Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186
illum | Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 M eta ħadt id- deċiżjoni li nikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kważi ħames snin ilu, għamilt dan bi ħsieb wieħed: nikkontribwixxi għal pajjiż aħjar, bl-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jkun dejjem il-prijorità f 'dak kollu li nagħmel. Wieħed mill-prijoritajiet tiegħi huwa l-ambjent. L-ambjent fiżiku u l-ambjent ta' madwarna, inkluż l-arja. Ħa nibda b'dak li ma jidhirx iżda li jaffettwa l-ħajja tagħna ta' kuljum, speċjalment bl- impatt li għandu fuq saħħitna. It-tniġġis tal-arja. Wasalna fl-aħħar stadju biex il- Parlament Ewropew japprova l-liġi li qed naħdem fuqha dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi. Din il-ġimgħa se nkunu qegħdin nivvutaw dwar din il-liġi, biex b'hekk inkunu nistgħu ngħaddu għall-fażi li jmiss: in-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill. Bħalha Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi ninsabu magħquda favur pożizzjoni b'saħħitha u ambizzjuża biex sal-2030 nnaqqsu l-emissjonijiet mill-karozzi b'mod tanġibbli. Pożizzjoni li rrid ngħid diġà tgawdi l-appoġġ ta' 17-il Membru Stat tal-Unjoni Ewropea. Fi ftit kliem, din hija liġi li tipproteġi l-ambjent għax verament tindirizza t-tniġġis tal-ambjent mill- karozzi, tħares lejn il-ħolqien tal-impjiegi, tipproteġi 'l-ħaddiema għax tindirizza l-bżonn li jkun hemm taħriġ adegwat biex ikun hemm ir-riżorsi umani li jaħdmu f 'dan is-settur li qed jevolvi u fl-istess ħin tħares lejn li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur Ewropej, grazzi għall-innovazzjoni. Fundamentalment, din hija liġi li tagħti direzzjoni għal x'futur irridu: futur li jħares 'il quddiem favur tranżizzjoni ġusta lejn mobbiltà aktar nadifa, fejn anke l-konsumaturi jgawdu minn prezzijiet li jintlaħqu. Mobbiltà aktar nadifa tfisser benefiċċji ekonomiċi u soċjali - kemm għal saħħitna, għall- konsumaturi, għall-ħaddiema u għall-industrija. Għalija, dan kollu, jifforma parti mill-qabża li rridu nagħmlu. Anke f 'pajjiżna. Ekonomikament mexjin 'il quddiem. Tant li iva, ninsabu mal-aqwa fl-Ewropa. Minn pajjiż miexi qisu bebbuxu fl-2013, għal ekonomija b'surplus fejn Malta u Għawdex qed idaħħlu l-flus u nġemmgħu. Sibna pajjiż midjun. U llum qed inħallsu inqas fuq id-dejn. Żidna l-pensjonijiet. Żidna l-istipendji. Qed nagħtu t-trasport għaż- żgħażagħ b'xejn. Għat-tfal tal- iskola b'xejn. Għall-anzjani b'xejn. Qegħdin nirranġaw l-infrastruttura tal-pajjiż. Dawn huma sinjali ta' pajjiż b'saħħtu. Pajjiż li ssaħħaħ. Iżda issa jeħtieġ ukoll li nibdew naħsbu fil-qabża tal-kwalità li jmiss għall- Malta u Għawdex. Nemmen li r-ritmu ekonomiku għandna nżommuh, u nkomplu nsaħħuh. Iżda dan ma jfissirx li ninjoraw kull ħaġa oħra. Nemmen li l-ambjent tagħna rridu nipproteġuh aktar. Biex ma jkunx hemm min jinterpretani ħażin: il-protezzjoni tal-ambjent marret 'il quddiem, u mhux lura, taħt Gvern Laburista. Iżda hemm bżonn li nagħmlu aktar. Irrid inkun ċara magħkom ukoll li ma kontx kuntenta b'xi affarijiet li seħħew dawn l-aħħar ftit jiem. Fejn hu tajjeb tajjeb. Fejn hu ħażin mhux se nipprova ngħid il-kuntrarju. Iddejjaqt meta kien hemm applikazzjonijiet bl-addoċċ għall-pompi tal-fuel. Speċjalment jien li l-viżjoni tiegħi hija li jkollna iktar karozzi bl-elettriku, gass u hybrid. Bħalma għidt qabel, ir- reviżjoni tal-policy dwar il-pompi tal-petrol għandha sseħħ u sseħħ malajr. Nemmen f 'Malta hawn biżżejjed pompi tal-petrol. Dwar il-proġett li qajjem kontroversja f 'Pembroke. Kien hemm proċess u kien hemm deċiżjoni minn awtorità awtonoma li mxiet ma' dak il-process. L-opinjoni tiegħi mhux neċessarjament favorevoli mad-decizjoni finali. Però nistqarr li ma naqbel xejn mad-deċiżjoni li ttieħdet biex membru tal-bord tal-Awtorità tal- Ippjanar tinġieb minn barra biex tivvota u li għamlet tajjeb għaliha l-Awtorità. Jekk persuna kienet imsiefra u ma setgħetx tattendi tiġi skużata. Fuq kollox iżda nemmen li għandu jkollna diskussjoni jekk art tal-Gvern għandhiex tingħata għal skopijiet purament kummerċjali. Anke jekk il-prezz li jitħallas għal dik l-art huwa tajjeb. Nemmen li fil-qalba ta' kull proġett għandu jkun hemm ċar x'inhu l-iskop li bih se jingħata valur lill- pajjiż. Fuq kollox għandna bżonn masterplan għal high rise kemm jista' jkun malajr. Fl-istess ħin irid ikun hemm revamp totali tal- policies li jipproteġu iż-żoni ta' konservazzjoni Urban immexxija minn regoli stretti tal-ippjanar. Pajjiżna mexa ħafna 'l quddiem. In-nies iħossuhom jgħixu aħjar meta mqabbel ma' kif kienu jħossuhom taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Hawn aktar nies li qed ilaħħqu mal-ħajja. U huwa propju għalhekk li nemmen li rridu nibdew diskussjoni kif irridu nagħmlu l-qabża li jmiss biex mhux biss il-Maltin u Għawdxin ikollhom aktar flus fil-but, imma li jgawdu minn kwalità ta' ħajja aħjar. 18 MIRIAM DALLI Opinjoni Prijorità Ambjent Fuq kollox iżda nemmen li għandu jkollna diskussjoni jekk art tal- Gvern għandhiex tingħata għal skopijiet purament kummerċjali. Anke jekk il-prezz li jitħallas għal dik l-art huwa tajjeb. Nistqarr li ma naqbel xejn mad- deċiżjoni li ttieħdet biex membru tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar tinġieb minn barra biex tivvota u li għamlet tajjeb għaliha l-Awtorità. Irrid inkun ċara magħkom ukoll li ma kontx kuntenta b'xi affarijiet li seħħew dawn l-aħħar ftit jiem. Fejn hu tajjeb tajjeb. Fejn hu ħażin mhux se nipprova ngħid il-kuntrarju.