Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 | illum Mill-trakka tal-atletika għal fuq il-baħar r-Regatta Minn Cristian Antony Muscat REBECCA Fitz - tfajla ta' 21 sena min-Naxxar li ser tibda r-raba' sena l-Universitá ta' Malta, tistudja l-fiżjo-terapija. F'din l-intervista se tkun qed tagħtina d-dettalji kollha hekk kif wara suċċess fl-atletika bdiet perkors mill-aktar interessanti għal fuq il- baħar hekk kif matul ir- Regatta ta' Jum il-Vitorja nhar it-8 ta' Settembru li għadda, qaddfet mal- Kalkara li flimkien ma' Bormla kienu r-rebbieħa tal-istess Regatta li ġiet organizzata għall-ewwel darba matul din is- sena u li rriżultat bħala waħda ferm eċitanti u emozzjonanti. "F'Awwissu ta' dan is- sajf iddeċidejt li nibda naqdef għar-Regatta ta' Jum il-Vittorja. Jiena persuna li għandi l-isport għal qalbi ħafna, u fil-fatt ilni nittrenja l-atletika għal disa' snin. X' ħin l-għarus tiegħi, Josef, qalli li se jkun hemm tiġrija tan-nisa f 'din ir-regatta, tħajjart biex nidħol għaliha bħala 'cross training' għall-atletika. Peressli Josef jaqdef mal-Kalkara, iddeċidejt ukoll li naqdef ma' dan il-klabb. Kelli bżonn insib qaddiefa oħra u għalhekk iddeċidejt li taqdef miegħi oħti ż-żgħira, Sarah, li hija ħames snin iżgħar minni u li wkoll tippratika l-atletika miegħi. Xi tliet ġimgħat qabel ir-regatta, bdejna it-taħriġ tagħna flimkien. Fl-ewwel ġimgħa u nofs niżel Josef magħna fid-dgħajsa qabel it-taħriġ tiegħu sabiex jgħinna nitgħallmu l-qadfa peressli ebda minna ma kien qadef qabel. Wara li sirna kunfidenti naqdfu waħedna, bdejna ninżlu nipprattikaw ir-rotta tat- tiġrija li kienet se tkun ta' 500 metru mal-Coxswain- Hayden. Fil-jum tar-Regatta, it- tiġrija tan-nisa kellha tkun l-ewwel waħda tal-ġurnata fis-1pm. Dak il-ħin, aħna ħadna postna fuq l-'istart line' ħdejn il-qaddiefa nisa tal-ħames klabbs l-oħra. Konna ftit diżżappuntati bl-organizzazzjoni tat- tellieqa għaliex ma kienx hemm marka min-naħa għall-oħra tal-'istart line' biex id-dgħajjes kollha jibdew minn wara din il-marka. Ħadd ma ġie jgħidilna li t-tellieqa kienet se tibda, però f 'daqqa waħda smajna sparatura u bdiet it-tiġrijia. X'ħin rajna li telqu d- dgħajjes l-oħra bdejna naqdfu aħna wkoll. Wara 200 metru tat- tellieqa, stajna nisimgħu lill-kummentatur jgħid li aħna konna qegħdin fil-ħames post. Minkejja dan, ippruvajna nibqgħu kalmi u nżommu l-qadfa flimkien bħalma ppratikkajna fit- taħriġ. Żammejna pass konsistenti, filwaqt li Hayden żammna mexjin dritti sa ma fl-aħħar tat-tiġrija, irnexxielna ngħaddu lit-tliet dgħajjes u nilħqu d-dgħajsa ta' Bormla sabiex dħalna magħhom. Ma stajniex inkunu aktar ferħanin wara li minkejja kollox indunajna li ġejna l-ewwel. Jiena kburija ħafna li ksibt dan is-suċċess flimkien ma' oħti li nqisha bħala mhux biss oħti imma ħabiba tal-qalb, li offriet li taqdef miegħi meta ma kelli lil ħadd. Qalulna li qbadna qadfa tajba flimkien u ma naħsibx li stajt insib partner aħjar. Hu unur kbir ukoll għalija li rbaħt għall-klabb ta' Kalkara fejn il-membri tal-kumitat laqawni mill- ewwel x'ħin saru jafu li xtaqt naqdef. Sibna ħafna għajnuna mill-qaddiefa l-oħra biex għallmuna naqdfu u jgħinuna ntellgħu u nniżżlu d-dgħajsa. Għalhekk ninsab ferħana li stajna nagħtu xi ħaġa lura lill- klabb wara l-paċenzja li ħadu bina. Nixtieq nieħu din l-oppurtunità biex nirringrazzja lill-Kalkara Regatta Club li tawni din l-opportunità tant unika li nitgħallem sport ġdid u nkun parti minn din t-tiġrija storika, kif ukoll li nkun parti minn tim ta' nies tal-ġenn li minkejja riżorsi limitati kollha, ingħaqdu flimkien biex jirrapreżentaw l-isport li tant iħobbu. Apparti l-intopp żgħir tal-istart, din l-esperjenza kienet sabiħa ħafna, unika u żgur waħda li ma ninsa qatt. Nixtieq ukoll ngħid proset lil min kien fl-organizzazzjoni, kif ukoll lill-qaddiefa kollha li ħadu sehem f 'din ir-regatta speċjalment in-nisa. Kollha urejna kemm aħna in-nisa kapaċi wkoll! Nispera li fil¬-futur ikomplu jorganizzaw aktar tlielaq għan-nisa ħalli dan l-isport ikompli jikber!" kienet se tibda, però f 'daqqa waħda kburija ħafna li ksibt Regatta Club li tawni din

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018