Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799
Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum Intervista 13 L-indikazzjonijiet huma tajbin u kif ħabbarna din is- sena qed naraw tkabbir sostanzjali n-numru tal- passiġġieri tal-Airmalta fuq l-ixkaffa " " b'hubs fuq gżejjer bħal Sqallija u Sardignia. Qegħdin nistudjaw ukoll konettività mal-Afrika. L-AirMalta għandha rwol soċjali għall-Maltin u dan ser inżommuh. Il-kumpanija għandha valur strateġiku vitali għall-ekonomija Maltija. Għalhekk għandna nipproteġuha u nkabbruha. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-sur Joe Galea li ser iħalli l-kumpanija wara sentejn jmexxi l-AirMalta bħala Acting CEO f 'perjodu ta' tranżizzjoni li ma kienx faċli. Nixtieq nieħu l-opportunità wkoll sabiex nawgura kull suċċess lil Kaptan Clifford Chetcuti li ser jingħaqad magħna u jieħu f 'idejh ir-rwol ta' Kap Eżekuttiv mill-1 ta' Settembru. Hemm xi rotot li mhux sejrin tajjeb u allura l-AirMalta beħsiebha twaqqafhom? Jekk iva, liema u meta? Il-maġġoranza tar-rotot li ftaħna sejrin tajjeb. Imma mhux kollha. Dan normali. Kontinwament nanalizzaw ir-rotot u naraw kif nistgħu nkabbruhom. Jekk naraw li rotta partikolari mhux qed taħdem noperaw it- titjiriet tagħna fuq rotot fejn irendu aktar. Dan hu proċess normali u importantissimu fil-qasam tan- network planning ta' kull kumpanija inkluża l-AirMalta. Hemm xi rotot ġodda li l-AirMalta qed tippjana li tibda? Jekk iva, liema u meta? Qed nistuddjaw ħafna rotot u għalissa hu prematur li nikkumenta. L-istudji għadhom għaddejjin. X'inhuma l-previżjonijiet għal din is-sena kollha f 'termini ta' profitti/telf u ta' passiġġieri? Fi ftit xhur oħra, wara li l-awdituri tagħna janalizzaw ir-riżultat għas-sena finanzjarja 2017/8 inħabbruhom. L-indikazzjonijiet huma tajbin u kif ħabbarna din is- sena qed naraw tkabbir sostanzjali fin-numru tal-passiġġieri. Dan jrid jissarraf ukoll f 'ritorn aħjar għall-kumpanija. Minn hawn nixtieq nirringrazzja l-istaff kollu tal-AirMalta kemm dawk fl-uffiċini kif ukoll dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal- operat għax-xogħol tagħhom. Nemmen li bl-impenn tagħhom flimkien mal-amministrazzjoni nerġgħu naraw din il-kumpanija tikber u titpoġġa mill-ġdid fuq sisien sodi għal ġid tat-turiżmu u l-ekonomija tal-Gżejjer Maltin. L-aħħar u mhux l-inqas nappella għal koperazzjoni ta' kulħadd għax konvint li bħala tim wieħed kapaċi nibnu l-AirMalta f 'kumpanija nazzjonali li kull wieħed minnha jkun kbira biha.