Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 ILBIERAĦ l-inkjesta dwar il-kumpanija fil-Panama 'Egrant' ingħatat lill-Avukat Ġenerali Peter Grech, wara li għaddieha għandu l-Maġistrat Aaron Bugeja. Din l-inkjesta ntalbet mill- Prim Ministru Joseph Muscat innifsu wara l-allegazzjoni illi martu Michelle, kienet sidt kumpanija fil-Panama bl-isem Egrant. L-akkuża kienet ta' Daphne Caruana Galizia, illi fi storja allegat li l-kumpanija Egrant hija ta' Michelle Muscat u li minn din il-kumpanija għaddew mal-$1 miljun mingħand bint il-mexxej tal-Ażerbajġan, Ilham Aliyev. L-istorja qajmet furur u l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil kien talab għar-riżenja ta' Muscat. Il-PN kien saħansitra beda kampanja biex Joseph u Michelle Muscat ikunu arrestati, bi strixxuni ma' diversi każini li juru lil Muscat fil-ħabs. Sakemm morna għall- publikazzjoni, kien hemm stennija kbira fil-kmamar tal-aħbarijiet, għall-eżitu tal- inkjesta li kienet ilha għaddejja iktar minn sena. Intant, il-Prim Ministru Joseph Muscat innota dan l-iżvilupp u talab lill-Avukat Ġenerali biex jippubblika l-eżitu tat-tali inkjesta. Dan minħabba li l-Avukat Ġenerali għandu dritt ma jippubblikahiex. Il-Partit Nazzjonalista sostna li jistenna "li r-riżultat ta' din l-inkjesta jiġi ppubblikat kollu fl-ispirtu tat-trasparenza sħiħa, u se jkun qed jagħti r-reazzjonijiet tiegħu dwar dan hekk kif l-inkjesta tiġi ppubblikata" sostna fi stqarrija. Fi stqarrija l-Partit Laburista sostna li l-Prim Ministru "ilu ċar u on record għal bosta xhur jgħid li jekk tinstab nitfa' verità dwar l-allegazzjoni li l-kumpanija hi ta' xi ħadd mill-familja tiegħu jirriżenja. Il-Partit Laburista jippretendi li ħaddieħor jagħmel l-istess." Intant ejja nagħtu ħarsa lejn l-istorja kif ġrat u l-persuni li kienu protagonisti f 'din l-aktar kwistjoni taħraq fil-politika Maltija fl-aħħar snin. Tfaqqa' l-istorja... Kollox beda nhar l-20 ta' April 2017. Wara jiem ta' stennija u preparazzjoni dwar l-istorja b'bosta jistaqsu ta' min hija Egrant, Daphne Caruana Galizia tikteb artiklu fuq il- blogg tagħha illi fih tallega li 1) Fil-kċina tal-Bank Pilatus hemm 'safe' b'dokumenti ta' segretezza assoluta u li fih hemm dokumenti li juru illi Egrant hija ta' Michelle Muscat. 2) Hija tallega wkoll illi minn dan il-kont għaddew $1 miljun, allegatament minn kont ta' bint il-President tal-Ażerbajġan. F'intervista li kienet għamlet mal-Malta Independent aktar tard, Efimova allegat illi ċerta Dr. Sant Fournier kienet tatha ċ-ċwievet ta' dan is-'safe' f 'ġurnata impenjattiva ħafna. Hija allegat illi s-'safe' ma kienx baqa' fl-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv tal-Bank Pilatus Hamidreza Ghanbari u tpoġġa fil-kċina fejn hi qalet li ma kienx hemm CCTV cameras. Qalet illi tat ħarsa lejn id- dokumenti u fejn kien hemm id-dokument dwar Egrant, allegat illi rat il-kunjom 'Muscat'. Hija tgħid li dan ġara qabel ma kienu żvelati l-Panama Papers. 