Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186
10 illum | Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 Aħbarijiet ...x'għandhom diff erenti mir-reliġjon Kattolika l-'Mormons'? u dawn għaliex joqogħdu jwaqqfuk biex ikellmuk dwar Ġesù? L-ILLUM titkellem mal-'Mormons' JEKK ġieli kont miexi fit-triq jew forsi kont riekeb f 'tal-linja u nzertajt żgħażagħ bi qmis bajda u 'badge' sewda u għelbitek il-kurżità dwar min huma dawn in-nies, illum permezz ta' dan l-artiklu se ssir taf eżatt eżatt min huma. Fil- fatt dan il-grupp ta' nies huma msejħa 'Mormons', grupp li jiffurmaw twemmin ta' reliġjon li hi magħrufa l-aktar bħala l-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem. L-isem 'Mormons' ġie minn 'The Book of Mormon' li huwa testment ieħor ta' Ġesù Kristu u li jintuża mill- membri li jħaddnu din ir-reliġjon. Reliġjonijiet bħal dik Kattolika jew Musulmana huma aktar dominanti fil-pajjiż tagħna u xi ftit jew wisq nafu t-twemmin li jħaddnu dawn ir-reliġjonijiet. Iżda, ma rridux ninsew li hawn gruppi iżgħar ta' reliġjonijiet f 'Malta li ma tantx jissemmew. Huwa importanti li wieħed ikun konxju ta' reliġjonijiet differenti sabiex bħala poplu nkunu nistgħu nifhmu u nitgħallmu aktar minn xulxin mingħajr sens ta' biża'. Din ir-reliġjon oriġinat ġewwa New York fil-bidu tal-1800, hekk kif membri ta' din ir-reliġjon jemmnu li fl-1820, ġie magħżul profeta mill- Missier tas-Smewwiet sabiex jerġa' jirrestawra l-evanġelju u s-saċerdozju fid-dinja. Dan il-profeta ma kien ħadd ħlief tfajjel ta' 14–il sena bl-isem ta' Joseph Smith. Smith ġie magħżul meta kien qed jistaqsi dwar liema twemmin reliġjuż kellu jħaddan fejn hemmhekk Alla l-Missier u Ibnu Ġesù Kristu, dehru lil Joseph. Bħala profeta, Joseph Smith ġie magħżul sabiex jistabbilixxi l-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem. Din il- gazzetta tkellmet ma' Martin De Carlo, president tal-fergħa ta' Malta, li tana aktar dettalji dwar it- twemmin ta' din ir-reliġjon u kif bdiet tiġi prattikat f 'Malta. L-ILLUM tkellmet ukoll ma' missjunarji minn diversi pajjiżi madwar id-dinja li jinsabu f 'Malta sabiex iwasslu l-messaġġi tagħhom. Il-Mormons f 'Malta... Martin De Carlo jgħidilna li bħala mexxej ta' din il- knisja f 'Malta ilu fl-irwol għal ftit aktar minn erba' snin. De Carlo jirrakkonta magħna dwar kif bdew il-Mormons f 'Malta. Hu jgħidilna li ftit nies jafu li l-ewwel fergħa f 'Malta bdiet fl-1852, il-persuna li f 'Malta fetaħ l-ewwel fergħa kien l-Appostlu Lorenzo Snow li qatta' tliet xhur f 'Malta. Dak iż-żmien, il-knisja kienet magħmula l-aktar minn membri Ingliżi. Minħabba l-gwerra tal-Crimea l-membri tal-knisja f 'Malta emigraw lejn l-Amerka bħala grupp. Fl-1979, il- president tal-missjoni fi Sqallija wasal f 'Malta sabiex il-missjoni f 'Malta terġa' għal darb'oħra tinfetaħ f 'pajjiżna. Wara biss erba' xhur ingħata l-permess sabiex il-missjunarji