Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 Minn Yendrick Cioffi ILMINISTRU għat- Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin, Infrastructure Malta ser tkun qed toħroġ sejħa għall-offerti għall-bini mill- ġdid ta' madwar 120 triq residenzjali. Waqt li kien qiegħed iżur ix-xogħlijiet li għaddejja bħalissa fi Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq, il-Ministru Borg qal li dawn it-toroq se jkunu qed isiru b'investiment "bla preċedent" ta' €700 miljun. "Dan huwa l-ewwel grupp ta' toroq residenzjali li ser inkunu qed nibnu mill-ġdid, wara li għal għexieren ta' snin tħallew f 'telqa totali u saħanistra kien hemm għadd ta' toroq li qatt ma kienu mibnija kif suppost," qal il- Ministru. Spjega kif il-proċess għandu jintemm sal- aħħar ta' din is-sena biex ix-xogħlijiet fuq it-toroq jibdew mis-sena d-dieħla. Dwar ix-xogħlijiet għaddejja fi Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq, il-Ministru Borg fakkar li din ġiet mibnija mill-ġdid b'investiment ta' €1.8 miljun. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu t-twessigħ tat-triq, minn waħda dejqa għal waħda b'żewġ korsiji li tgħaqqad il- lokalità taż-Żurrieq ma' Ħal Safi u Ħal Kirkop. Inbnew ukoll roundabout u service road maġenb din it-triq biex b'hekk l-aċċess għar- residenti ta' din it-triq ikun iktar sigur. Fl-istess triq saret ukoll karreġġjata għaċ-ċiklisti, bankini ġodda, ħames pedestrian crossings u diversi spazji għall-parkeġġ ġodda. Dan apparti servizzi ġodda tal-ilma, tad- drenaġġ, tal-elettriku u tat- telekommunikazzjoni. Il-Ministru Borg spjega kif ingħatat attenzjoni partikolari lis-sit ta' dan il- proġett minħabba li ż-żona hija waħda ta' sinifikat arkeoloġiku. Fil-fatt, it- tħaffir li kien hemm bżonn biex jinbnew il-pedamenti ta' din it-triq u biex jgħaddu s-servizzi, kellu jsir taħt is-superviżjoni kontinwa ta' arkeoloġisti. F'ċertu żoni, il-ħaddiema kellhom iħaffru bil-pali u mhux bil-gafef, biex b'hekk jiġi assigurat li fdalijiet storiċi li seta' kien hemm jiġu protetti. Tant hu hekk li nstabu sitt oqbra antiki u karatteristiċi storiċi oħrajn bħall-cart ruts. Il-Ministru għat-Trasport ħabbar ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin, ser ikun qiegħed jibda l-bini mill-ġdid ta' Triq il-Kuċċard, li tgħaqqad Vjal ix-Xarolla ma' Ħal Safi u Ħal Kirkop. Sejħa għall-offerti biex jinbnew mill-ġdid 120 triq residenzjali Il-proċess se jkun lest sal-aħħar tas-sena biex is-sena d-dieħla jibda x-xogħol Vjal ix-Xarolla APPLICATIONS OPEN FURTHER INFORMATION /MCASTmt career.guidance@mcast.edu.mt 2398 7135 / 2398 7136 / 2398 7310 /MCASTmt VISIT HTTP://MCAST.EDU.MT/152 FOR OUR ONLINE PROSPECTUS MCAST will be opening a Third and final call for applications for full- time courses between the 1st and 3rd October 2018. Applications will be received for all surnames on any of these days between 08:30 and 12:00 noon. Further Information All applicants must fill in the official Application Form and submit it together with: • Original ID Card • Original Certificates/result slips (and photocopies) • School Leaving Certificate/SSC&P as applicable (and photocopy) Applicants aged 15 years on application date, must be accompanied by one of their parents/guardians (the latter are kindly asked to present their ID Card). Applicants aged 16 and over may ask another person to present their application on their behalf. This trusted representative is to present the following documents when submitting the application form: • Application Form duly filled in and signed by the applicant • Original ID Card/Passport of both applicant and trusted representative • Trusted Representation Consent Form (which can be downloaded from www.mcast.edu.mt/ consent) duly filled in and signed by the applicant • All originals and copies of Qualifications Certificates required for entry into the chosen course Gozo residents may submit their application at the MCAST Gozo Campus, Gh – Gozo residents may submit their application at the MCAST Gozo Campus, Gh – Gozo residents may submit their application at the MCAST Gozo Campus, Ghajnsielem. However, since this is the final call, Gozitans who wish to apply for a course offered only in Malta should preferably apply at the Students' House, Paola Campus Malta as to avoid unnecessary delays. Applicants who would have already submitted an application in previous calls (over the past three months) are kindly asked to bring with them and present the yellow receipt of the Form A they would have already filed in and submitted, as well as the light blue receipt of the GDPR form. Applications without all the necessary documents cannot be accepted. Applicants applying under the Maturity Clause must also present their Europass CV, an Employment History Record for any work experience claimed, together with a motivation letter. Minn għada l-Parlament ikompli jiddiskuti tliet abbozzi ta' liġi Minn Yendrick Cioffi MINN għada, il-Parlament jerġa' jiftaħ il-bibien tiegħu wara l-vaganzi tas-sajf u minnufih, fl-ewwel ġimgħat se jkun qed ikompli ddiskussjoni dwar tliet abbozzi ta' liġi li jinsabu fl- istadju tat-tieni qari. Dawn huma l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja, l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi, u l-Abbozz ta' liġi sabiex jemenda l-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji. L-għan tal-Att dwar in- Negozji tal-Familja huwa li jiġu kkjarifikati u ssimplifikati kwistjonijiet u proċessi amministrattivi u biex ikun żgurat li l-inċentivi jingħataw lil dawk in-negozji tal-familja li huma rreġistrati taħt dan il-mod. Fir-rigward tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi l-għanijiet huma biex tiġi trasposta d-Direttiva 2017/853 dwar il-kontroll tal-akkwist u anke l-pussess tal-akkwist ta' armi. Fl-aħħar nett, permezz tal-emendi mressqa għall- Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji, il-liġi se tkun qed tirrifletti aħjar żviluppi ġodda fil-qasam, inkluż żviluppi dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat- terroriżmu, proposti ġodda dwar organizzazzjonijiet reliġjużi u politiċi u emendi oħrajn li jirriflettu wkoll il-prinċipji adottati f 'liġijiet aktar reċenti u sentenzi tal- Qrati. Intant, f 'kummenti ma' din il-gazzetta, id-Deputat Prim Ministru li huwa wkoll 'leader of the house,' fakkar li minn din il-ġimgħa, ix-xogħol fil- Parlament se jkun qiegħed isir b'mod aktar komdu, hekk kif nhar ta' Tlieta u nhar ta' Erbgħa, il-Parlament se jibda jitlaqqa' fl-4pm u mhux fis- 6pm. Is-seduta ta' għada tibda fis- 6:00pm.