Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186
illum | Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 16 Opinjoni M a nafx jekk qattx kellkom l-esperjenza tiegħi. Ġieli nkun barra mill-pajjiż u jgħiduli – Owen, kif qiegħed hawn ejja ħa tara biċċa mill- wirt storiku ta' pajjiżna. Din għandha 100 sena! U jien ġo qalbi ngħid f 'pajjiżna għandna strutturi li twaqqfu 3,700 sena qabel Kristu! Pajjiżna, fejn jidħol il-wirt storiku hu verament b'saħħtu u straordinarju. U ladarba għandna dan il- wirt storiku tremend u sabiħ għandna obbligu daqstant tremend u sabiħ biex nieħdu ħsiebu. Il-ħila però mhijiex li tieħu l-approċċ tal-presepju nsejjaħlu jien – jiġifieri li ma tmiss xejn u tħalli kollox intatt kif instab – imma li ttejjeb il- madwar tal-wirt storiku b'mod Ii jikompli jsebbaħ u jivvalorizza dak il-wirt storiku. Issa nifhem li mod tkun qed tgħid din il-ħaġa waqt li tikteb artiklu għall-gazzetti u mod li twettaq din il-ħaġa meta f 'nofs proġett nazzjonali li jkollu dati ta' skadenza strettissimi fuq rasu ssib xi cisterni, jew xi qabar antik. Mod tkun qed tgħid din il-ħaġa waqt li tikteb artiklu għall-gazzetti u mod li twettaq din I-ħaġa jekk tiret xi dar f 'nofs il-pjazza ta' xi raħal antik u jkollok f 'moħħok li twaqqagħha biex minflok ittella' tliet sulari ħalli tagħtihom lit-tfal. Dawn huma d-deċiżjonijiet li rridu nieħdu ta' kuljum. Għal ħafna snin f 'pajjiżna kellu dipartiment tal-mużewijiet li kien jieħu ħsieb kollox hu. Dak iż-żmien kien sar xogħol fantastiku bi ftit flus li kien hemm disponibbli meta tqis li pajjiżna kien qed jitla' fuq saqajh wara li kiseb l-indipendenza u l-ħelsien tiegħu. Irrid insellem lin-nies kollha li ħadmu fuq li ħadmu biex poġġew il- pedamenti li għadna ngawdu sal-lum. Eventwalment fi żmien it-treġija tal-Ministru Louis Galea ttieħdu deċiżjonijiet importanti ħafna li fil-fehma tiegħi kienu kruċjali biex dan is-settur jimxi 'l quddiem. Ittieħdet id-deċiżjoni li jitwelldu żewġ awtoritajiet importanti li għandhom funzjonijiet differenti - l–ewwel nett Sovraintendent tal-Patrimonju Kulturali li jservi bħala pulizija li jgħasses il-wirt storiku u t-tieni nett Patrimonju Malta (Heritage Malta) li għandha l-għan li tieħu ħsieb is-siti li minn żmien għal żmien jgħaddu għandha. Twieldu strutturi oħra - bħall–Kumitat ta' Garanzija li għandhom funzjonijiet differenti. Naturalment il-bidu kollu iebes u fejn jidħlu dawn iż-żewġ entitajiet ma kinitx eċċezzjoni. Biss dik kienet deċiżjoni tajba u f 'waqtha li għadna naħsdu l-frott tagħha. Meta mill-karta tiġi għall- prattika mbagħad hemm issib l-iebes. Is-Sovraintendenza qatt ma kibret fl-Awtorità rispettata li kien missha tikber – tant hu hekk li ħafna nies qas jafu li teżisti u minflok jaħsbu li hija l-istess ħaġa bħall-Heritage Malta. L-ammont ta' nies – bravissimi u intelligentissimi biex ħadd ma jifhimni ħażin – tgħoddu fuq pala ta' id waħda u qatt ma kien hemm ambizzjoni li s-Sovraintendenza tissaħħaħ kif għandu jkun f 'pajjiż mimli b'wirt storiku. Heritage Malta mas-snin kibret u għamlet ħafna xogħol tajjeb. Biss kont inħoss meta konna nokkupaw il-bankijiet tal-Oppożizzjoni l-Heritage Malta kienet qisha dik il-vettura li kienet issuq bil-handbrake mgħolli. Xi ħadd ried iniżżel dak il-handbrake ħalli l-vettura ssuq iktar u tkun iktar ambizzjuża. Illum nemmen li qegħdin f 'nofs proċess eċitanti ħafna li se jwassal li jbiddel lis- Sovraintendenza u Heritage Malta f 'entitajiet importanti ħafna daqs kemm huma importanti l-ekwivalenti tagħhom fil-pajjiżi ewlenin tal- Ewropa. Ħa nispjega għaliex. Matul l-aħħar legiżlatura ttieħdet id-deċiżjoni importanti ħafna li fejn jidħlu applikazzjonijiet tal-ippjanar, dawn jgħaddu kollha quddiem is-Sovraintendent għall- Patrimonju Kulturali. Dan ifisser li waqt li qabel kien ikun hemm kontroversji sħaħ fuq meta s-Sovraintendent jagħti l-fehma tiegħu jew ma jagħtix dwar żvilupp partikolari, issa din il-kontroversja spiċċat darba għal dejjem u