jkunu jistgħu jaħdmu f 'Malta. Fil- bidu tal-1990 uffiċjalment ġiet organizzata l-ewwel fergħa f 'Malta. Matul dan iż-żmien il-fergħa kienet fi Triq l-Isperanza ġewwa l-Mosta. Illum il-ġurnata, il-fergħa fejn isir talb kif ukoll fejn jiġu organizzati laqgħat bejn il-membri, tinsab fi triq il- Kostituzzjoni l-Mosta hekk kif ġiet inawgurata ftit aktar minn sentejn ilu. Id-deċiżjoni li l-fergħa tibqa' fil-Mosta kienet fost l-oħrajn sabiex tiżdied l-aċċessibilità tal-membri speċjalment minħabba li din hi l-unika waħda għall-Knisja tal- Qaddisin tal-Aħħar jiem f 'Malta. Martin tkellem magħna dwar kif dejjem sabu kollaborazzjoni min-naħa tal-Awtoritajiet fejn jirrigwardja ħruġ ta' permessi sabiex tkun tista' tiġi ppratikata din il-fidi. Illum il-ġurnata hawn 'il fuq minn 200 membru 'Mormon' fil- Knisja b'iktar minn nofs huma Maltin. De Carlo qalilna "Probabbilment waħda mill-aktar fergħa internazzjonali fid-dinja hi dik ta' Malta," hekk kif bosta membri minn pajjiżi differenti jattendu l-laqgħat tagħhom, filwaqt li saħaq li l-bieb tagħhom dejjem miftuħ. Id-differenzi mir-Reliġjon Kattolika... Bla dubju ta' xejn wieħed ma jistax ma jistaqsix x'differenzi hemm bejn iż-żewġ reliġjonijiet. X'inhu dak li jagħmilhom differenti minn xulxin? "Ovjament hemm differenzi," sostna Martin De Carlo. Fost il-punti li semma kienu li huma jemmnu fir- rivelazzjoni kontinwa jiġifieri l-komunikazzjoni bejn Alla u wliedu permezz tal-Ispirtu s-Santu. "Ma nemmnux li kollox ingħalaq mal-Bibbja, aħna nemmnu li r-rivelazzjoni Fuq tal-linja jew fit-triq, MINISTRY FOR HEALTH PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR EUROPEAN FUNDS AND SOCIAL DIALOGUE PUBLIC HEALTH IS YOUR GUARANTEE. TAKE PART. NATIONAL SURVEY ON THE SOCIAL DETERMINANTS OF HEALTH PROJECT PART-FINANCED BY THE EUROPEAN UNION Sarah Debattista f 'pajjiżna. Wara biss erba' xhur ingħata l-permess sabiex il-missjunarji jkunu jistgħu jaħdmu f 'Malta. Fil- bidu tal-1990 uffiċjalment ġiet organizzata l-ewwel fergħa f 'Malta. Matul dan iż-żmien il-fergħa kienet fi Triq l-Isperanza ġewwa l-Mosta. Illum il-ġurnata, il-fergħa fejn isir talb kif ukoll fejn jiġu organizzati laqgħat bejn il-membri, tinsab fi triq il- Kostituzzjoni l-Mosta hekk kif ġiet inawgurata ftit aktar minn tagħhom, filwaqt li saħaq li l-bieb tagħhom dejjem miftuħ. Id-differenzi mir-Reliġjon Id-differenzi mir-Reliġjon Id-di Kattolika... Bla dubju ta' xejn wieħed ma jistax ma jistaqsix x'differenzi hemm bejn iż-żewġ reliġjonijiet. X'inhu dak li jagħmilhom differenti minn xulxin? "Ovjament hemm differenzi," sostna Martin De Carlo. Fost il-punti li semma kienu li huma jemmnu fir- rivelazzjoni kontinwa jiġifieri l-komunikazzjoni bejn Alla u wliedu permezz tal-Ispirtu s-Santu. "Ma nemmnux li kollox ingħalaq mal-Bibbja, aħna nemmnu li r-rivelazzjoni PUBLIC HEALTH IS YOUR GUARANTEE. TAKE PART. DETERMINANTS OF HEALTH