Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 | illum Minn Yendrick Cioffi ISSA li t-temp xi ftit jew wisq qed jibda jaqleb għal dak xitwi, ħafna huma dawk li jibdew jaqilgħu l-gwardarobba u jarmu l-ħwejjeġ li jkunu telqu mill-moda jew inkella li ma jkunux għadhom jiġuhom. Uħud qed jagħżlu li flok jarmu dawn il-ħwejjeġ, ġaladarba wħud minnhom ikunu għadhom tajbin, jitfgħuhom ġo kontenituri għar-riċiklaġġ tal-ħwejjeġ li jinsabu mifruxa f 'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Brian Cardona, li huwa d-direttur ta' ElectroWaste Malta LTD, kumpanija ta' riċiklaġġ li tieħu ħsieb il-ġbir minn dawn il-kontenituri blu, saħaq li f 'dan iż-żmien tas-sena, jinġabru madwar sitt tunnellati ta' ħwejjeġ kuljum. Fil-fatt, dan huwa l-aktar perjodu li fih jintużaw dawn ir-reċipjenti li jinsabu kważi fil-lokalitajiet kollha ħlief f 'xi wħud. Meta t-temp jaqleb u l-istaġun jidħol ġmielu, minn dawn ir-reċipjenti, li jitbattlu kull 48 siegħa, xorta waħda jinġabru madwar tliet tunnellati ta' ħwejjeġ użati kuljum. Dan ifisser li kull sena, minn dawn ir-reċipjenti, jinġabru 'l fuq minn 1,100 tunnellata ta' ħwejjeġ. Iżda dawn il-ħwejjeġ x'qed isir minnhom? Diversi huma tal-fehma li dawn qed jintużaw għal għanijiet filantropiċi f 'Malta, madanakollu dawn il-ħwejjeġ jiġu mibjugħa bil-kilo u esportati barra minn Malta, biex jerġgħu jinbiegħu f 'pajjiżi fqar għal ftit ċenteżmi. Is-sid iwieġeb ix-xnigħat fuq Facebook Fl-aħħar jiem dawn ir- riċipjenti kienu fil-mira ta' kritika wara li persuna kitbet fuq grupp ta' Facebook biex tisħaq li l-ħwejjeġ qed jinġabru minn individwi Naplitani u takkużahom li qed jaqilgħu l-flus inġustament billi jbigħhom it-Tuneżija. Madanakollu, il-gazzetta ILLUM ċemplet in-numru li jidher fuq dawn ir-riċipjenti u tkellmet direttament ma' Brian Cardona, li ħoloq il-kumpanija tar-riċiklaġġ (mhux tal-ħwejjeġ biss) fl- 2006. Huwa ddefenda dak li tagħmel il-kumpanija billi insista li minkejja li veru tagħmel il-profitt, għax wara kollox hija kumpanija privata, il-kunċett warajha huwa l-ħarsien ambjentali. Spjega kif ir-rimi ta' materjal tal-ħwejjeġ fil- landfills, ġaladarba dan il- materjal ma jiddiżintegrax, mhux bħall-qoton, jagħmel ħsara ambjentali kbira meta jinħaraq. Apparti minn hekk insista li din l-inizjattiva li tirrikjedi r-riżorsa umana, qed toħloq dawk imsejħa bħala 'green jobs' mhux biss f 'Malta iżda anke barra minn xtutna, inkluż impjiegi f 'pajjiżi fqar. Dwar l-akkuża li Taljani qed jagħmlu qligħ minn fuq dawn ir-riċipjenti, Brian Cardona spjega mal-ILLUM li ftit tas-snin ilu daħal fi sħab mal-kumpanija Taljana Light Blue Corporation LTD u flimkien ħolqu r-Refab Light Blue Partnership. Dan hekk kif fis-snin ta' qabel, ElectroWaste Malta LTD kienet nediet proġett pilota (Refab Malta) għal ġbir ta' ħwejjeġ użati u ġodda minn diversi għaqdiet u istituti, bl- inizjattiva