Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799
illum Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 Sports 28 Fabio Spiteri t-tentattiv li jtemm it-'Triple Ultra Triathlon' LATLETA Fabio Spiteri, li s-sena l-oħra rrnexxielu jikseb it-titlu ta' Double Ironman, nhar is-27 ta' Lulju ser jkun qed jieħu sehem fit-Triple Ultra Triathlon - tellieqa li s'issa l-ebda triatleta Malti għadu ma rrnexxielu jispiċċa. It-Triple Ultra Triathlon ser isseħħ ġewwa Lensahn, il- Ġermanja bejn is-27 u d-29 ta' Lulju. Spiteri se jingħaqad ma' 54 atleta oħra minn madwar id-dinja biex ikopru distanza ta' 11.4 kilometri ta' għawm, 540km fuq ir-rota u ġirja ta'126.6km. Jekk id-distanzi ma kinux diffiċli biżżejjed, ir-rotot huma koperti fuq dawriet qosra li jirrikjedu ammont sostanzjali ta' dawriet - pereżempju l-korsa tal-ġirja hija miżmuma fuq dawra ta' 1.32 kilometru li jeħtieġ li tkun koperta 96 darba! It-taħriġ ta' Spiteri kien speċifiku ħafna sabiex jiżgura li l-aspetti kollha tat-tiġrija huma koperti – id-distanzi, taħriġ bil- lejl, l-adattament li jibqa mqajjem għal aktar minn 24 siegħa kif ukoll il- preparazzjoni mentali. Spiteri, żviluppa pedament b'saħħtu għat-tlielaq fit-tul, peress li għandu numru konsiderevoli ta' tlielaq fuq distanzi twarl – ta' min isemmi seba' Ironman u 21 tellieqa Ironman 70.3 f 'dawn l-aħħar ħames snin. It-taħriġ għall-Triple Ultra Triathlon inkluda taħriġ fuq ir-rota madwar Sqallija fi tlett ijiem - fejn stabbilixxa rekord fil-proċess, diversi għawmiet ta'11km, taħriġ fuq ir-rota fuq distanzi ta' madwar 300km, u ġirjiet ta'70kms. L-aħħar sessjoni ta' taħriġ rat lilu jiġri id- distanza t'Għawdex, jgħum minn Għawdex għal Malta u jiġri miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa. Jekk sessjonijiet twal fit-triq ma kinux iebsa biżżejjed, parti mill- preparazzjoni mentali meħtieġa inkludiet taħriġ fuq rota statika għal sigħat twal. "Is-sessjonijiet ta' taħriġ jeħtieġu li jkunu maħsuba sew, mhux biss minn perspettiva ta' preparazzjoni fiżika iżda wkoll waħda mill-punt tal-loġistika, fejn ħbieb u familjari assistew fil-perjodi twal twil ta' taħriġ, speċjalment meta wieħed ikun fuq l-ilma jew fuq ir-rota jew ġiri fid-dlam," stqarr Spiteri. "Minn dan il-lat li ninsab lest għal din l-isfida. Iżda wieħed qatt ma jista' jkun kunfidenti żżejjed, għax kollox jista' jinqala matul it-tellieqa. Ser nibqa' pożittiv waqt li nżomm f 'moħħi l-ħbieb tiegħi kollha li appoġġjawni, atleti li ssieħbu għal xi wħud mis-sessjonijiet ta' taħriġ u naturalment lill-isponsors tiegħi". Minkejja dan kollu, Spiteri sab ħin biex jgħin fil-ġlieda kontra l-krudelta lejn l-annimali, kif ukoll jaħdem biex jqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta' ibħra nodfa u r-realtà distruttiva li t-tniġġis tal-plastik qed iwassal fl-ibħra tagħna. Fabio Spiteri huwa appoġġjat minn Garmin Malta, Eurosport Malta, Wheel Wizard, Millenium Clinics, Mosta Tri Club, Festina, 24/7 Fitness Club, Go & Fun u General Automation Services. Aktar informazzjoni dwar it-tellieqa u riżultati eventwali se jkunu disponibbli fuq is-sit elettroniku, https:// triathlonlensahn.de/. Fabio Spiteri -azzjoni fuq ir-rota Suċċess għat-Tim Nazzjonali Malti tal-Beach Handball ITTIM nazzjonali Malti tal-Beach Handball wasal fl-aħħar fażijiet u kien fost l-aħjar erba' timijiet f 'tournament internazzjonali ġo Senec, fis-Slovakkja. Taħt il-gwida tal-kowċ Ian Psaila u Milos Staniavljevic, it-tim Malti kellu rebħiet konvinċenti kontra Sport Club Senec, Kelwitt u Zapos Astronautov biex ġew fl- ewwel post fil-grupp. B 'dawn ir-riżultati, ikkwalifikaw għat-tieni rawnd fejn b'rebħa oħra waslu sas- semi-finali. Hawnhekk, it-tim Malti safa megħlub b'distakk minimu mit-tim Slovakk li rebaħ it-tournament. Il-manager Adam Sule ddeskriva dawn ir-riżultati bħala tragward kbir għall- beach handball lokali fejn it-tim nazzjonali kellu wieħed mill-aħjar difiżi u fejn il-plejers Chris Magro u Christian McClean kienu fost l-aħjar ħames skorers tal- kompetizzjoni. It-tim nazzjonali tal-beach handball f'Senec s-Slovakkja