Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 80 • 50 • 11 • 7 • 9 76 • 61 • 5 Tlugħ Nru. 743 New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Valletta Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Gużepp, Ħamrun Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi Mackie's Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta' Paris, Birkirkara Regional Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida J.V.'s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Swieqi Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan St. Mary Pharmacy, 71, Triq Sir Harry Luke, Mġarr St. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola Victory Pharmacy, 32, Triq il- Vitorja, Isla May Day Pharmacy, Triq il-Vittor- ja, Żabbar Beta Pharmacy, 190, Dawret Ħal- Għaxaq, Għaxaq Mqabba Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ St. Anthony Pharmacy, 18, Triq il- Kbira, Rabat Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria Għajnsielem Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab mal- lejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 3 li jsir Lbiċ forza 3 għal 4 BAĦAR Ħafif L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RiĦ: Majjistral forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 BAĦAR Moderat li jsir ħafif MEDIATODAY u B2B qed jerġgħu jipproduċu u jippreżentaw tliet programmi fuq l-istazzjonijiet TVM u TVM2. XTRA, il-Ħamis fit-20:50 fuq TVM Nhar ta' Ħamis, fit-20:50, fuq TVM, Saviour Balzan se jkun qed jirritorna bil-programm ta' diskussjoni dwar ġrajjiet kurrenti XTRA, li matulu diversi mistiedna jiġu mistoqsija mistoqsijiet diretti. "Waqt XTRA nipprova nagħmel lill-mistiedna komdi kemm jista' jkun biex ngħinhom jitkellmu daqslikieku qegħdin bilqiegħda flimkien biex ngħidu kelmtejn. Meta tagħmel hekk, tistenna li jkollok tweġibiet aktar onesti," qal Saviour Balzan li ilu jippreżenta fuq TVM mill-2002. "Se jkollna dehra ġdida u anke bidliet fil-kontenut, fosthom diskussjonijet qosra dwar kwistjonijiet kurrenti, bħall- Ewropa." GourmetToday, il-Ħamis fis- 18:15 fuq TVM Fuq TVM ukoll, jirritorna GourmetToday, b'erba' kokijiet ġodda. Il-programm iġib flimkien fost l-aqwa kokijiet u personalitajiet magħrufa fil- qasam. Il-programm se jkun immexxi mill-espert tal-gastronomija Kurt Mifsud u l-kok Keith Abela, mill-Akkademja Kulinari Mediterranja. Ma jonqsux ukoll Robert Cassar, kok u sid ta' Root 81 u l-'head chef ' Letizia Vella. Bħal dejjem, il-programm se jkun jinkludi taħtlita ta' tisjir mill-aqwa, tagħlim u divertiment. GourmetToday jibda jixxandar fis-18:15 ta' kull nhar ta' Ħamis, fuq TVM. Dwarna, it-Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Għar-raba' sena, jirritorna wkoll Dwarna, programm dwar in-nies, kwistjonijiet soċjali u psikoloġiċi, il-problemi u s-soluzzjonijiet għalihom. Mariella Dimech, Psikoloġista, se tippreżenta l-programm u magħha jingħaqdu għadd ta' personalitajiet li għandhom storja x'jirrakkuntaw. Fi ftit kliem, Dwarna huwa programm min-nies għan-nies, bil-għan li joffrilhom perspettivi differenti u soluzzjonijiet li forsi waħedhom, ma jaslux għalihom. Dwarna se jibda jixxandar nhar ta' Tlieta, fid-21:00 fuq TVM2. Tagħrif ġenerali dwar B2B u MediaToday Il-programmi kollha huma produzzjoni ta' B2B u MediaToday u jinġibdu fl- istudjow il-ġdid tagħhom f 'San Ġwann. Ix-xogħol kollu awdjoviżiv huwa kkoordinat minn Matt Brown flimkien ma' Tony Camilleri assistiti mill- videographer James Bianchi. Ir-reklamar u dak kollu li għandu x'jaqsam ma' Sales huwa f 'idejn Erika Arrigo. L-istess studjows joffru wkoll servizzi ta' marketing u produzzjonijet adjoviżivi. XTRA, GourmetToday u Dwarna lura fuq l-istazzjonijiet nazzjonali MediaToday u B2B jirritornaw bi tliet programmi varjati fuq TVM U TVM2 Saviour Balzan jirritorna b'XTRA nhar ta' Ħamis filgħaxija fuq TVM Dwarna, il-programm dwar in-nies, it-Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Gourmet nhar ta' Ħamis fis-18:15 fuq TVM

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018