Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Intervista Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 | illum iwarrab mill-bastun wara 30 sena reffiegħa għaddejin b'vara? "Jien kuntent bil-kontribut li tajt b'mod partikolari fil-Belt Valletta," saħaq Ivan b'sens ta' sodisfazzjon. Hawnhekk ta' min isemmi, li apparti li kien jerfa', Grixti kien ukoll responsabbli minn diversi vari u anke kien involut fil-proċess tar- restawr tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Belt Valletta. Iżda forsi l-aktar ħaġa li Ivan għandu għal qalbu hija li rawwem żgħażagħ oħra, partikolarment Beltin, f 'dik li hu jsejħilha t-teknika tal- irfigħ. "Apparti l-irfigħ, tlaqt ukoll id-direzzjoni tal-vari li kont nieħu ħsieb. Hawn element żagħżugħ u trid tagħtih l-inizjattiva," kompla Ivan. "Jiena dejjem fittixt il-kontinwità. L-aqwa president ta' klabb, jew dekan ta' fakultà huwa dak li jaħseb f 'min se jħalli warajh." U x'se jagħmel bil- famuża 'ħobża' li jġorr fuq dahru? L-irfigħ ma fihx biss tbatija iżda meta reffiegħ ikun jerfa' ta' spiss f 'vari li fihom ftit tal-piż mhux ħażin, fuq spalltu jrabbi marka li tibqa' miegħu kull fejn ikun, jiġifieri dik magħrufa bħala "l-ħobża tar-reffiegħa." Tant kemm refa', li Ivan Grixti rabba ħobża kbira mhux ħażin. Għalkemm meta jilbes ġlekk ma jidhirx pulit, u meta taraha taħsibha skomda u forsi tinġibed xi ftit lura, lil Ivan ma ddejqu assolutament xejn. "Meta xi ħadd jistaqsini dik x'inhi, ngħidilhom dik il-ferita moħbija li kellu Kristu taħt is-salib," qalilna Ivan bit-tbissima. "Wara kollox bil-Vara l-Kbira għamiltha." Imma tant kemm hu determinat li jieqaf għal kollox mill-irfigħ, li Ivan iddeċieda li jagħmel operazzjoni biex ineħħiha. Ġaladarba 'l-ħobża' titneħħa, ma tkunx tista' terfa' aktar. Ma tistax terfa' fuq l-ispalla l-oħra? "Jiena nerfa' fuq ix-xellug," qalilna Grixti. Ir-reffiegħa bħall-futbolers. Futboler jixxutja bix-xellug jew bil-lemin. L-istess ir- reffiegħ. 'Warrbu l-piki… it-testment ta' Ivan lir- reffiegħa' Lejn tmiem id-diskussjoni li kellna, it-ton inbidel għal wieħed aktar serju, kważi kważi nistħajlu t-testment ta' Ivan Grixti għal sħabu r-reffiegħa. Apparti l-età, waħda mill- affarijiet li wasslet lil Ivan biex iwarrab, hija l-pika u t-tribaliżmu li fi kliemu, flok jonqsu qed jiżdiedu u qed inaffru n-nies mill- Knisja. "Lil dak ma nħalluhx jerfa' għax huwa Karmelitan, lil dak ma ntuhx post għax huwa Pawlin jew Dumnikan. Fl-2018, minkejja li fil-Belt għandna żewġ baned, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-King's Own għadha ma ddoqqx minħabba l-pika. Dawn għalija huma kollha sinjali li d-devozzjoni f 'dawn iċ-ċelebrazzjonijiet qed tintilef," saħaq Ivan. Hawnhekk semma l-famuż dokument li kienet ħarġet il-Knisja 'Nirrestawraw il-Festi Flimkien,' u li anke jekk skontu kien hemm affarijiet fih li kellhom ikunu kkoreġuti, ir-reazzjoni għalih kienet xhieda tat- tribaliżmu li hawn fil-festi. "Il-knisja ħalliet ftit iż- żiemel jaħrab u issa diffiċli Tliet affarijiet li kieku Ivan jaqta' fl-irfigħ… L-irkant tal-vara: Anke jekk għall-Imġarrin l-għotja biex jerfgħu l-vara hija tradizzjoni li tagħti identità lill-festa tagħhom, għal Ivan hija wkoll forma ta' pika skorretta u tixhed kemm id-devozzjoni qed titbiegħed mhux biss mill-irfigħ iżda miċ-ċelebrazzjoni kollha tal-festa. Il-ġirjiet bil-vari: Ivan ma jaqbilx lanqas mal-ġirjiet bil-vari, għax fi kliemu din ukoll tnaqqas mid-devozzjoni. Fil-fatt faħħar dak li għamlu sħabu r-reffiegħa Pawlini Beltin f 'April li għadda meta ddeċidew li minflok jiġru t-taraġ li jagħti għall-knisja, jidħlu jgħinuhom reffiegħa oħra, biex il-vara titla' b'pass dinjituż u jonqos iċ-ċans ta' inċident bħalma seħħ f 'Jannar li għadda, meta waqt il-ġirja, il-vara għelbet fuq ix- xellug tagħha u ħabtet mal-bieb. "Kieku jien lanqas bl-Irxoxt ma niġri…darba erfajt fl-Irxoxt tal-Belt u rrifjutat li niġri bih," insista Ivan. In-negozjar tal-bastun: Hawn lokalitajiet fejn il-bastun ikun proprjetà tal-familja u saħansitra jintiret mill-missier għall-iben għal ġenerazzjonjiet sħaħ. Jiġri li xi drabi, il-bastun ikun innegozjat, bażikament 'is- sid' jikri l-bastun lil reffiegħ ieħor. "F'dan il-perjodu fejn il-Knisja għaddejja minn din il-kriżi kollha, dawn l-affarijiet iridu jinqatgħu għax qed inaffru n-nies. Jekk m'aħna se nagħmlu xejn, se naslu fi żmien fejn il-knejjes jispiċċaw bankijiet waħedhom," insista Ivan. treġġa' l-affarijiet lura." U x'messaġġ għandu għal sħabu r-reffiegħa? "Dak li tagħmlu agħmluh biss bid-devozzjoni. Jekk bħala reffiegħa dak li nagħmlu nagħmluh b'devozzjoni, se nagħtu dimensjoni ġdida lil din is-sengħa tal-irfigħ għax iċ-ċelebrazzjoni tal-qaddisin hija parti mil-Liturġija."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018