Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet Minn Yendrick Cioffi Tkompli min Paġna 1 Iżda, sensara li tkellmu mal- ILLUM qalu li fil-fatt hekk se jiġri, jiġifieri li se tingħata konċessjoni biex il-limiti imposti mill-pjani lokali preżenti, jinbidlu sabiex il- bini jkun jista' jiżdied b'sular jew tnejn. Xi ħaġa simili diġà ġrat fl-aħħar leġislatura meta l-Gvern preżenti kien ippermetta li ċertu lukandi, ta' tliet stilel jew aktar, itellgħu żewġ sulari fuq dawk imposti fil-pjan lokali. Kuntrattur u nutar ma kkonfermawx li se jiżdiedu s-sulari, imma qalu li minn dak li qed jisimgħu, fost persuni midħla fil- qasam tal-kostruzzjoni u l-permessi, il-pjani lokali waslu biex jinbidlu. L-Awtorità tal-Ippjanar qed taħdem u waslet biex tlesti r-reviżjonijiet Dan kien ikkonfermat minn sors mill-Gvern, li ma' din il-gazzetta spjega kif minkejja li x-xogħol waqa' lura ftit mhux ħażin, l-Awtorità tal-Ippjanar waslet biex tikkonkludi r-reviżjoni tal-pjani lokali, għax fi kliemu x-xogħol ilu għaddej. Minkejja li ma setax jagħti data jew inkella indikazzjoni meta r-reviżjoni se tkun qed tiġi ppubblikata, l-istess sors saħaq li 'dawn se jinbidlu żgur.' Sorsi ieħor, din id-darba mill-Awtorità tal-Ippjanar, qal mal-ILLUM li l-Kunsill Eżekuttiv tal-istess Awtorità għadu ma ddiskutiex il-pjani lokali anke għax quddiemu għadha ma waslitx l-ebda reviżjoni u għalissa din ma tidhirx fuq l-aġenda tiegħu. Saħaq biss li jista' jkun li l-Awtorità tal-Ippjanar qed taħdem fuq ir- reviżjonijiet li fl-aħħar mill-aħħar, id-deċiżjoni dwarhom, tittieħed mill- Kunsill Eżekuttiv. Spega kif il-Kunsill Eżekuttiv jista' jiddeċiedi jew li japprovahom, jew jibgħathom lura biex ikunu emendati u jista' saħanistra jitlob parir dwarhom, anke mill-Ministru responsabbli. Jekk mhux se ngħollu l-bini se nibnu f 'ODZ? Lura fl-2013, il-Gvern kien nieda konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-pjani lokali tant li kien daħlu madwar 7,000 proposta mill-pubbliku. F'Diċembru tas-sena li għaddiet, meta kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Karol Aquilina, il-Ministru Ian Borg qal li l-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed tanalizza l-proposti kollha li kienu daħlu għar-reviżjoni tal-pjani lokali. Intant, għadu mhux magħruf x'se jkunu qed jinkludu l-pjani lokali l-ġodda, ġaladarba l-Ministeru qal ma' din il-gazzetta li l-għoli tal- bini mhux se jinbidel u anke għax il-Prim Ministru Joseph Muscat, lura f 'Mejju tas-sena li għaddiet, kien saħaq li bl-ebda mod il- Gvern mhux se jnaqqas it-total tal-art klassifikata bħala barra l-iżvilupp (ODZ). Madanakollu, meta kien qed jitkellem waqt dibattitu organizzat minn Għaqdiet Ambjentali Mhux Governatti, kien ikkritika ċertu konfini tal-iżvilupp identifikati fl-2006. Kien saħaq li minkejja li jista' jkun hemm estensjoni ta' żoni li fihom jista' jsir l-iżvilupp, dawn se jkunu 'kkompensati' billi jiġu estiżi żoni ODZ f 'postijiet oħra. Il-gazzetta oħt MaltaToday, f 'Jannar tas-sena li għaddiet, kienet irrappurtat kif il- Gvern jinsab taħt pressjoni minn dawk is-sidien ta' artijiet li kienu tħallew barra fir-reviżjoni tal-2006 u issa jridu li l-artijiet tagħhom ikunu nklużi fiż-żoni li fihom jista' jsir l-iżvilupp, meta jiġu riveduti l-pjani lokali. Tant hu hekk, li l-Gvern kien saħansitra indika li jista' jippermetti l-iżvilupp fuq uħud minn dawn l-artijiet privati, filwaqt li jikkompensa billi art li hi pubblika tkun inkluża fil- konfini tal-ODZ. Apparti minn hekk, fil-25 ta' Lulju tal-2017, l-istess