tinfirex ukoll f 'numru ta' skejjel, fosthom l-iskola San Andrea u l-Kulleġġ San Tumas Moore. Intant, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mal-kumpanija Taljana u kkonfermat dak kollu li qal Brian Cardona. L-istess informazzjoni kienet ukoll ikkonfermata mill-Viċi President tal-Kamra tal- Kummerċ Italo-Maltija, Stanislao Filice, li saħaq kif il-kumpanija ta' sidien Taljani hija membru ta' din il-Kamra u għalhekk hija rreġistrata f 'Malta. Ikkonferma wkoll li ssieħbet mal-kumpanija ElectroWaste Malta LTD. Apparti minn hekk, mill-informazzjoni disponibbli fuq is-sit tal-Awtorità Maltija għall- Ambjent u r-Riżorsi, kemm ElectroWaste Malta LTD u anke Refab Light Blue Partnership għandhom il-permess meħtieġ għall-kollezzjoni, il-ħażna, l-ippakkjar u l-esportazzjoni tal-ħwejjeġ 'mormija.' 'Mibjugħa mill-ġdid għal ftit ċenteżmi' Iżda xi jsir eżatt minn dawn il-ħwejjeġ wara li jinġabru? Kif jaħdem dan il-kunċett? Brian Cardona spjega kif dawn jiġu ppakkjati u wara li jinbiegħu skont il-piż tal-materjal, jiġu esportati lejn diversi pajjiżi Ewropej, inkluż lejn l-Italja u anke pajjiżi Afrikani. F'dawn il-pajjiżi jsir proċess li fih jiġu magħżula dawk il-ħwejjeġ li huma tajbin u li jistgħu jerġgħu jintużaw u oħrajn jittieħdu għar-riċiklaġġ. Dawk li ma jkunux tajbin għar- riċiklaġġ, jiġu mqatta' għaċ- ċraret. Minkejja li għal xi żmien dan il-proċess kien isir f 'Malta, dan issa qiegħed isir kollu barra mill-pajjiż, kemm għax il-proċess huwa kbir u għandu bżonn faċilitajiet komdi u anke għax jiswa ħafna flus. Wara dan il-proċess, il-ħwejjeġ tajbin biex jintużaw mill-ġdid, jerġgħu jiġu ppakkjati u mibjugħa f 'pajjiżi fqar u postijiet oħra. Meta mistoqsi fejn jiġu mibjugħa dawn il- ħwejjeġ, Cardona qal biss li l-ħwejjeġ jerġgħu jiġu mibjugħa bil-kilo f 'pajjiżi fqar bħall-Afrika, iżda mhux biss, fejn imbagħad jinbiegħu lill-pubbliku għal ftit ċenteżmi. "F'Malta ftit li xejn nisimgħu b'dawn il-ħwienet għax aħna ngħixu ħajja komda," saħaq Cardona waqt li insista li f 'pajjiżi oħra, dawn il-ħwienet jintużaw minn għadd ta' persuni li ma tantx jistgħu u anke minn studenti li għal kuntrarju ta' Malta la għandhom stipendju u lanqas edukazzjoni b'xejn. Temm jisħaq li tul is-sena, il-kumpanija xorta waħda tgħin diversi għaqdiet filantropiċi Maltin u fl- aħħar tas-sena, mill-profitt li tkun għamlet, tagħti wkoll donazzjoni lil Puttinu Cares. Kull sena jinġabru mal-1,100 tunnellata ta' ħwejjeġ għar-riċiklaġġ Brian Cardona minn ElectroWaste Malta LTD iwieġeb xnigħat fuq il-midja soċjali u jispjega l-proċess kollu li jgħaddu minnu dawn il-ħwejjeġ "F'Malta ftit li xejn X'jista' jittieħed f 'dawn il-kontenituri? Apparti l-ħwejjeġ, f 'dawn il-kontenituri jistgħu jintefgħu wkoll: • kpiepel • basktijiet • żraben • lożor • purtieri • soft toys Il-permess tal-ERA mogħti lil Rehab Light Blue Partership