Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum 15 15 F lejt b'reqqa r-rapport annwali tal-Community Chest Fund, fejn ħassejtni kburi bl-impenn ta' tim, liema tim li wara kollox huma wkoll ħutna Maltin taħt it-tmexxija għaqlija tal- Eċċellenza President Coleiro Preca, bl-għajnuna ta' diversi bnedmin. Ma nistax ma nsemmix lis-Sur John Camilleri, Chairman tal- Bord tal-Amminstraturi li b'nifsu maqtugħ, naf kemm jaħdem għal min hu fil- bżonn. Nemmen li għandna noffru fjuri lil xulxin meta aħna ħajjin u mhux meta nsiru kadavri. Jien xhud ta' dawn it-tnejn, li jaħdmu għal bniedem fil-bżonn u li ħsiebhom biss li jtejbu ħajjet individwi u familji li jkunu għaddejjin minn żmien iebes, huma min huma u ġejjin minn fejn ġejjin. Ma nkunux qed nagħmlu ġid, meta nxerrdu kliem iebes fuq il-fondazzjoni u nwasslu fi gruppi kliem bħal; li l-Community Chest Fund tgħin lin-nisa voċiferi li jridu l-abort jidħol f 'pajjiżna. Jew inkella li l-Community Chest Fund tgħin biss lil sezzjoni waħda ta' bnedmin u tħalli barra entitajiet li jieħdu ħsieb b'tant għożża tant l-annimali abbandunati. Ma naħsibx li nkunu qed inkunu ġusti meta ngħidu u nxerrdu dan. Huma d-diversi għaqdiet volontarji li jibbenefikaw mill-fond tal-Community Chest Fund, u li kieku ma tkunx l-għajnuna tagħhom, ċertu xogħol ma jsirx. U min ibati fl-aħħar mill-aħħar? Ibatu ħutna Maltin, tbati s-soċjetà minnha nfisha, inbatu jien u int, għax fl- aħħar mill-aħħar ma nafux għada x'nistgħu niġu bżonn! Biss, biss, tajjeb li nsemmu li matul is-sena 2017 ma nafx kemm-il assistenza saret lil diversi organizzazzjonijiet u entitajiet fi proġetti li għandhom fosthom terapiji b'xejn fiċ-ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Jien li nsegwi mill-qrib lil ommi fil-kura tagħha. Li kieku ommi ma tirċevix l-għajnuna u l-imħabba mill-Onkoloġija, naħseb kieku saħħet ommi hija ferm aktar diffiċċli. Bħalha hemm Maltin oħra. Villa Chelsea Ilbieraħ kont għaddej minn quddiem Villa Chelsea mmexxija mill-Fondazzjoni Richmond. Ħarist lejn il-post minn barra. Stajt nilmaħ is-serenità u l-paċi, u fuq kollox l-indafa. Minn hawn ta' kull sena jibbenefikaw eluf ta' Maltin b' saħħa mentali. Bis-saħħa tal-Community Chest Fund, il-Fondazzjoni Richmond ma setgħetx tkabbar is- servizzi li toffri. Apparti li spiss jimbtu programmi ta' għajnuna bħal Supported Employment u Kids in Development fost oħrajn. Apparti dan kollu, ma kienx ikun faċli għal min għandu sfida fis-saħħa mentali biex ikollu mkien tajjeb bħalma hi Villa Chelsea. Immorru lura għal Community Chest Fund. Minbarra l-Fondazzjoni Richmond, hemm diversi għaqdiet oħra li jibbenefikaw fosthom il-Fondazzjoni Eden u r-Razzett, il-Fondazzjoni tas-Salib l-Aħmar, l-SOS Malta, il-Malta Hospice, il- JRS, Dar Ġużeppina Debono fost oħrajn. Għajnuniet oħra Dan kollu apparti l-għajnuna lil diversi individwi u familji b'diffikultà. Il-Fondazzjoni tgħin b'household appliances, vawċers tal- ikel, uniformijiet tal-iskola, għamara u affarijiet oħra. Tgħin ukoll b'mod prattiku lil żgħażagħ li jkunu se joħorġu minn istituzzjoni jew foster care. Jien semmejt ftit punti żgħar. Dan kollu jseħħ fid-dawl tal-għajnuna tagħna, fil-programm tant popolari fi żmien il-Milied, L-Istrina, f 'attivitajiet bħal Festa Ċitru, il-ballu tal-Qamar t'Awwissu, Solidarjetà fl-Isports, fost oħrajn. Naħseb u fl-opinjoni tiegħi, tkun qed ixxekkel dan kollu, jekk b' kelma pjuttost żejda twassal messaġġi negattivi dwar il-Community Chest Fund. Dan kien l-iskop li nikteb dan l-artiklu. Weġġajt b' kummenti minn ħutna Maltin, liema kummenti nsejħilhom bl-addoċċ u li jitfgħu dubji fuq min jemmen kulma jisma'. Dan m' għandux ikun! Ikun dnub kbir u nuqqas lejn ħutna Maltin li għaddejjin minn kull xorta u forma ta' tbatija miżera. Mhuwiex sewwa u xieraq li twaddab it-tajn, speċjalment fuq dak li hu qaddis. Jekk almenu ma ddaħħalx idejk fil-but, tal-anqas xerred kelma tajba u ħalli lil Community Chest Fund taqdi l-missjoni tagħha. Dan il-valur tas- solidarjetà huwa valur li aħna l-Maltin dejjem emminna fih. Ma nkunux aħna li nxekkluh ukoll! Opinjoni IVAN BARTOLO Jekk almenu ma ddaħħalx idejk fil- but, tal-anqas xerred kelma tajba u ħalli lil Community Chest Fund taqdi l-missjoni tagħha. Dan il- valur tas-solidarjetà huwa valur li aħna l-Maltin dejjem emminna fih. Il-Malta Community Chest Fund Ma nkunux qed nagħmlu ġid, meta nxerrdu kliem iebes fuq il- fondazzjoni u nwasslu fi gruppi kliem bħal; li l-Community Chest Fund tgħin lin-nisa voċiferi li jridu l-abort jidħol f 'pajjiżna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018