Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet Wirja li qed tittella' bħalissa fi l-kurituri tal-kunvent Dumnikan fi l-Belt Valletta tirrakkonta, permezz ta' diversi oġġetti u personaġġi storiċi l-istorja li ntisġet bejn il-Patrijiet Dumnikani u l-komunità Beltija Il-kurituri tal-kunvent jirrakkontaw komuni tad-Dumnikani Minn Yendrick Cioffi LISTORJA ta' Malta ma tista' qatt tinfired mir- reliġjon li dejjem kienet protagonista fil-ġrajjiet li mmarkaw il-Poplu Malti u li baqgħu minsuġa fir- rakkonti li ntirtu minn ġenerazzjoni għal oħra. L-istess jgħodd għall- Belt Valletta, mhux biss għax inbniet wara r-rebħa tal-Ordni ta' San Ġwann fuq l-Imperu Ottoman, imma anke għax ordnijiet reliġjużi mxew mixja waħda mal-istorja tal-Kapitali. Fil-fatt din hija t-tema ta' wirja li qed tittella' bħalissa fil-Kunvent tad-Dumnikani fil-Belt Valletta u li se tibqa' miftuħa sas-7 ta' Ottubru li ġej. Il-wirja, organizzata minn Heritage Malta bil- kollaborazzjoni tal-Patrijiet Dumnikani, tirrakkonta 'l-vjaġġ komuni' li għamlu flimkien il-Belt Valletta u l-Ordni Dumnikan u tiċċelebra l-legat storiku, kulturali u artistiku li d-Dumnikani żviluppaw fil-Belt Valletta u anke l-viċinanza li l-patrijiet dejjem kellhom mal- komunità Beltija. Il-kuratur ta' din il-wirja, Kenneth Cassar, dawwar lill- gazzetta ILLUM fil-kurituri tal-kunvent li normalment ikunu magħluqa għall- pubbliku iżda li għal dawn ix-xhur jinsabu miftuħin għal dawk kollha li jixtiequ jesperjenzaw din il-mixja fl-istorja. Fil-fatt din il-wirja hija mqassma b'tali mod li wieħed jesperjenza dan il-vjaġġ li għamlu flimkien id-Dumnikani u l-Belt Valletta mill-1566, is-sena li fiha tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-Belt il-ġdida sal-2018, is- sena li fiha qed niċċelebraw lill-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Malli tixref fil-bieb tal- kunvent issib jilqgħak lill- Papa Piju V, li wkoll inzerta Dumnikan, li mhux biss bagħat 30,000 fjorin tal- fidda biex il-Gran Mastru de Vallette jibni l-belt iffortifikata, iżda anke bagħat lill-inġinier tiegħu, Francesco Laparelli, biex jiddisinjaha. Minn hemm, il-wirja tkompli tirrakkonta din l-istorja tad-Dumnikani fil-Belt Valletta, fosthom kif mill-1566, għal sentejn sħaħ, il-patrijiet kienu jaqsmu mill-Birgu, għall-belt il-ġdida biex jassistu spiritwalment lill-4,000 ħaddiem li kienu qed jibnu s-swar tal-Belt. Dan sakemm Patri Damiano Taliana, Pirjol tal-Lunzjana u Vigarju Provinċjali tal-kunventi Dumnikani f 'Malta, talab biċċa art biex fuqha jibni knisja u kunvent. Il-Gran Mastru Pietro del Monte laqa' t-talba u fl-1571 l-komunità Duminkana fetħet il-kunvent tagħha fil-Belt Valletta biex f 'Lulju tal-istess sena twaqqfet il- parroċċa tal-Porto Salvo u San Duminku. Mod uniku kif tirrakkonta l-istorja... Interressanti wkoll il-mod li permezz tiegħu, din il-wirja, qed tirrakkonta l-istorja. Faċli tikteb kollox u tħalli lill-viżitatur jaqra dak li seħħ. Iżda għall-kuntrarju, din il-wirja tgħin lill-viżitatur jara b'għajnejh u kważi kważi jmiss b'idejh dawn l-452 sena ta' storja. Fil-fatt, il-wirja tinkludi għadd ta' pitturi, inċiżjonijiet, manuskritti, oġġetti tal-arti, oġġetti L-Oratorju tal-Fratellanza tas-Sagrament Il-wirja, organizzata minn Heritage Malta bil- kollaborazzjoni tal- Patrijiet Dumnikani, tirrakkonta 'l-vjaġġ komuni' li għamlu flimkien il-Belt Valletta u l-Ordni Dumnikan u tiċċelebra l-legat storiku, kulturali u artistiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018