'Għandi whistlebower'... imma min hi? L-istorja titfa' lill-pajjiż kollu f 'nofs urugan politiku. Il-Prim Ministru jiddeskrivi din bħala "l-akbar gidba fl-istorja politika Maltija". Il-PN isejjaħ għar- riżenja tal-Prim Ministru u saħansitra jitilgħu strixxuni illi juru lill-Prim Ministru arrestat, wara l-ħadid tal-ħabs. Tlett ijiem wara biss Daphne Caruana Galizia tkun irrappurtata fuq is-Sunday Times tgħid illi għandha whistleblower u dokumenti li juru illi Egrant Inc. hija ta' Muscat. Sa dakinhar, ħadd ma kien jaf eżatt min hija din il- whistleblower. Titla' tixhed quddiem il- Maġistrat Waqt li l-pajjiż kompla għaddej b'dibattitu jaħraq fost botti, risposti u dimostrazzjonijiet fit-toroq tal- Belt Valletta mill-Partit Nazzjonalista, nhar it-28 ta' April 2015 Daphne Caruana Galizia, fi blogg ieħor qalet illi din il-whistleblower (li sa dakinhar ħadd ma kien jaf wisq dwarha) kienet telgħet tixhed quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Dan wara li Muscat talab illi tibda Inkjesta Maġisterjali fl-allegazzjonijiet li warajhom hemm Efimova. Caruana Galizia żvelat ukoll iżda li din kienet eks impjegata tal-Bank Pilatus u li damet quddiem il-Maġistrat Bugeja tliet sigħat. Hija qalet ukoll li kienet qed tikteb il-blogg bil- permess tagħha. Daphne tixkef traskrizzjoni... Muscat jgħid li hija falza Nhar il-21 ta' April 2017 Daphne Caruana Galizia tippubblika dak li qed tgħid illi huwa t-traskrizzjoni tad- dokument illi allegatament juru illi Egrant Inc. hija ta' Muscat. Fuq il-programm Xarabank il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi Egrant ma jistax ikollha indirizz Malti, kif hemm fit-traskrizzjoni li ppubblikat Caruana Galizia. Muscat qal illi d-data tad- 'declaration of trusts' (2015) ma taqbilx maċ-ċertifikat li juri illi "Brian Tonna kien xtara l-kumpanija Egrant fl-2013." Iktar tard il-PN qal illi l-indirizz Malti fuq it- traskrizzjoni fil-fatt huwa tan-Nexia BT, jiġifieri l-kumpanija li allegatament fetħet Egrant Inc. Taħrab mill-pajjiż... Iktar tard, nhar it-3 ta' Awwissu 2017, ikun irrapportat li Maria Efimova ma baqgħetx Malta. Il-Maġistrat Joe Mifsud poġġieha fuq il-lista ta' persuni 'wanted' b'rapporti jgħidu illi l-aħħar kuntatt li kellu l-avukat tagħha kien f 'Ġunju 2017, ix- xahar illi matulu saret elezzjoni ġenerali li tat lill-Partit Laburista rebħa kbira oħra. Wara mandat ta' arrest nhar il-21 ta' Lulju, il-Pulizija marru fil-post fejn kienet tgħix u sabu li kollox kien imbattal. Jirriżulta, skont informazzjoni mill- Jobs+ illi hija kellha l-impjieg itterminat nhar is-27 ta' Ġunju. Sid il-post li kienet qed tikri Efimova qal illi kienet ħallietlu biss email li fiha qalet illi kellha titlaq mill-pajjiż minħabba s-sitwazzjoni li tinsab fiha. Il-Partit Nazzjonalista talab li Efimova tingħata status ta' whistleblower. Il-Maġistrat kien fakkar.... Intant l-inkjesta, apparti li kellha l-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti, kellmet fost oħrajn lit-tmexxija tal-Bank Pilatus. Dawn taw ammont ta' sigħat ta' CCTV lill-Maġistrat, speċjalment minħabba l-akkuża illi Ali Sadr Hasheminejad deher ħiereġ bil-bagalji mill-istess Bank, dak il-lejl stess li Daphne Caruana Galizia kitbet l-istorja bl-akkuża ta' Egrant. Meta kien qed jitkellem ma' tliet MEPs li ġew Malta biex jinvestigaw is-saltna tad-dritt ix-xahar li għadda l-Maġistrat fakkar illi huma l-Pulizija li jridu jinvestigaw u mhux hu, dak li jirriżulta mill-inkjesta. 