Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 16 Opinjoni In-nifs li nieħdu M eta, riċentment, kienu intervistati mill-medja lokali Uffiċjali tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), ikkonfermaw dak li ilna nafu għal żmien konsiderevoli: it-tniġġis tal-arja f 'Malta hu prinċipalament ikkawżat mill-mezzi tat-trasport. Triq Sant'Anna fil-Furjana hi l-iktar triq bl-arja mniġġsa f 'Malta filwaqt li mhux 'il bbogħod li l-kwalità tal- arja tal-Imsida teċċedi dak permissibli mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-arja. Hu ovvju li l-ħtija ewlenija għal dan hi ġejja min-numru ta' karozzi fit-toroq tagħna. Gvern wara l-ieħor dejjem qagħad lura milli jindirizza l-problema bis-serjetà. Dejjem iduru mal-lewża: jindirizzaw il-konsegwenzi mingħajr il-kuraġġ li jiffukaw fuq il-kawża. Is-soluzzjoni qiegħda billi jonqos in-numru tal-karozzi fit-toroq tagħna kif ukoll li simultanjament titjieb il-kwalità tal-karozzi li jibqgħu. Waqt il-kampanja elettorali tal-2017 f 'Malta, Alternattiva Demokratika pproponiet li fi żmien 20 sena l-karozzi kollha fit- toroq tagħna jkunu jaħdmu bl-elettriku. Din il-proposta tfisser li fuq perjodu ta' mhux iktar minn għoxrin sena ma jkollniex iktar karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-disil fit-toroq tagħna. B'hekk, bla dubju, it- tniġġiż tal-arja, jonqos drastikament. Din il-proposta tal- Alternattiva Demokratika kienet għoġbot lil Joseph Muscat li f 'Settembru 2017, f 'waħda mill-prietki tiegħu ta' nhar ta' Ħadd kien tkellem favur tagħha. Imma ma smajna xejn iktar dwarha minn dakinhar! Billi l-vjaġġi li nagħmlu bil-karozzi tagħna fil-parti l-kbira tagħhom idumu inqas minn ħmistax-il minuta hu ħafna possibli li n-numru ta' karozzi fit-toroq tagħna jonqos. Dan faċilment jinftiehem għax għal dawn id-distanzi qosra hawn diversi mezzi alternattivi li jassiguraw mobilità effiċjenti. Jonqos biss ħaġa waħda: ma hawnx rieda politika biex jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa. Il-Furjana, minn barra li għandha t-triq bl-iktar arja mniġġsa f 'Malta trid tiffaċċja wkoll l-emissjonijiet tal-vapuri tal-passiġġieri (cruise liners), li, skont id- direzzjoni tar-riħ, iktar iva milli le, jonfħu d-dħaħen tagħhom direttament għal ġoż-żona residenzjali tal- Furjana. Din hi problema li f 'miżura inqas hi ffaċċjata wkoll minn Birżebbuġa bħala riżultat tal-moviment tal-vapuri fil-Port Ħieles. Il-vapuri suppost li jaqilbu l-magni tagħhom fuq żjut u fjuwil li jniġġes inqas hekk kif jidħlu fil-port. Din hi materja li hi regolata minn diversi direttivi tal-Unjoni Ewropea. Id-diffikultà, bħal dejjem, hi, li l-infurzar tal-liġijiet ftit li xejn ikun osservat. Teoretikament teżisti soluzzjoni oħra biex ikun ikkontrollat u jonqos sostanzjalment it-tniġġis mill-vapuri ġaladarba dawn jkunu siguri fil-port. Jista' jkun possibli li jagħmlu użu minn sors elettriku li joriġina mill-art flok mill- ġeneraturi tal-elettriku fuq il-vapuri. Lokalment diġà tħejjew żewġ studji preliminari dwar dan: wieħed jiffoka fuq il-Port il-Kbir u l-ieħor fuq it-Terminal tal-Port Ħieles f 'Birżebbuġa. Dawn l-istudji saru kif ġie inkoraġġit li jsir mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-promozzjoni tal- użu ta' elettriku mill-art mill-vapuri fil-portijiet tal-Unjoni Ewropea. Rakkomandazzjoni li saret fl-2006. Dawn l-istudji jaslu għal konklużjonijiet simili fis-sens li ma jistax iseħħ progress bħala riżultat ta' azzjoni unilaterali f 'portijiet individwali. L-azzjoni u d-deċiżjonijiet jeħtieġ li jittieħdu fuq livell tal-industrija tal- vapuri u trid tkun misjuqa internazzjonalment jew mill-Unjoni Ewropea. Huwa magħruf li huma biss il-vapuri li jbaħħru lejn l-Istat Amerikan ta' Kalifornja li għandhom il- kapaċità teknika li jutilizzaw l-elettriku ġġenerat fuq l-art. Dan minħabba li l-Kalifornja għandha liġijiet li tobbliga li dan isir. Ir-rakkomandazzjoni tal- 2006 tal-Unjoni Ewropea ħejjiet it-triq biex saru numru ta' studji dwar diversi portijiet tal-Unjoni dwar kemm jagħmel sens ekonomiku li fejn hemm portijiet viċin ħafna ta' żoni residenzjali jitfu l-magni tagħhom u jagħmlu użu tal- elettriku mill-art. Nistgħu biss nittamaw li dawn l-istudji jiġu kkunsidrati