s-Sovraintendent jagħti parir dwar kull applikjazzjoni. Naturalment dan wassal biex sploda x-xogħol b'mod straordinarju fis- Sovraintendenza u llum tista' tgħid li s-Sovraintendenza qed tiffoka r-riżorsi ewlenin tagħha fuq il-proċessi relatati mal-ippjanar – kemm dawk relatati mal-konsultazzjonijiet u kemm dawk relatati mal- monitoragg. Biex nilqgħu għal dan ix-xogħol kbir, iddaħħlu xejn inqas minn 13-il persuna ġdida kwalifikati f 'setturi diversi relatati mal-patrimonju kulturali. Naturalment dawn it-13-il żagħżugħ u żagħżugħa jridu ż-żmien tagħhom biex jitħarrġu u jitgħallmu jwettqu d-doveri tagħhom bl-aħjar mod iżda dan kien l-ikbar ingaġġ f 'daqqa li qatt sar fl-istorja tas-Sovraintendenza. Is-sena d-dieħla, jiġifieri dik li se tibda tliet xhur oħra, se jkun hemm ingaġġ ieħor ta' grupp ta' esperti u amministraturi sabiex is- Sovraintendenza tkompli tikber u tiffjorixxi. Dan se jassigura li fil-futur il-pajjiż ikollu ammont sabiħ ta' professjonisti mħarrġa sa snienhom fis-settur tal- protezzjoni tal-patrimonju kulturali fi proċessi relatati mal- ippjanar. Fl-istess waqt tejjibna l-ftehim kollettiv tal-ħaddiema sabiex ninċentivaw il-ħaddiema tagħna biex ikomplu jwettqu d-doveri tagħhom bl-aħjar mod. Nammetti li hemm nuqqas ta' esperjenza fi ħdan is-Sovraintendenza għaliex l-impjegati li huma mħarrġa sa snienhom fil-kamp tal- konsultazzjonijiet u kemm fil- kamp tal-moniteragg fi proċessi ta' ppjanar huma ftit fin-numru u qed issir ħidma biex dan jiġi indirizzat b'effett immedjat. Jien konxju li l-ispettattiva – kemm mill-Gvern li jkollu proġetti kbar li jiswew ħafna flus li jkun irid iwettaq u kemm mill-pubbliku li jkollu ħafna flus marbutin u spejjeż meta jiġi għal proġetti kapitali – hija għolja ħafna biex is- Sovraintendenza taqdi d-doveri tagħha. L-impenn tagħna hu ċar – li s-Sovraintendenza tkompli tissaħħaħ f 'entità li tattira rispett u li tieħu d-deċiżjonijiet b'effiċjenza. Intant nirringrazzja lill- ħaddiema kollha li qed jaqdu d-doveri tagħhom u nħeġġiġhom ikomplu jagħtu iktar lil dan il-pajjiż sabiħ tagħna. Fejn tidħol Heritage Malta nemmen li fl-aħħar snin din l-entità kibret u fjorixxiet ħafna. Ma jfissirx li wasalna biex jintlaħaq il-livell ta' ambizzjoni u kreattività li nixtieq li nara iżda mxejna ħafna. Fil-ħames snin li għaddew Heritage Malta daħlet għal proġetti li sa ftit snin ilu lanqas biss konna noħolmu li nagħmluhom - ir–restawr tal-Forti Sant Anglu hu wieħed minnhom. Il-Muża, li se jiftaħ dalwaqt, se jkun proġett ieħor sabiħ ferm li se jkompli jgħolli l-isem ta' Heritage Malta. Nemmen li ġiet ikkreata enerġija u ġie kkreat interess fi ħdan il-Gvern li ebda Gvern ieħor fl-istorja ma' kellu fejn jidħol l-avvanz ta' din l-Aġenzija. Meta jkollna idea – ambizzjuża kemm hi ambizzjuża – tara l-Gvern kollu jiġbed ħabel wieħed sabiex din l-idea tavverixxi ruħha u ssir realtà. Nirringrazzja lill- amministrazzjoni u l-ħaddiema kollha ta' Heritage Malta u nħeġġiġhom sabiex ikompli jaħdmu u jagħtu l-massimu tagħhom. Intant, bl-istess mod li fi ħdan is-Sovraintendenza wasalna għal ftehim kollettiv sabiex inkomplu ninvestu fir-riżorsa umana nawgura li fl-iqsar żmien possibbli naslu għall- iffirmar ta' ftehim kollettiv ġdid fi ħdan Heritage Malta sabiex il-ħaddiema tagħna jkomplu jimxu 'l quddiem. Kemm jien kburi li ngħix f 'pajjiż daqstant sabiħ, u kburi iktar li għadna ħafna nies li għandhom għal qalbhom ħafna dan il-kamp tal-protezzjoni tal- wirt storiku! Ħarsien tal-patrimonju storiku Fil-futur il-pajjiż se jkollu ammont sabiħ ta' professjonisti mħarrġa sa snienhom fis-settur tal-protezzjoni tal-patrimonju kulturali fi proċessi relatati mal-ippjanar Heritage Malta mas-snin kibret u għamlet ħafna xogħol tajjeb. Biss kont inħoss meta konna nokkupaw il-bankijiet tal-Oppożizzjoni li Heritage Malta kienet qisha dik il- vettura li kienet issuq bil-handbrake mgħolli OWEN BONNICI Sant' Anġlu. Wieħed mill-proġetti ta' restawr li ħadet ħsieb Heritage Malta