'Egrant' għand l-AĠ...Stennija kbira għall-eżitu Aħbarijiet 3 Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum DIN il-ġimgħa faqqgħet tempesta politika oħra. Jekk l-allegazzjonijiet fuq Chris Cardona dwar allegata preżenza tiegħu f 'burdell qajjem urugan politiku, l-allegazzjonijiet li ħarġu din il-ġimgħa dwar il-kumpanija Egrant ħolqu terremot li heżżeż lill-klassi politika mill-pedamenti. Għal ġimgħa sħiħa, id-diskussjoni daret ma' kelma waħda: 'Egrant'. Ilha se tfaqqa' u sa fl-aħħar faqqgħet, b'Daphne Caruana Galizia tallega li din il-kumpanija sigrieta fil-Panama hija ta' Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru. Fi blogg li tellgħet nhar il-Ħamis li għadda, Caruana Galizia, li għal ġimgħa sħiħa bniet aspettativa għal din l-allegazzjoni, sostniet li fil- kċina tal-uffiċini tal-Bank Pilatus f 'Ta Xbiex hemm 'safe' li skonta, fih hemm numru ta' files li jinżammu "b'segretezza estrema." Fl-istess blogg, Caruana Galizia qalet li dawn id-dokumenti juru li Michelle Muscat għandha ishma fl-istess kumpanija. Caruana Galizia allegat ukoll li ammonti kbar ta' flus kienu trasferiti bħala ħlas ta' self lill- kumpaniji Hearnville, Tillgate u Egrant. Dan kollu qajjem baraxx qawwi ta'mistoqsijiet u argumenti fil- midja soċjali. L-ewwel u qabel kollox, qam il-punt tal-provi. Minkejja li l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront ta' mart il-Prim Ministru huma mill-aktar gravi, sal-ħin li kienet qed tinkiteb din l-analiżi kienu għadhom ma ħarġu ebda provi ċari ta' dawn l-allegazzjonijiet. Il-files ma rahom ħadd, ħadd ma ra isem Michelle Muscat b'rabta mal-kumpanija Egrant Inc. Provi ċari u konklussivi li Egrant fil-fatt hija ta' Michelle Muscat jew inkella li din għandha ishma f 'din il-kumpanija jibqgħu biss allegazzjonijiet minn blogger, liema allegazzjonijiet kienu ripetuti mill-Partit Nazzjonalista matul l-aħħar jiem, mingħajr waqfien. Min-naħa l-oħra, il- Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ċaħad għal darba, tnejn, tlieta li l-kumpanija Egrant hija tiegħu, ta' martu jew ta' xi ħadd mill-familja tiegħu. Dan għamlu għall-ewwel darba waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista u mbagħad minn tal-anqas f 'żewġ okkażjonijiet oħra. Għalhekk, s'issa, qed inħarsu lejn xenarju politiku fejn persuna qed tagħmel allegazzjonijiet mill-aktar serji, filwaqt li l-persuna inġurjata qed tiċħad. Dan iħalli lil kulħadd jemmen dak li jrid, probabbilment skont l-isfond politiku tal-persuna u skont kemm il-persuna tħoss li Caruana Galizia jew Muscat huma kredibbli f 'għajnejhom. Hi x'inhi, din hija l-akbar battalja bejn il-Mexxej tal-Partit Laburista u l-akbar għadu politiku, n-nemesi, tal-istess partit. Din għandha tkun show down spettakolari bejn partit li rebaħ l-aħħar elezzjoni