Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 30 ta' September 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? In-nannu tiegħi kien jifforma parti mill-iskwadra Olimpika u kien involut ukoll fix-xena tal-waterpolo lokali. Dak iż-żmien hu kien parti mis- Sliema Aquatic Sports Club. B'hekk qisu mingħajr ma ridna n-nannu kien daħħalna fix-xena tal-waterpolo. B'hekk spiċċajt f 'dan l-isport għax kif jgħidu d-demm jiġbed. L-ewwel kont nagħmel parti mill- iskwadra nazzjonali tal-għawm u meta għalaqt disa' snin bdejt nitħarreġ fil- waterpolo ma' Sliema Aquatic Sports Club. Semmejt li kont tagħmel parti mit-tim nazzjonali tal-għawm. X'differenza tara bejn dan l-isport u l-waterpolo u fl-istess ħin kemm huwa importanti li tkun għawwiem tajjeb fil-waterpolo? M'hemmx dubju li plejer tal- waterpolo li jiflaħ u jaf jgħum huwa importanti ħafna. Fil-fatt plejer tal- waterpolo li jaf jgħum sew ser imur ferm tajjeb waqt il-logħob minn dak illi huwa tekniku imma fl-ilma jbati xi ftit. Id-differenza bejn iż-żewġ sports hija partikolari minħabba li fl-għawm għandek ħafna mumenti individwali u kollox jiddependi minnek. Hawnhekk irid ikollok dedikazzjoni, taħriġ intensiv u preparamenti kbar. Mill-banda l-oħra, il-waterpolo hija xi ħaġa kollettiva u ser ikun mumenti fejn int trid tinkoraġġixxi lil sħabek u viċe-versa. Int lgħabt ukoll ma' Sliema fejn hemmhekk irbaħt l-unuri. Iva, konna rbaħna unuri kbar u għandi memorji kbar ma' dan it-tim. Int kont ukoll plejers tan-Neptunes u hemmhekk l-unuri ma naqsux lanqas! Le lanqas xejn anzi! Man-Neptunes kont għamilt 10 snin fejn irbaħt ħafna kompetizzjonijiet magħhom fosthom erba' kampjonati. Kien pass ieħor 'il quddiem fil-karriera tiegħi. X'kont tħoss meta kont ma' Neptunes u affrontajt lil Sliema? Għal bidu kont nibża' meta ngħaqadt ma' Neptunes għax kont naf li xi darba kont ser naffronta lil Sliema. Imma mbagħad irrealizzajt li jien qiegħed ma' tim u rrid nagħti sehmi sabiex nilgħab tajjeb u mmur kif suppost. Fil- fatt lgħabt ħafna drabi kontra Sliema u dejjem urejt rispett għax kienu l-ewwel klabb li bdejt magħhom. Semmili wkoll xi timijiet oħra li lgħabt magħhom. Iva fil-fatt kif diġà għedtlek wara li kont tlaqt lil Sliema kont għamilt xi żmien ma' Neptunes. Minn hemm segwew esperjenzi ma' San Ġiljan u anke Sirens fejn hemmhekk ukoll temmejt il-karriera tiegħi. Int kont ukoll mat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo. X'kienu l-memorji tiegħek f 'dan ir-rigward? Mat-tim nazzjonali għamilt diversi snin minn meta kelli 18-il sena sa 34 sena. B'hekk b'kollox għamilt 16-il sena nitħarreġ u nilgħab b'mod regolari għal pajjiżi. Niftakar b'mod partikolari l-kampjonati Ewropej li kienu saru fl-Iżvezja u konna ksibna suċċess kbir. Konna ġejna dro mal-Olanda u ġibna wkoll riżultati rispettabbli għal pajjiżna. Kif taħseb li nbidel il-waterpolo minn żmienek għal issa? Naħseb li l-waterpolo llum il-ġurnata sar iktar veloċi anke bir-regoli li nbidlu. Anke l-assoċjazzjonijiet qablu b'dawn ir-regoli u b'hekk il-logħba saret iktar dinamika. Aktar milli logħob dixxiplinat u tattika, qed narawh bħala xow. Anke l-barranin li qed jiġu huma verament ta' kwalità u ferm veloċi fl-azzjonijiet tagħhom. Minn hemm kellek iċ-ċans tibda tikkowċja. Kif rajtha din il-bidla personali? Iva, fil-fatt sa minn meta kont ma' San Ġiljan ġejt mogħti ċ-ċans li nikkowċja liż-żgħar tal-klabb. Jien kont wieħed mill-ewwel kowċis ta' plejers bħal Ben Plumpton u Terence Zammit. Kelli l-fulkru tal-plejers li llum il-ġurnata jagħmlu parti mit-tim nazzjonali. Kienet esperjenza sabiħa ħafna. Kont ukoll parti mill-coaching staff ta' Exiles u kont nieħu ħsieb il-minors. Fil-verità xtaqt inkompli nikber fl- istatura tiegħi bħala kowċ u b'hekk kont parti mill-istaff tekniku tal-kbar ukoll. Illum il-ġurnata ngħatajt opportunità kbira li nkun tim manager ta' Neptunes u ninsab