meta titfassal t-triq 'il quddiem. carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com CARMEL CACOPARDO Jimmy Carter. Politiku li nammira G ħal min ma jafux Jimmy Carter kien President Demokratiku tal-Amerika u qabel kien gvernatur tal-Istat ta' Georgia, wieħed mill-istati Amerikani. Huwa awtur ta' diversi kotba, fosthom il- ktieb ta' spiritwalità Nisranija: Through the Year With Jimmy Carter. Huwa professur fl- università ta' Emory u nhar ta' Ħadd għamel żmien (ma nafx għadux) imur jgħallem id- duttrina fis-Sunday School tal- belt żgħira ta' Plains, f 'Georgia. Jimmy Carter ingħata l-Premju Nobel għall-Paċi. Flimkien mal-Università Emory. Carter waqqaf iċ- Ċentru Carter, organizazzjoni mhux governattiva li taħdem għall-jeddijiet tal-bniedem u tikkumbatti t-tbatija umana f '75 pajjiż madwar id-dinja kollha. Huwa l-uniku president li ngħata l-Premju Nobel wara li temm il-kariga tiegħu bħala President, għax hu magħruf bħala l-President li iżjed għamel ġid wara li spiċċa minn president milli meta kien fis- setgħa. Għaliex nammirah? Għax qatt ma staħa juri fiex jemmen la qabel, la tul u lanqas wara s-snin li fihom kien president. Għalhekk mhix ħaġa kbira li darba biss tela' bħala President tal-Amerika! U kellu x-xorti ħażina li kien fis-setgħa fi żmien meta Khomeini u l-fundamentaliżmu tiegħu ħa s-setgħa fl-Iran u wera l-qilla tiegħu kontra l-Amerikani sewwasew fi żmien l-President Carter. Taħt il-qilla ta' Khomeini Fil-ktieb tiegħu Through the Year With Jimmy Carter, l-eks president jitkellem minn xiex għadda fl-aħħar sena presidenzjali tiegħu meta l-fanatiċi ta' Khomeini daħlu fl-ambaxxata Amerikana f 'Teheran: "Meta l-Iran ħataf ostaġġi Amerikani f 'Novembru 1979 il-marda tal-fundamentaliżmu Islamiku laqtitni bħala President. Wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Koran huwa li l-barranin ikunu trattati bl- akbar rispett. Xi siltiet jgħidu li jekk xi diplomatiċi jżuru pajjiżek għandek tittrattahom b'kortesija assoluta. Iżda l-mexxej fundamentalista ta' dak iż-żmien warrab dawn il-prinċipji billi żamm l-ostaġġi tagħna għal 14-l xahar. Inrodd ħajr lil Alla li spiċċaw biex ġew lura qawwijin u sħaħ u ħielsa iżda b'din l-esperjenza tgħallimt tagħlima xejn sabiħa dwar il- fundamentaliżmu" Tliet Kelmiet "Kif bdiet il-kriżi, għamilt studju tal-fundamentaliżmu. Tista' tgħid dejjem, movimenti bħal dawn ikunu mmexxija minn irġiel awtoritarji li jqisu lilhom infushom aqwa mill-oħrajn, li jgħakksu lin- nisa bħallikieku inferjuri u jiddominaw lill min jemmen bħalhom. Iqisu l-imgħoddi bħala aqwa mill-preżent imma jgħożżu biss ċerti aspetti tal-istorja - fi kliem ieħor kulma jaqbel lilhom. Jagħmlu distinzjoni ċara bejn dawk li jemmnu tabilħaqq u l-oħrajn, u jemmnu li kull min ma jaqbilx magħhom huwa injorant jekk mhux ukoll ħażin. Huma jinqdew b'kollox biex jiddefendu l-ideat tagħhom. Il-fundamentalisti s-soltu jagħtu definizzjonijiet dejjem iżjed dojoq li jwarrbuhom mill-oħrajn u jqisu n-negozjati u sforzi oħrajn biex isibu tarf id-differenzi bħallikieku kienu sinjali ta' dgħufija. Hemm tliet kelmiet li huma karatteristiċi tal-fundamentaliżmu; riġidità, dominazzjoni u esklussiviżmu". Missierna Pawlu Missierna Pawlu skopriehom meta żar il-knejjes li waqqaf fl-ewwel vjaġġ missjunarju. Xi fundamentalisti insistew li Alla jiffavorixxi ċerti nies u li s-salvazzjoni tiddependi milli jinżammu ċerti regoli partikolari. Pawlu qal "dawn ħmerijiet! Kulma teħtieġu hija l-fidi f 'Ġesù. Fi Kristu m'hemm l-ebda distinzjoni jew superjorità bejn Lhudi u Grieg, bejn ilsir u ħieles, bejn raġel u mara" U spiċċa b'din in-nota : "Id-differenzi bilfors ikun hemm fostna - imma dawn ma għandhomx jifirduna". Infatti jiena qassis kattoliku u Jimmy Carter huwa Nisrani Battista imma xorta naqblu bejnietna dwar Ġesù u t-tagħlim tiegħu. Ma jfissirx li m'hemmx fiex ma naqblux, ma jfissirx li aħna xi qaddisin. Ifisser kemm minkejja kollox aħna t-tnejn naqblu li Kristu u t-tagħlim tiegħu jiġu l-ewwel u qabel kollox. Dal-politiku Nisrani, malli sar President, għamel wegħda pubblika "Ħarsu lejn xuftejja: inwegħedkom li kemm indum president ma ngħidilkom l-ebda gidba!" DUN ANG SEYCHELL

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018