b'marġini storiċi u l-persuna li llum ħadet rwol mill-aktar ċentrali fit-tixrid tal-messaġġ u fl-istrateġija tal- Partit Nazzjonalista. Jidher ċar, li Muscat se jiġġieled din il-kwistjoni b'ruħu u ġismu u mhu se jħalli l-ebda ġebla f 'postha sakemm ismu jkun imnaddaf mill- allegazzjonijiet li hu flimkien ma' martu kellhom kumpanija sigrieta fil-Panama u li għall-aħħar sena kienu qed jigdbu dwarha. Il-ġesti u l-movimenti ta' Muscat qed juru biċ-ċar li minkejja kull messaġġ ta' għaqda u diċenza, Muscat se jibbattalja sal-aħħar. Naturalment, Caruana Galizia ma tantx se toqgħod lura u se tibqa' żżomm mal-allegazzjonijiet tagħha fil-konfront ta' Muscat. Din hija kwistjoni ta' ħajja jew mewt, kemm għall-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll għal Caruana Galizia. Jekk provi jibqgħu ma joħorġux, Caruana Galizia taqla' daqqa kbira fil-kredibbiltà tagħha, għax tkun dehret li ppubblikat storja b'allegazzjonijiet gravissimi mingħajr ma setgħet tipprova b'mod ċar l-istess allegazzjoni. U magħha jaqla l-għaddsa finali l-PN U Simon Busuttil. Min-naħa l-oħra, jekk Caruana Galizia fil-fatt tippubblika provi ċari u inekwivoki li saru tranżazzjonijiet lejn il-kumpanija Egrant u li fil-fatt din hija ta' mart Joseph Muscat, Michelle, Muscat ikollu l-futur politiku tiegħu ssiġġillat. Naturalment, issiġillat fis- sens negattiv. Il-probabbiltà hija li ffaċċjat b'fatti ċari Muscat ma jkollu ebda għażla oħra ħlief li jirreżenja kemm minn Prim Ministru u anke minn Mexxej Laburista. Din il-gazzetta tat ħarsa lejn ix-xenarji possibbli li jistgħu jinħolqu minn issa 'l quddiem dwar kwistjoni li taf tkun deċiżiva għar- riżultat tal-elezzjoni li jmiss. Xi ħadd se jirbaħ. Xi ħadd se jitlef. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Jew Muscat u l-Labour jew Daphne u l-PN se jgħerqu...imma min? Tkompli fuq paġni 4 u 5 blogg ieħor qalet illi din il-whistleblower kienet telgħet tixhed quddiem il-Maġistrat Dan wara li Muscat Inkjesta Maġisterjali Aħbarijiet DIN il-ġimgħa faqqgħet tempesta politika oħra. Jekk l-allegazzjonijiet fuq Chris Cardona dwar allegata preżenza tiegħu f 'burdell qajjem urugan politiku, l-allegazzjonijiet li ħarġu din il-ġimgħa dwar il-kumpanija Egrant ħolqu terremot li heżżeż lill-klassi politika mill-pedamenti. Għal ġimgħa sħiħa, id-diskussjoni daret ma' kelma waħda: 'Egrant'. Ilha se tfaqqa' u sa fl-aħħar faqqgħet, b'Daphne Caruana Galizia tallega li din il-kumpanija sigrieta fil-Panama hija ta' Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru. Fi Xi Xi ħadd se jitlef. agcunningham@mediatoday.com.mt cunningham@mediatoday.com.mt cunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Nr 552 • 14 ta' Mejju 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Jesmond Zammit Ara paġni 34 u 35 Tonio Fenech u l-Pilatus. Ara paġna 2 NEWSPAPER POST L-allegazzjoni dwar il-kont ta' Egrant fi l-Bank Pilatus Il-Maġistrat bir-rapporti kollha tal-FIAU f 'idejh • Il-provi dwar l-allegazzjoni Egrant inġabru kollha • Mhux magħruf jekk l-ezitu tal-inkjesta hux se jkun pubbliku