Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham MARIE Louise Preca qed teskludi li se toħroġ għall- elezzjoni tal-MEPs li se ssir is-sena d-dieħla ma' dawk li dejjem tawha appoġġ fuq is-sitt distrett. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata illi kanvassers akkaniti tal-istess Coleiro Preca għal snin twal, qed jaħdmu għal kandidati oħrajn tal- Partit Laburista. Dan qed jagħmluh wara li staqsewha x'se tagħmel u jekk hix ħierġa għall-elezzjonijiet tal-MEPs bir-risposta lilhom tkun fin-negattiv. Sorsi differenti fil-Partit Laburista li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi Coleiro Preca saħansitra appellat lill-kanvassers tagħha, ikkonċentrati f 'Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi, biex ixerrdu l-kelma li hi mhix se tkun qed tikkontesta. Il-President Marie Louise Coleiro Preca għad fadlilha madwar seba' xhur fil- kariga hekk kif f 'April li ġej il-Gvern se jkollu jsib suċċessur jew inkella jerġa' jaħtar lil Coleiro Preca għal terminu ieħor fil-Presidenza. Minkejja li ħafna qed jinterpretaw il-Kostituzzjoni b'mod illi President tar- Repubblika ma tistax terġa' tinħatar President, mingħajr ma tinbidel il-Kostituzzjoni biż-żewġ terzi tal-Parlament, il-Kostituzzjoni fil-fatt mhix daqstant ċara. Il-Professur Ian Refalo, f 'kuntatt li għamlet miegħu l-ILLUM, jikkonferma dan, kif jikkonferma wkoll Robert Abela li huwa Konsulent Legali tal-Prim Ministru Joseph Muscat. (Ara l-kaxxa b'dettalji dwar x'tgħid il- Kostituzzjoni). Coleiro Preca kienet ċaħdet illi kien hemm diskussjonijiet dwar it- tieni terminu tagħha bħala President tar-Repubblika. Apparti minn hekk iżda jidher illi l-Partit Laburista stess ma tantx qed jimbotta lil Coleiro Preca biex tkun kandidata għal din l-elezzjoni. Is-sorsi li tkellmu magħna rrimarkaw illi mhux xi sigiriet illi l-partit qed jimbutta l-kandidatura ta' Miriam Dalli, waħda mill- iktar persuni favoriti biex jieħdu post Joseph Muscat u l-persuna li s'issa għandha l-aktar appoġġ fost it- tmexxija tal-Partit Laburista biex tokkupa l-ogħla kariga tal-partit. Huwa mifhum illi kieku Coleiro Preca kellha toħroġ għall-elezzjoni tal-2019, din "tkaxkar" lill-kandidati kollha u tikseb ħafna voti, bil-konsegwenza illi 'tisraq' ix-xena u allura tisfratta xi ftit il-pjan tat-tmexxija u l-istrateġisti tal- Partit Laburista, li qed jittamaw għal rebħa kbira għal Dalli s-sena d-dieħla. Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi Coleiro Preca jidher li għaddejja b'ħidma biex twaqqaf għaqda mhux governattiva (NGO) bħala parti mix-xogħol tagħha u li tibqa' topera kemm jekk tibqa' President u anke jekk le. Intant il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn xenarji differenti ta' x'jista' jiġri u x'tista' tagħmel Coleiro Preca, kif ukoll xi jkunu l-effetti ta' kull deċiżjoni li tieħu l-President. Muscat jista' jkollu bżonn maġġoranza Il-Labour ma tantx qed jimbuttaha wisq u wħud mill-kanvassers tagħha, qed jaħdmu għal kandidati oħrajn. Min-naħa l-oħra kemm il-Professur Ian Refalo u anke l-Konsulent Legali tal-PM jgħidu li l-Liġi ma tgħidx ċar u tond li President ma jistax jinħatar għat-tieni darba... Toħroġ għall-MEPs – il-kwistjoni 'Fenech Adami' mill-ġdid? KIF diġà għidna f 'dan ir-rapport, il-possibilità li Coleiro Preca tkun kandidat għall-elezzjoni