bil-qligħ imur għal klabbs. Jiġifieri apparti l-inkonvenjent, dan l-iżball li jirrigwarda l-ħaxix fuq il-piċċ, se jfisser tnaqqis fil- qligħ tal-istess klabb. Membru fil-kumitat tal- klabb ta' Birkirkara li tkellem mal-gazzetta ILLUM deher iddispjaċut ħafna għaliex fi kliemu, Birkirkara kapaċi jtellgħu partitarji daqs Valletta, madankollu, skontu, huma l-uniku tim li vera mar minn taħt. "Għal Balzan u Gżira United, mil-lat ta' partitarji u bir-rispett kollu, naħseb li s-Centenary Stadium hu tajjeb biżżejjed għax ġeneralment jkollhom partitarji daqskemm jesa' l-istadium innifsu. Imma għalina u għal Valletta, is-sitwazzjoni ma tagħmilx sens. Iktar minn hekk, Valletta bħalissa qed jitħarrġu fl-istadium tas-Sirens, f 'San Pawl il-Baħar li qed tiffinanzjah l-MFA. Forsi kkumpensawhom b'hekk. Fil-verità ma nistax nifhem kif il-Beltin qagħdu daqshekk kwieti. Imma aħna ma ħadna assolutament xejn, anzi se mmorru minn taħt," qalilna dan il-membru tal-Kumitat Karkariż, li ilu snin fil-futbol Malti. Partiti 'mmexxijin' minħabba 'żball' fil-ħaxix • 'Żball' iġiegħel lill-MFA tikteb lill-UEFA wara li l-piċċ kellu jinqala' mill-ġdid • Il-Klabb ta' Birkirkara urtat b'din is-sitwazzjoni B'partita fis-Centenary Stadium, klabb jista' jbigħ massimu ta' 750 biljett, b'differenza għal dak li jista' jinbiegħ fl-Istadium Nazzjonali l-amministrazzjoni tal-MFA kienet kostretta tikteb lill-UEFA, f 'isem il-klabbs, biex jingħataw permess imexxu l-partiti fis- Centenary Stadium

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018