sal-elezzjoni IRRAPPORTI kollha tal-FIAU marbuta mal- każ ta' Egrant u Keith Schembri u Brian Tonna jinsabu kollha f 'idejn il-Maġistrat Aaron Bugeja, li qed imexxi l-inkjesta li għandha tistabbilixxi jekk mart il-PM Michelle Muscat hijiex verament is-sid tal-kumpanija Egrant u jekk hux minnu, kif allegat il-blogger Daphne Caruana Galizia, li minn dan il-kont għaddew $1 miljun minn kont fl-Ażerbajġan. Din il-gazzetta tista' tiżvela li l-ewwel rapport li kien ġie ppubblikat f 'gazzetti lokali u li ġew attribwiti għal sors fl-MFSA, kienu jindirizzaw l-ilmenti tal-whistleblower Russa li marret għand l-FIAU wara li kienet ħadmet għal xahrejn mal- bank Pilatus qabel tkeċċiet. Din il-gazzetta tista' tiżvela wkoll li r-rapport ta' disa' paġni kien qed jitlob lill-istess bank biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu fuq diversi aspetti wara l-allegazzjonijiet tal-persuna Russa. Fil-fatt, minkejja li kien ippubblikat dan ir-rapport ta' compliance, il- kumplament tar-rapporti u konklużjonijiet dwar il-Bank Pilatus, liema rapporti saru minn ditta ta' awdituri u anke avukati, ma kinux ippubblikati mis-Sunday Times jew mill-Malta Independent. Dawn ir-rapporti issa qegħdin għand il- Maġistrat inkwerenti. Minkejja li jidher li nġabru l-provi kollha dwar l-allegazzjoni fil-konfront ta' Michelle Muscat mhux magħruf jekk il-Maġistrat hux se jippubblika r-rapport qabel id-data tal- elezzjoni. Il-proposti taż-żewġ partiti matul din il-ġimgħa - Paġni 6 u 7 Min għandu x'jitlef minn din l-elezzjoni? - Paġni 4 u 5 It-tieni ġimgħa tal-kampanja elettorali f 'ritratti - Paġni 10 u 11 Opinjonijiet - Paġni 16 sa 21 iżda li din kienet eks impjegata Daphne tixkef traskrizzjoni... dokument illi allegatament juru Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Caruana Galizia, anke jekk kienet pjuttost kritika tal-fatt li ħafna staqsew għall-provi kif jiġri kull darba li ssir allegazzjoni ta' natura gravi, qalet li fil-fatt għandha provi. Imma jekk għandha l-provi, għaliex ma teħodhomx quddiem il-Maġistrat? Jekk hi stess qed tgħid li dan huwa imparzjali, għaliex ma titlax il-Qorti u tħalli istituzzjoni suprema u awtonoma b'inkjesta mmexxija minn Maġistrat rispettat u 'imparzjali', biex tkun hi li tiddeċiedi? U x'se tiddeċiedi? Tiddeċiedi fuq l-awtentiċità tad-dokumenti u l-provi. Tiddeċiedi fuq kif dawn il-provi u dokumenti jimpattaw fuq jekk Michelle Muscat għandhiex kont fil-Bank Pilatus u jekk għaddewx flus fl-istess kont. Id-dokumenti li għandha Caruana Galizia jistgħu jiddeterminaw jekk Michelle Muscat (u magħha l-PM Joseph Muscat) hix qed tgħid il-verità jew hux qed tigdeb. Jista' jkun li Caruana Galizia se tistenna sa qabel l-elezzjoni ġenerali, qed jisħqu ħafna. Jista' jkun. Imma x'differenza tagħmel, ladarba l-prova, fil-forma ta' dokument jew whistleblower, waħedha hija biżżejjed biex il-PM jirreżenja? U x'għodda aħjar hemm biex tawtentika dokument jew prova jekk mhux il-Qorti u l-istess Maġistrat li laqa' t-talba tal- Kap tal-Oppożizzjoni, fir-rigward tal-allegazzjonijiet? Biex inkunu ġusti, Caruana