tas-sena d-dieħla għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew hija żgħira, hekk kif il-President diġà għarrfet lill-kanvassers tagħha li mhix se tkun qed toħroġ. Imma anke jekk il-possibilità tibqa' żgħira, xorta tibqa' possibilità. Din id-deċiżjoni jkollha żewġ effetti partikolari. L-ewwel, Marie Louise Coleiro Preca hija politiku maħbub ħafna. Fl-2013 kienet ġabet 5,707 voti fis-sitt distrett u allura kienet l-aktar kandidat tal-Partit Laburista li kisbet voti wara l-Prim Ministru Joseph Muscat. L-aktar li ġew qrib tagħha kienu Karmenu Vella, li tpoġġa Kummissarju Ewropew, Louis Grech li fl-aħħar elezzjoni ddikjara li ma kienx se jerġa' jikkontesta, għalkemm hu għadu konsulent fil-Gvern ta' Muscat, u Anton Refalo li ma reġax tpoġġa bħala Ministru ta' Għawdex wara l-aħħar elezzjoni ġenerali. Hija popolari ħafna fost il- Qriema, għalkemm mhux biss u mhux xi sigriet, li l-uffiċċju tagħha dejjem kien ikun mimli nies meta kienet Ministru. Mela dan huwa indikatur ċar illi kieku kellha toħroġ għall-elezzjoni tal- MEPs, speċjalment wara Presidenza li kkonsolidat mhux ftit l-immaġini tagħha anke fost votanti Nazzjonalisti, hija tkun eletta. Probabilment mal- ewwel għadd u b'riżultat pożittiv ħafna. Il-problema hija li minn Brussell, il-kuntatt tagħha man-nies, kuntatt illi żammet anke tul il-Presidenza se jonqos drastikament minħabba diversi appuntamenti li jibda jkollha barra mill- pajjiż. Il-kuntatt huwa l-fattur ewlieni li jagħmel lil Coleiro Preca popolari, mingħajru titlef ħafna mis- saħħa li għandha. It-tieni effett, huwa xi ftit aktar dannuż. Marie Louise Coleiro Preca rnexxielha, sa ċertu punt, tissupera l-ammirazzjoni li kellu l-President Emeritus George Abela lejh, probabilment għax kienet ilha taħdem fis-settur soċjali u għax hija mara meqjusa bħala 'tal-poplu'. Bħal Abela qabilha imma, il-Presidenza tagħha ftit li xejn kienet diviżiva u għalkemm kien hemm kwistjonijiet xi ftit jew wisq kontroversjali, il-poplu kien ġeneralment qed jappoġġja l-Presidenza tagħha. Li f 'daqqa waħda u f 'temp ta' żmien qasir (it-terminu tagħha ta' President jispiċċa f 'April 2019 u l-elezzjoni tal-MEPs hija nhar il- 25 ta' Mejju 2019) din l-istess simbolu ta' għaqda tinżel fl-arena politika, tiddefendi partit u tattakka ieħor kif dejjem jiġri hija dannuża. Primarjament, għax ma jkunx hemm it-tranżizzjoni meħtieġa. Il-votant mhux se jibdel perċezzjoni mibnija tul iż-żmien, f 'ġimgħa. U kif l-esperjenza wrietna setturi tal-poplu ma tantx jieħdu din il-bidla b'mod tajjeb. Hemm l-eżempju ta' Eddie Fenech Adami. Maħbub minn ħafna, però mibgħud minn oħrajn u allura persuna b'immaġini diviżiva. Il-fatt li f 'daqqa waħda dan kien maħtur President u allura f 'daqqa waħda jrid isir figura ta' għaqda ma niżlet tajjeb xejn ma' ħafna votanti Laburisti. Anke jekk Fenech Adami għamel biċċa xogħol tajba bħala President xorta qatt ma rnexxielu jibni imaġini ta' figura ta' għaqda bħalma għamlu George Abela u Coleiro Preca. Għalhekk jekk Coleiro Preca u t-tmexxija tal- Partit Laburista jbiddlu fehemthom fuq din il-materja, ir-reazzjoni se tkun l-istess. Fil-verità Coleiro Preca ma tkun tista' qatt terġa' tibni l-immaġini li għandha llum jekk 'tiċċappas' mal-politika partiġġjana mill-ġdid.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018