gazzetta kienet tkellmet mal- Kap Eżekuttiv taċ-Ċermen Johann Buttigieg, li kien saħaq li għalkemm għad ma hemmx data fissa meta dawn se jkunu ppubblikati, il-pjanijiet lokali riveduti se jkunu ppubblikati sal-aħħar tal-leġislatura. Dan minkejja li l-ewwel pjan tal-Gvern kien li l-istess pjanijiet lokali jkunu lesti riveduti u approvati fl-ewwel leġiżlatura tiegħu. Tant hu hekk, li fir-rapport annwali tal-Awtorità tal- Ippjanar għall-2014, l-istess Buttigieg kien kiteb li l-ewwel abbozz kellu jkun lest sa Ġunju tal-2015, biex minn hemm tibda diskussjoni mal-Gvern u konsultazzjoni pubblika. Il-Pjan Strutturali, li kien approvat fl-1992, kien jinkludi 24 pjan lokali kien ukoll pjanijiet dwar iż-Żoni ta' Konservazzjoni Rurali. Gvern Nazzjonalista, fir- reviżjoni tal-2006, kien għażel li minflok ikun hemm seba' pjani lokali li jkopru sitt reġjuni u lokalità waħda. Fl-2013, is-Segretarju Parlamentari għall- Ippjanar, dak iż-żmien Michael Farrugia, kien qal li l-pjan tal-Gvern huwa li minn seba' pjani lokali reġjonali, ikun hawn tliet pjani ġeneriċi bl-għan li jitneħħew id-differenzi reġjonali fil-politika tal- ippjanar għal-lokalitajiet differenti Maltin. Dawn kellhom ikunu wieħed esklussiv għal Għawdex u Kemmuna, wieħed għaż-żoni kollha urbani f 'Malta u wieħed għal artijiet f 'Malta li huma barra miż-żoni għall-iżvilupp. Fi stqarrija konġunta, għadd ta' NGOs ambjentali kienu kkritikaw bil-kbir dan il-pjan tal- Gvern. TAĦRIĠ F'GĦAWDEX GĦALL- KOMUNITA' KUMMERĊJALI FUQ KIF GĦANDHOM ISIRU OFFERTI ELETTRONIĊI Il-Ministeru għal Għawdex b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal- Kuntratti ser jorganizza taħriġ f'Għawdex għal Operaturi Ekonomiċi fuq kif għandhom isiru offerti elettroniċi. Dan it-taħriġ ser jagħti opportunita' lil min ser jattendi sabiex isir familjari mal-metodu ta' kif isiru u jiġu sottomessi offerti elettroniċi fuq is-sistema elettronika tal-Akkwisti Pubbliċi. Dan it-taħriġ ser ikun mingħajr ħlas. Id-dati tat-taħriġ jinghataw lil dawk li japplikaw aktar 'il quddiem. Dawk interessati għandhom japplikaw permezz tal-posta elettronika fuq procurement.mgoz@gov.mt jew bit-telefon fuq in-numru 22100268 bejn it-8:00 ta' filgħodu u nofsinhar sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 13 ta' Awwissu 2018. Ministeru għal Għawdex KORP TAL-PULIZIJA ESPRESSJONI TA'INTERESS 2 /2018 Il-Kummissarjutal-Pulizija javża li:- Proposti se jintlaqaw permezz tal-Email fuq Email address: tenderspolice.mhas@gov.mt sa mhux aktar tard mill- 11:00 am it-Tnejn 20 ta' Awwissu 2018 għall- EOI No: 2/2018 - KIRI TA' PROPJETA', BHALA UFFICINI, LILL-KORP TAL- PULIZIJA Dettalji jistgħu jinkisbu billi tintbagħat talba permezz ta' email bit-titlu "Request Form – PREMISES TO THE MPF" fuq Email address: tenderspolice.mhas@gov.mt Ir-reviżjoni tal-pjani lokali għadha fuq il-mejda; 'Ħafna mix-xogħol lest' • L-Awtorità tal-Ippjanar waslet biex tlesti r-reviżjoni tal-pjani lokali • Kuntratturi jittamaw li jkunu jistgħu jgħollu s-sulari • Il-Ministeru jeskludi li se jiżdied l-għoli tal-bini Il-Kummissarjutal-Pulizija javża li:- Proposti se jintlaqaw permezz tal-Email fuq Email address: tenderspolice.mhas@gov.mt sa mhux aktar tard mill- 11:00 am it-Tnejn 20 ta' Awwissu 2018 għall- EOI No: 2/2018 - KIRI TA' PROPJETA', BHALA UFFICINI, LILL-KORP TAL-PULIZIJA Dettalji jistgħu jinkisbu billi tintbagħat talba permezz ta' email bit-titlu "Request Form – PREMISES TO THE MPF" fuq Email address: tenderspolice.mhas@gov.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018