Galizia sostniet li ladarba mhux hi qed tkun investigata, mela mhux hi għandha titla' tixhed. Dan, anke jekk nhar il-Ħamis li għadda telgħet il-Qorti, b'taħrika u qalet lill-gazzetta The Times li mhi se tgħid 'xejn ġdid'. Tibqa' mistoqsija komuni minn bosta dwar għalfejn il-PM Muscat ma ġegħelx lill-Ministru Konrad Mizzi jirreżenja meta tgħallem/sar jaf jew meta kien mikxuf fil-pubbliku li dan fetaħ kont fil-Panama, li sakemm kien żvelat, ma kienx għadu ddikjarat. Kont fil-Panama jista' jfisser jew inkella jimplika ħafna affarijiet: evażjoni tat-taxxa, korruzzjoni u ħabi. Dan ma jfissirx li Mizzi jista' jkun akkużat b'ebda waħda minn dawn l-akkużi, imma xorta l-fatt li fetaħ kumpanija fil- Panama jitfgħuh taħt dellijiet ta' dubji serji. Biex tgħaxxaq, Mizzi kien il-Ministru li kien qed imexxi portafoll pjuttost estensiv bl-iffirmar ta' kuntratti kbar. Provi li kien qed idaħħal fil-but? Assolutament xejn. Dubji li tqajmu? Ħafna, u ħafna. Allura għaliex ħass li ma kellux inneħħih? Jekk fl-Oppożizzjoni, il-PL kien iħoss li Austin Gatt kellu jirreżenja għax kien hemm wisq duħħan fil-każ taż-żejt, anke jekk mhux nar, fuq Mizzi u Schembri għaliex ma rraġunax l-istess? Forsi għax Muscat kompliċi? Dawn huma mistoqsijiet pjuttost leġittimi li saru diversi drabi u li bnew fuq il-perċezzjoni li Muscat 'ma jistax ineħħi lil Konrad Mizzi għax jinsab fl-istess ilma tagħhom.' Vera? Muscat qed jiċħad bil-qawwa. Li ma jistax jiċħad żgur huwa li l-'azzjoni' li ħa fil-konfront ta' Mizzi, (li ma kienet azzjoni xejn għax biddillu t-titlu u waqaf hemm), m'għenet xejn biex tkun miġġielda l-perċezzjoni negattiva li ħoloq il-kont fil-Panama ta' Konrad Mizzi. Għalhekk huma ħafna dawk li llum reġgħu qed jistaqsu jekk l-inazzjoni tal-bieraħ, hux minħabba l-allegazzjonijiet tal-lum. Mistoqsija li qamet diversi drabi kienet dwar il-Kummissarju tal- Pulizija u għalfejn dan ma marx jissiġġilla l-bank mal-ewwel, malli saru l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Michelle Muscat. Dawn il- mistoqsijiet huma pjuttost leġittimi. Hemm min qed jgħid li allaħares il-Kummissarju tal-Pulizija għandu joqgħod jistenna blogg jew imur jissiġġilla bank malli xi ħadd joħroġ blogg. Fil-verità, dan l-argument ftit li xejn ireġi. L-allegazzjoni li saret minn Caruana Galizia kienet ċara u mill- aktar gravi. Issa vera, din il-blogger ma mxietx mal-prassi li ċċempel jew tmur l-għassa, imma l-akkużi kienu pjuttost gravi u pubbliċi wkoll. Il- Kummissarju, biex tgħaxxaq, kompla jitfa' lilu nnifsu fil-linja tal-attakk, meta deher f 'ikla privata. Xejn ħażin. Imma ma tidhirx tajjeb, lanqas. Allura n-nies jistaqsu, għalfejn ma ċċaqlaqx mill-ewwel? Għax forsi ħares lejn min allega minflok lejn l-allegazzjoni? Dawn il-mistoqsijiet, ma tantx għenu l-kawża ta' Muscat u taw spinta lil min qed jallega. Taw spinta ikbar lill-Kap tal-Oppożizzjoni fl-għajta tiegħu li l-istituzzjonijiet ġew hijacked mill-Prim Ministru. Ftit sigħat wara li ħarġu l-akkużi kontra Michelle Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni rrepeta l-akkużi