Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 | illum fit-triq, ixandru l-bxara t-tajba għadha għaddejja u mhux neċċessarjament il- bżonnijiet tal-lum huma bħal dawk ta' 2,000 sena ilu." Hu kompla jżid li llum il-ġurnata, aktar minn qatt qabel, żdiedet il-ħtieġa ta' rivelazzjoni. Il- pedament tal-knisja huwa bbażżat fuq meta l-Mulej kien fid-dinja bi 12-il Appostlu. Għall-kuntrarju ta' bosta reliġjonijiet li joffru s-servizzi tagħhom bi ħlas, il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal- Aħħar Jiem, jagħmlu dan volontarjament. "Bħala pesident tal-knisja jien m'għandix paga, ma nemmnux li għandna nitħallsu tas-servizz tagħna". Twemmin ieħor li jagħmel din ir-reliġjon differenti minn dik Kattolika hu l-mod ta' kif iħarsu lejn id-divinità. Hekk kif il-Knisja Kattolika temmen li t-trinità hija ħaġa waħda, din ir-reliġjon temmen li dawn huma tlieta individwali, kollha bil-karatteristiċi tagħhom. De Carlo spjegalna li huma jemmnu li Alla hu l-Missier ta' kollox, Ġesù Kristu bħala Alla iżda mhux Alla l-missier u l-Ispirtu s-Santu bħala Alla mingħajr ġisem tanġibbli. Lil hinn mid- differenzi li huma evidenti bejn iż-żewġ reliġjonijiet hemm ukoll similaritajiet. Karrateristika komuni hi dik li nhar ta' Ħadd, bħalma l-kattoliċi jirċievu l-Ewkaristija, huma jirċievu s-Sagrament. Hekk kif ġie mistoqsi dwar ir-relazzjoni tagħhom mal-Knisja Kattolika, Martin De Carlo wieġeb li għandhom relazzjoni tajba ħafna hekk kif saħansitra wieħed mill-mexxejja ewlenija tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem ġie mitlub mill-Papa Franġisku sabiex jitkellem fil-Vatikan. Il-Mormons f 'Malta jagħtu għajnuna lir-refuġjati... Il-president tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem irrakkonta mal-ILLUM kif aktar kmieni din is-sena ħadmu fuq proġett sabiex jgħinu r-refuġjati f 'Malta. F'dan il-proġett ħejjew 2,000 pakkett li jinkludu affarijiet neċessarji "aħna ttamajna li dan il-proġett huwa biss bidu" hekk kif kompla jistqarr magħna li huma lesti jgħinu fejn hemm bżonn. Dawn il-pakketti flimkien ma' ħwejjeġ ġew mgħotija lil AWAS (Agency for the Welfare of Asylum Seekers) bħala l-ewwel proġett mill-Mormons f 'Malta. 'Il bogħod mill-familjari, b'missjoni li jwasslu l-messaġġ tagħhom... Fil-fatt dawk li jidru libsin 'badge' sewda huma missjunarji mill-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem. L-ILLUM tkellmet ma' wħud mill- missjunarji li kienu preżenti fil-fergħa tal-Mosta rigward ix-xogħol u l-esperjenzi tagħhom bħala missjunarji. Interessanti ferm li dawn il-missjunarji kienu kollha minn pajjiżi differenti madwar id-dinja fosthom California u Londra u kollha servew fl-Italja qabel ġew ikomplu xogħolhom f 'Malta. Xogħol dawn il-missjunarji hu li jressqu lil oħrajn lejn Ġesù Kristu. Wieħed mill- missjunarji stqarr magħna li "mhux faċli li nkunu 'l bogħod mill-familjari, huwa sagrifiċċju wara kollox" hekk kif dawn il-missjunarji jagħmlu żmien twil 'il bogħod mill-familjari u ħbieb b'kommunikazzjoni minima għall-aħħar. Il- Missjunarji jgħidu lil din il-gazzetta li l-fatt li l-kuntatt mal-familjari huwa wieħed limitat, tgħinhom aktar jiffukaw fuq il-missjoni tagħhom. Jekk wieħed jinnota aktar mill-qrib, jinduna li l-maġġorparti tal-missjunarji huma ta' etajiet żgħar bejn 19-26 sena, dan sabiex ikunu aktar dedikati qabel jibdew il-familja tagħhom. L-esperjenza tagħhom tal- missjoni f 'Malta dehret li hi waħda pożittiva ferm, hekk kif f 'mistoqsija separata, huma wieġbu li dejjem sabu rispons tajjeb mill-Maltin meta avviċinawhom u li ħafna drabi jkunu lesti li jisimgħuhom minkejja li jkunu jħaddnu twemmin differenti. Wieħed ma jistax ma jsemmix l-enerġija pożittiva ta' dawn il- missjunarji li għalkemm mili 'l bogħod mid-djar u l-familjari tagħhom, jirnexxilhom iwasslu l-messaġġ tagħhom bi tbissima. Huma wkoll jagħmlu żjarat fid-djar sabiex iwasslu l-messaġġi tagħhom dwar Ġesù Kristu iżda l-aktar importanti li jirrispettaw il-fatt li n-nies għandhom twemmin differenti minn tagħhom u fl-ebda ħin ma jipprovaw ikunu ta' xkiel. Messaġġ għal dawk li huma xettiċi li jaċċettaw reliġjonijiet differenti... Martin De Carlo tkellem magħna dwar kif bosta isibu ruħhom f 'biża' li jsiru jafu dwar reliġjonijiet differenti minħabba biża' li jisseparaw ruħhom mit- tradizzjonijiet u d-drawwiet fil-familja. "In-nies jibżgħu minn dak li ma jafux, meta mbagħad isiru jafu aktar, il-probabbiltà hi li l-biża' ma tibqax hemm u jkunu jridu jkunu jafu aktar". Jekk persuna hi konvinta mit- twemmin tagħha m'għandiex issib problema li tkun fl-istess kamra ma' oħrajn li jħaddnu reliġjonijiet differenti. Itemm l-intervista magħna billi jgħid "il-bieb miftuħ għal kulħadd" u li min jixtieq jista' jmur u jara b'għajnejh u jisma' b'widnejh dak li jagħmlu mingħajr ma jiġi sfurzat li jikkonverti hekk kif il- Mormons jemmnu bis-sħiħ li għandhom iħallu n-nies fil-libertà. Missjunarji mill-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018