Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799
Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Mix-xellug għal-lemin: Norman Darmanin Demajo, Dr Angelo Chetcuti, Alex Manfrè u Dr Matthew Paris Ritratt - Joe Borg 'Se nkun qed niddeċiedi l-futur tiegħi biss wara konsultazzjoni massima mal-klabbs' - Norman Darmanin Demajo HEKK kif ilbieraħ saret il- Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA f 'lukanda ewlenija fil-Floriana, spikka fost oħrajn id- diskors tal-president tal- MFA, Norman Darmanin Demajo. Huwa beda biex qal li lura fl-2016 kien ħabbar li t-tliet snin sussegwenti kienu se jfissru l-aħħar term tiegħu bħala president tal-MFA u jinsab konxju minn dan kollu. Dan speċjalment fid-dawl tal-fatt li kien jaf li l-istabilità fl-MFA kienet waħda tajba u f 'dak iż- żmien ħass li din kienet se tibqa' hemm minħabba li kien hemm nies fl-MFA li kienu nvoluti miegħu spalla ma' spalla fid-deċiżjonijiet kollha li ħadu. Madankollu, huwa tenna li l-affarijiet fil-ħajja jinbidlu u wieħed irid jaġġusuta skont dawn it-tibdiliet. Huwa kompla li jinsab jokkupa l-kariga ta' president tal-MFA biss għal raġuni waħda - dik li jkun ta' servizz għall-klabbs u d-direzzjoni tiegħu għandha tkun waħda li hu għandu x'jisma' mingħand l-istess klabbs rigward x'se jkun l-eżitu tal-futur tiegħu. B'hekk huwa ma ħabbarx jekk hux se jkun qed jikkontesta għall- presidenza tal-MFA fl- elezzjoni li se tkun qed issir matul is-sena d-dieħla, iżda se jkun qed jiddeċiedi l-futur tiegħu biss wara konsultazzjoni massima mal-klabbs lokali fil- ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Darmanin Demajo kompla li jħoss li l-klabbs lokali għandhom ikunu iktar professjonali f 'dak li għandu x'jaqsam ma' strutturi. Intant, f 'eku tad-diskors tat-Teżorier Ivan Mizzi, huwa saħaq li l-għan ewlieni tal-MFA f 'dak li għadnu x'jaqsam mal-aspett finanzjarju, mhux dak li tagħmel il-qligħ iżda li tkopri l-ispejjeż tagħħa u tiġi 'break even' u tkompli ssostni lill-clubs lokali bl- aħjar mod possibli. Huwa fakkar kif matul l-istaġun li ġej l-MFA se tkun qed tgħin lilll-klabbs lokali kollha biex jingaġġaw amministratur fuq bażi part-time jew full-time, b'din se tkun qed tfisser somma ta' €350,000 lill- MFA. Barra minnhekk l-MFA se tkun qed tintroduċi skema ġdida li ġġib l-isem ta' Gate Income Guarantee li se tkun qed issostni lill-klabbs tal-Premier b'somma matul is-sena li se tkun qed titqassam f 'żewġ pagamenti matul is-sena. Din se tkun qed tammonta għas-somma ta' madwar €175,000 iżda fi kliem Darmanin Demajo din is-somma tfisser investiment u mhux telf. Dan filwaqt li l-MFA qed tiddixxerni l-fatt li tiftaħ il-bibien b'xejn għall- klabbs tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni. Il-president tal-MFA kompla li qed jaħsbu bis- sħiħ biex tibda tipprovdi kumpens lill-plejers ta' taħt il-21 sena li jkunu eliġibbli għat-tim nazzjonali u lagħbu almenu 30 minuta f 'logħba ma' klabb fil- Premier ikunu eliġibbi għal dak li huwa magħruf bħala 'appearance bonus' u l-figura li l-MFA qed taħdem fuqhom hija ta' €125 għal kull plejer f 'kull partita li jwassal għall- ammont massimu ta' €6,500 għal kull team fi staġun. Rigward l-Ewwel Diviżjoni, is-somma hija ta' €70 li jwassal għal massimu ta' €3,600, waqt li fit- Tieni Diviżjoni s-somma allokata hija dik ta' €60 għal kull plejer li tista' twassal għal total ta' €3000 għal kull team waqt li fit- Tielet Diviżjoni, is-somma maħsuba hija dik ta' €50 li taf tilħaq l-ammont ta' €2500 għal kull tim. Għal dan kollu, l-MFA beħsiebha talloka s-somma totali ta' xejn inqas minn €210,000.