ta' Caruana Galizia ftit qabel, jiġifieri li l-Inkjesta Maġisterjali, kienet fażulla għax il-provi 'ħarbu bihom fil-bagalja' u għax 'il-katavru tneħħa mix-xena tad-delitt.' Apparti l-fatt li l-allegazzjonijiet tal- famuża bagalja qed ikunu kkontestati u s'issa qed jirriżulta li huma dubjużi, il-Kap tal-Oppożizzjoni din il-ġimgħa deher quddiem l-istess Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta, fuq talba tiegħu stess u fuq provi li qed jgħid li għandu, li juru li Schembri kien involut f 'attività ta' ħasil ta' flus. Dan idgħajjef il-kritika, li fil-fatt l-inkjesta hija 'fażulla'. Għax kif inhi fażulla u kif m'għandekx fiduċja fiha, imma mbagħad titlobha tinvestiga provi? U kif inhi fażulla jekk provi hemm u min għandu l-provi ma jridx jitla' l-Qorti u jressaqhom? Caruana Galizia tat idea ċara li se tkun qed 'tikxef ' ta' min hija Egrant minn kważi ġimgħa qabel u ma' dak l-artiklu, ħarġet ritratt implikattiv ħafna b'Michelle Muscat titkellem ma' Leyla Aliyeva, bint il-President tal-Ażerbajġan. Dan ifisser li jekk Pilatus vera kellhom dawn il-famużi dokumenti fil-famuż safe, fil-famuża kċina, u allura kienu jkunu jafu li Caruana Galizia kienet se tikxef lilhom u lil Muscat, għalfejn stennew iktar minn erbat ijiem biex ineħħu kull forma ta' prova? Jekk l-intenzjoni kienet li titneħħa l-evidenza, għalfejn stennew sal-lejl meta Caruana Galizia għamlet l-allegazzjonijiet biex ineħħu l-evidenza, meta kien ċar li kienet se 'tikxef ' bank li jopera lokalment? Il-Bank Pilatus deher li nħasad bil-possibbiltà li jkunu investigati. Kieku kienu ħatja tal-allegazzjoni dwar Muscat, kienu jkunu preparati. Forsi kien hemm isem ieħor li riedu jaħbu, jekk huwa vera li fil-bagalja kien hemm xi karti jew dokumenti. Il-banek, kull bank anke dawk lokali jkollhom ħafna klijenti li ma jkunux iridu jikxfu. Wara l-mewt ta' Gaddafi kien żvelat kif ibnu Muatassim Gaddafi, kellu mad-€90 miljun fil-Bank of Valletta, allura x'nagħmlu, ngħidu li l-Bank of Valletta huwa bank dubjuż? Il-famuża bagalja, x'kien fiha? Parti minn dan l-epidosju sħiħ li għorok ħafna għajnejn u li ta kredenza immedjata lill-istorja ta' Daphne Caruana Galizia, kienet ix-xena taċ-Chairman tal-Bank Pilatus ħiereġ mill-istess binja b'żewġ bagalji f 'idejh. Issa jekk qatt kien hawn żewġ bagalji li saru popolari, kienu dawn. L-allegazzjoni, kemm tal-blogger imma anke tal-Kap tal-PN Simon Busuttil kienu li f 'dawn il-bagalji kien hemm dokumenti li juru li Michelle Muscat hija sid it-tielet kumpanija fil-Panama, Egrant Inc. Apparti li Busuttil għamel aċċenn kontinwu u għamel tiegħu din l-allegazzjoni, iddikjara li l-inkjesta minn Maġistrat inkwirenti hija 'fażulla' u 'farsa' għax il-provi sparixxew mill-bank fil-bagalja. S'hemm kollox sew. Imma Caruana Galizia kienet irrapportata tgħid fuq il-gazzetta The Sunday Times tal-Ħadd li għadda, li fil-fatt għandha d-dokumenti li juru li Egrant hija ta' Muscat. Allura jekk Caruana Galizia għandha d-dokumenti, mela fil-bagalja x'kien hemm? Allura kif qed jingħad li l-katavru metaforiku tneħħa mix-xena