Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 TV/Ċinema The House With A Clock In Its Walls din il-ġimgħa CRAZY Rich Asians hija kummiedja ferrieħa u fl-istess ħin sfrenata fl-istil tal kummiedji klassiċi ta' Hollywood tas-snin tletin, iż-żmien tad- Dipressjoni. Dan hu wkoll xogħol romantiku bbażat min trijoloġija bestseller ta' Kevin Kwan. Rachel Chu (Wu), professoressa tal- ekonomija minn New York University tmur Singapore biex tagħmel konoxxenza mal-ġenituri tal-maħbub tagħha, Nick Young (Golding). Rachel hi eċitata ħafna li se żżur l-Asja għall-ewwel darba u xi ftit nervuża li se tiltaqa' mal-familja ta' Nick. Hemmhekk, tiskopri affarijiet li Nick qatt ma semmielha, fosthom li hu ġej minn familja sinjuruna tal-klassi għolja u li hu wieħed mill-aktar imfittxin mit-tfajliet tal-post. Bejn dawn it-tfajliet sbieħ u attraenti tinbet għira kbira għal din il-mara barranija Amerikana, waqt li kontinwament jippruvaw iġellduha miegħu. Fuq kollox, Eleanor (Yeoh), omm Nick, b'bixra ta' waħda aristokratika u ta' suppervja assoluta, ma tridx taċċetta din l-unjoni. Crazy Rich Asians li juri x'jista' jiġri meta mħabba ħerqana taħbat ma' dawk li jħossuhom privileġġjati fis-soċjetà, għandu jappella bil-kbir l-aktar għat-tfajliet. Din hi produzzjoni mexxejja, divertenti li kultant taqbeż il-linji. Michelle Yeoh, impekkabli fl-apparenza tagħha, tassew smart u kkurata, b'serjetà ta' qilla fuqha (qisha Lady Macbeth) tagħti bilanċ lil din il-kummiedja romantika. Id-djalogu, kultant ukoll jaqta' fil-laħam il-ħaj bħal pereżempju meta Rachel tgħid lin-Nick, You really should have told me that you are like Prince William of Asia. Hu bil- kalma u b'mod modest iweġibha: That's ridiculous! I'm much more of a Harry. IBBAŻAT minn fuq in-novella tal-1973, The House With A Clock In Its Walls, il-film tal-istess isem huwa fantasija xi ftit oskura, bi twerwira ħafifa, però dejjem addattat għat-tfal u l-familji. Din il-produzzjoni tassew taqbad l-atmosfera nostalġika tas-snin ħamsin, fl-ilbies, dekor u drawwiet. Lewis Bernavelt (Vaccaro), tfajjel ta' 10 snin, fl-1955, imur fil-belt ta' New Zebedee, Michigan biex jgħix ma' zijuh, Jonathan (Black), f 'dar antika kollha ċekċik li, moħbi ġo fiha hemm misteru dejjem itektek. L-orfni Lewis jixtieq biss li jkollu tfulija normali, imma fiċ-ċirkostanzi, din tidher ħaġa impossibbli. It-tifel jiskopri li zijuh hu saħħar ta' nofs kedda, ta' qalb tajba, waqt li l-ġara u l-akbar ħabiba tiegħu, Florence Zimmerman (Blanchett), hija saħħara aktar ta' stoffa. F'din id-dar, qabel kienu jgħixu Isaac u Selena Izard (MacLachlan u Goldsberry), żewġ sħaħar potenti li bnew arloġġ. moħbi xi mkien fil-ħitan tad- dar, dejjem itektak biex bih Isaac iġib id-dinja fi tmiemha. Wara li jinnota ħafna affarijiet strambi bil-lejl, meta ma setax jorqod, u anki jagħmel ħabib fl-iskola mal- popolari Tarby Corrigan (Suljic), nhar il-festa ta' Halloween fiċ- ċimiterju tal-qrib jipprova jqajjem lill-mejtin. B'aċċident, jirxoxta lil Isaac li miegħu jqumu wkoll Selena u ċorma kreaturi fantastiċi kollha lesti li jħarrbtu l-belt. Bil-għajnuna ta' Jonathan u Mrs. Zimmerman, Lewis ikollu jħabbat wiċċu ma' dawn il-forzi tas-sopranaturali. The House With A Clock In Its Walls, minkejja t-tema tetra u gotika tiegħu, hu xogħol divertenti, li jfakkar f 'ċertu xogħlijiet ta' Charles Dickens, 13 Ghosts (1963), Ghostbusters (1984) u oħrajn simili. Skantajt sewwa meta sirt naf li d-direttur hu Eli Roth, is-soltu abbinat ma' films ta' brutalità eċċessiva, bħal Hostel eċċ. jew f 'dawk ta' Quentin Tarantino. Tassew f 'din il-produzzjoni żamm sewwa r-riedni biex joħroġ proġett li jappella tajjeb għat-tfal u anki għall-kbar. Crazy Rich Asians Atturi Ewlenin: Constance Wu; Henry Golding; Ġemma Chan; Awkwafina; Ken Jeong; Michelle Yeoh. Direttur: Jon M. Chu. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 121 min. Ċert. 12A XI studenti li l-ħajja għalihom fl-università tidher diffiċli u li jaħsbu li qatt m'huma se jaslu mkien, ġeneralment ma jkomplux il-kors u ġieli jfittxu orizzonti ġodda. Warren Lipka (Peters), tfajjel bla prinċipji u mtajjar u Spencer Rheinhard (Keoghan), pittur dilettant, it-tnejn ġejjin minn familja tal-klassi medja u li qegħdin f 'kulleġġi separati, jibdew iħossu l-pressjoni tal-iskola tagħfas fuqhom u flimkien ma' żewġt iħbieb oħra, Eric Borsuk (Abrahamson), kontabilist (accountant) u Chris Allen (Jenner,) jippjanaw li jisirqu xi kotba rari u mprezzabbli mit-Transylvanian Library tal-kulleġġ fejn kien imur Spencer fl-2004. American Animals hu bbazzat mhux daqshekk fedelment, fuq l-istorja ecitanti u vera ta' dawn l-erbat iħbieb li jwettqu waħda mill- aqwa serqiet tal-arti tal-istorja Amerikana. Bil-kalma kollha dawn jieħdu ideat varji kif se jaġixxu minn diversi films popolari tal-passat dwar serqiet inkredibbli. Minkejja dawn il-preparamenti kollha din l-attività tmur żmerċ u hawn il- futur tagħhom jidher imċajpar. Matul l-andament kollu, il-veru ħallelin jidhru jikkumentaw f 'diversi mumenti, kif ukoll tidher Betty Jean Gooch (fil-film il-parti tagħha taħdimha Dowd), il-mara li tieħu ħsieb il-librerija u li tispiċċa mwerwra u marbuta minnhom. American Animals jiżvolġi b'mod kreattiv fejn juri erba' żgħażagħ diżilluzi, mitlufin f 'fantasija ta' moħħhom, però jirrealizzaw dan meta jwettqu dan l-att, f 'ħin li jkun tard wisq. American Animals Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Jack Black; Cate Blanchett; Owen Vaccaro; Reneè Elise Goldsberry; Sunny Suljic; Kyle MacLachlan. Direttur: Eli Roth. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 105 min. Ċert. 121A Atturi Ewlenin: Evan Peters; Barry Keoghan; Blake Jenner; Jared Abrahamson; Udo Kier; Ann Dowd. Direttur: Bart Layton. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 116 min. Ċert. 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018