kuntent ħafna. X'tippreferi l-aktar li tkun plejer, kowċ jew inkella tim manager? Hemm xi rwol iktar diffiċli minn oħrajn? Wara dan l-istaġun nista' nikkonferma li aħjar tkun plejer! Meta tkun plejer tista' tiżvoga dak l-istress kollu li għandek meta tkun qed tilgħab iżda meta tkun kowċ jew inkella fil- każ tiegħi , qisu l-istress u t-tensjoni jibqgħu magħluqa ġo fik u xi kultant mingħajr ma trid tiżvoga aktar milli suppost. X'kien is-sigriet ta' Neptunes li rbaħtu l-kampjonat? Fl-opinjoni tiegħi nemmen li l-kampjonat seta' mar għal tliet klabbs li kienu San Ġiljan, Sliema u Neptunes. Għoġobni ħafna l-istil li adotta l-kowċ tagħna fejn ra li fil-bidu jingrana t-tim u għalkemm għall-bidu ma waslux riżultati mixtieqa, fl-aħħar rajna kambjament fil-mentalità, it-tim kien qawwi biżżejjed biex jegħleb kull diffikultà. Matul l-istaġun ma kellniex riżultati ta' barra minn hawn iżda l-kowċ kien qiegħed iħarreġ il-plejers filgħodu u filgħaxija proprju biex it-tim ikun lest għall-play-offs, l-iktar fażi mportanti tal-istaġun. L-istrateġija ħadmet u rbaħna l-kampjonat. Int qbilt ma' din is-sistema tal- play-offs li, ngħiduha kif inhi, ġiet favurikom? Din kienet polemika kbira għax ħafna bdew jgħidu kienet maħduma jew ma kinitx maħduma u affarijiet minn dawn insomma! Jien lgħabt għal diversi snin u kont f 'diversi formats tal-kampjonati u kont parti mit-tim tas-Sirens li rebħu lil Sliema bil-goldengoal li kienet xi ħaġa ferm krudili. Għadni sal-lum ngħid li mhux sew li kellu jiġi deċiż b'dak il-mod. Imma kif taf int, dan huwa sport u aħna qegħdin hemmhekk biex nilagħbu mhux biex nirrimarka. Dak jiddeċiduh il-klabbs. Wara kollox dan ġie deċiż minn qabel il-kampjonat u kulħadd kien jaf ser jiġri. Temmen li Jordan Camilleri kien l-aqwa plejer? Jien ngħidlek li mhux biss kien l-aqwa plejer iżda kien l-iktar wieħed konsistenti. Hu kien parti integrali mir-rebħ tal-kampjonat ta' Neptunes. Mhux qed nitkellem fuq gowls iżda l-mod ta' kif jilgħab bħala difensur. Jordan kellu staġun tajjeb u kien fundamentali ħafna għalina. U ma nistgħux ninsew lanqas lil Stevie Camilleri li ma tistgħux tgħaddu mingħajru. Stevie kellu rwol iktar diffiċli matul dan l-istaġun minħabba li kellu jikkontrolla l-plejers barranin ta' klabb oħra u b'hekk ma kinitx xi ħaġa faċli għalih minħabba li iktar irid jiddefendi milli attakka. Dan għamlu bl-aħjar mod u xorta sab il-ħin li jiskorja gowls importanti. U l-Kroat Petar Muslim? Jien narah plejer komplut. Għal bidu kont xi ftit xettiku minn din l-għażla iżda kont żbaljat għax verament kellu staġun tajjeb tant li kien fundamentali bil-gowls u l-azzjonijiet li mexxa. Sena oħra l-kampjonat ser ikun hemm żewġ barranin. Taqbel ma' din ir-regola? Ifhem hemm ħafna polemika għaddejja. Taf int, jgħidu li inkella jonqsu milli jsibu posthomiż-żgħar li telgħin. Minkejja kollox mhux ser tkun ta' detriment għalihom għax ser jitgħallmu dik it-teknika li tant huma magħrufa għalihom u fuq kollox ħafna minnhom huma champions Olimpiċi u għalhekk għandhom esperjenza mill-aqwa. Aħna qegħdin hemm biex 'Bħala Neptunes konna qawwija biżżejjed, għelibna Cristian Antony Muscat Matthew Pisani - tim manager ta' Neptunes li imkien mal-plejers, membri tal-Kumitat u diriġenti oħra kien strumentali biex it-tim mill-Balluta jikseb il-25 Kampjonat -istorja glorjuża tiegħu. "Għoġobni ħafna l-istil li adotta l-kowċ tagħna fejn ra li fil-bidu jingrana t-tim u għalkemm għall- bidu ma waslux riżultati mixtieqa, fl-aħħar rajna kambjament fil-mentalità, it-tim kien qawwi biżżejjed biex jegħleb kull diffikultà. Matul l-istaġun ma kellniex riżultati ta' barra minn hawn iżda l-kowċ kien qiegħed iħarreġ il-plejers filgħodu u filgħaxija proprju biex it-tim ikun lest għall-play- offs, l-iktar fażi importanti tal-istaġun. L-istrateġija ħadmet u rbaħna l-kampjonat."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018