tad-delitt, meta fil-fatt għadu hemm, għax il-provi dokumentati qegħdin għand min għamel l-allegazzjoni? Biex tgħaxxaq, din il-ġimgħa kellna l-colpo di scena tal-famuż trakk bil-magni tal-ishredders biex suppost iqatta' l-provi. Mela mhux fil-bagalja kienu l-provi? Jekk sparixxew u ħarbu, x'dokumenti kien hemm xi tqatta'? Dan kollu ma jfissirx li s-sitwazzjoni ma kinitx suspettuża u ma qajmitx mistoqsijiet. Imma, s-saħħa tal-argument li fil-bagalja kien hemm provi li Egrant hija ta' Michelle Muscat, iddgħajfu sew. Għalfejn il-PM ma neħħiex lil Keith Schembri? Din hija simili ħafna għal dak li hemm fil-kaxxa ta' Konrad Mizzi. Għalkemm xi differenzi hemm ukoll. Keith Schembri huwa negozjant ta' suċċess kbir ħafna fil-mestier tiegħu u mhuwiex elett mill- poplu. Naturalment iżda, il-mistoqsijiet xorta jibqgħu hemm u kulħadd jaf li Keith Schembri huwa qrib ħafna tal-Prim Ministru. Allura l-mistoqsijiet jibqgħu: ma neħħieħx għax imdaħħal hu? Veritas Omnia Vincit – Il-Verità tirbaħ fuq kollox Se tkun triq twila u milli jidher agonjuża dik li se twassal għal elezzjoni fix-xhur li ġejjin. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li ħareġ s'issa u min qed jitlef u jirbaħ l-argument f 'labrint li l-poplu jinsab fih jistaqsi mistoqsija waħda: Min qed jgħid il-verità? Għalfejn Daphne ma riditx titla' bil-provi l-Qorti? Għalfejn ma ġiegħlux jirreżenja lil Konrad Mizzi? Għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija ma bediex jinvestiga mill-ewwel? L-inkjesta tal-Maġistrat, fażulla? Pilatus qed jaħbu għal Michelle jew xi ħadd ieħor? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham ILMISTOQSIJA tibqa' waħda u importanti. Mistoqsija li qed jistaqsi kulħadd bħalissa. Mistoqsija li jista' jkun li tiddetermina r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali li jmiss fi ftit xhur, jew saħansitra ġimgħat, oħrajn. Min qed jgħid il-verità? Jew inkella Min qed jigdeb? Minkejja li ma nistgħux inwieġbu din il- mistoqsija fiċ-ċert, se naqbdu numru ta' fatti, mistoqsijiet u ċirkostanzi li jirrigwardaw dan il-każ s'issa. Dan xorta mhux se jkun qed jagħti risposta definita dwar min qed jgħid il-verità jew min qed jigdeb, imma jista' jagħti ħjiel ta' fejn u liema direzzjoni jista' jkun li jmorru l-affarijiet. Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank Pilatus, Hamidreza Ghanbari qal lill-ġurnalisti, wara li ħareġ mill-Qorti fejn kien qed jagħti xhieda bħala parti mill-inkjesta Maġisterjali, li l-bank ta lill-Qorti disa' sigħat ta' filmati CCTV. Il-filmati kienu jirrigwardaw dak li kien qed jiġri ġewwa l-bank. Issa, naturalment, dan il-filmat se jkun qiegħed jilgħab rwol ċentrali dwar l-allegazzjoni li xi ħadd ipprova jilgħab mal-provi. X'ġara? Fejn kienet il-bagalja? Infetħet? Min fetaħha? X'kien hemm fiha? Jekk il-filmat, fil-fatt ikun verifikat bħala awtentiku, jista' jkun kruċjali ħafna biex iwieġeb il- mistoqsija: Fuq il-bagalja min qed jigdeb? X'hemm fuq il-filmat CCTV ta' disa' siegħat li ressqu ta' Pilatus?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018