Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Pajjiżek darek ukoll, tħammġux... LAMBJENT madwarna huwa wirtna, mhux tagħna. Pajjiżna huwa darna. Imma qed nittrattawh hekk? Qed nagħtu kasu? Jew kulħadd jiġi jaqa' u jqum? Jew id- diżrispett lejn fejn tgħix sar norma? Nisimgħu ħafna paroli dwar kemm irridu nkunu Żvizzera fil-Mediterran, jew Monako numru tnejn jew Singapore, imma mbagħad meta toħroġ barra xi ssib? Qed nilħqu dawk il-livelli li tant noħolmu bihom? Ħa nsemmu eżempju wieħed, li probabilment huwa eżempju ta' x'jiġri jew x'ġara f 'postijiet oħrajn. Il-proġett ta' Triq il-Kosta tana triq sabiħa ta' livell għoli, iktar sigura u bil-lejl iktar mixgħula. Imma suqu matul il-ġurnata u taraw kemm dan il-proġett huwa eżempju ċar ta' kif ħafna drabi d-dettall ninsewh. Madwar it-triq il-ġdida għadek tista' tara partijiet mit-triq l-antika ma' dawriet differenti. Spazju moħli u ikrah li nistgħu faċilment nimlew b'siġar u fjuri li jsebbħuh. Issuq naqra oħra fid- direzzjoni lejn Paceville u tara spazju ieħor. Bħal art elevata, kbira, vojta, mimlija trab, kerha, b'billboard li iktar imkisser milli le, ħaxix ħażin u gabbana waħda f 'tarf wieħed. Qisu biċċa mill-qamar waqa' fuq din iż-żona. Tħares in-naħa l-oħra u tara biċċiet u basktijiet tal-plastik mal-ħaxix, ħafna minnu tar mill-Magħtab, f 'xi ġurnata bir-riħ. Issuq iktar, dejjem lejn Pembroke, u ssib 'chicken wire' qed jaqa' ġo ħofra li kellha ssir xi ħaġa fil-proġett tal-Magħtab (biex dan isir park) liema proġett kien abbandunat. Issuq ftit ieħor u ssib żona oħra mal-baħar li tħalliet vojta, sakemm ġew tal- karavans u għamluha tagħhom (Mhux hekk! Dal- pajjiż ġungla! Ġejt jien hawn l-ewwel? Mela sar tiegħi!) Issuq iktar u tiġi fil-fetħa fejn hemm Baħar iċ-Ċagħaq, fejn jidher li sar sforz u tħawlu s-siġar u sar proġett privat ta' proprjetà li ġie vera sabiħ. Imma mbagħad taqbeż il-water park u tibda tiela' u tara l-kumpless tal- White Rocks. Post li suppost kellu jsir ħafna afarijiet, minn villaġġ sportiv taħt Gvern Nazzjonalista għal żona residenzjali esklussiva taħt dan il-Gvern. Dilapidat kien u hekk eżatt baqa' biex waħda mill-isbaħ veduti tal-baħar baqgħet imtappna b'din il-kruha. Issuq iktar u tiġi ħdejn il- masġar ta' Pembroke, ħdejn il-bini tal-Ingliżi li saru residenzi u faċċata tal-vilel tal-Madliena (wara l-Iskola Nazzjonali tal-Isport). U x'tara? Ammont kbir ta' ġebel mitfugħ kullimkien, qisu ġie xi ħadd u qagħad iwaddab il-ġebel madwar il-post. Tibda tistaqsi lilek innifsek 'imma possibli, ħadd ma jara xejn? Ħadd ma jimpurtah?' Jekk minflok lejn Pembroke tkun qed issuq lejn Buġibba tiġi fil-parti fejn hemm Kennedy Grove. Sabiħa fuq naħa, bil-masġar li qed ikun estiż u min-naħa l-oħra, tara żona mimlija trab u ħmieġ, li fix-xitwa jsir tajn. Biex ma nsemmux il-proġett tas-Salini, li għadu sal-lum mhux lest anke jekk ilu li beda minn meta kien fil-Gvern Partit Nazzjonalista. Iva, possibbli kien hemm bżonn proġett bħal dan idum das-snin kollha, biex għadu lanqas hu lest? U dan qed nitkellmu fuq triq waħda. Nistgħu nsemmu ħafna żoni oħrajn madwar il-pajjiż. Żoni u rkejjen vojta, li jistgħu faċilment isiru postijiet ta' mistireħ bis-siġar. Dan il-pajjiż jista' jkun ġawhra imma mhux, għax minkejja l-flus kollha li qed jiġu ġġenerati u minkejja ekonomija, fost l-aqwa fl-Ewropa, teżisti letarġija qawwija. Tħares madwarek u tinduna li f 'ċerti żoni tal- pajjiż, speċjalment Buġibba/ San Pawl u l-Qawra (li bħalissa partijiet minnhom huma qishom deżert ta' trab u krejnijiet) lanqas is-servizzi bażiċi tat-tindif mhuma qed ilaħħqu. Ħmieġ, fuq ħmieġ, fuq ħmieġ minn nies illi huma kkonċernati u jimpurtahom biss minnhom infushom u mill-bieb 'il ġewwa. Għalhekk inħossu li llum qabel għada hemm bżonn, l-ewwel nett, li nrabbu ftit sens ta' kburija lejn dan il- pajjiż. Tħammiġx pajjiżek! Tkunx injorant! It-tieni, hemm bżonn li l-awtoritajiet jieħdu l-problema tal- ħmieġ bis-serjetà, b'pieni ħorox u preżenza qawwija ta' wardens li qed jaraw illi ħadd min iħammeġ. M'hemmx ħniena! Ħammiġt? Ħallas! U finalment, hemm bżonn inkunu naqra iktar kreattivi bl-ispazji tagħna. Kif pajjiż żgħir bħal tagħna qed jittolera tant spazji jġemmgħu t-trab u l-ħmieġ u jitħallew gorboġ ġebel (bħal żona kbira quddiem tal-Blata l-Għolja fil- Mosta)? Dawn għandhom jinbidlu f 'ġonna u postijiet ta' rikreazzjoni. Għandu jkun hemm proġett biex kull spazju żgħir li qed iġemma' l-imbarazz f 'pajjiżna nibdluh fi spazju fejn in-nies jistgħu jirrilassaw. Kemm se ndumu nagħtuh bis-sieq lil dan il-pajjiż? Kemm se ndumu naraw flus biss u kull biċċa roqgħa rridu nagħmluha appartamenti, u fejn ma nistgħux nibnu nħalluh isir miżbla? Din hija d-dar li rridu ngħixu fiha? Inti ma tħammiġx ġo darek stess, hux hekk? Mela tħammiġx lil pajjiżek, għax dak darek ukoll. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018