Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 | illum SPORTSillum Minn Cristian Antony Muscat VIC Hermans - kowċ tat- tim nazzjonali tal-futsal li ilu jokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar xhur fejn għandu għal qalbu mmens il-logħba tal-futsal waqt li jixtieq li jara iktar interess u involviment tal-iskejjel f 'din il-logħba tant sabiħa. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Ħa mmorru lura lejn il- karriera sportiva tiegħek. Int bdejt bħala plejer tal-futbol. X'kien li ħajrek taqbad dan l-isport? Kont għadni tifel żgħir u minn dejjem kont inħobb il-futbol. Apparti li kont nara ħafna logħob fuq it-televixin, konna ngħaqqdu logħba fil- grawnd fejn konna niltaqgħu ċorma tfal kważi kuljum. Minn hemm ma ħaristx lura u ngħaqadt ma' tim lokali sabiex nkompli niżviluppa l-ħiliet tiegħi. Aktar tard int tħajjart tibda wkoll il-futsal. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn dan l-isport? Anke din il-logħba wkoll kont naraha fuq it- televixin. Minn dejjem kienet taffaxxinani din il-logħba. Kont nieħu gost nara l-intensità u r-ritmu li biha tintlagħab fejn ma tantx għandek ċans taħseb u fejn trid tara x'ser tagħmel bil-ballun fi ftit sekondi. Sa ħamsin sena ilu dan l-isport ftit kien magħruf iżda mbagħad beda jidħol bil-mod il-mod fl-Ewropa u lili mal- ewwel għoġobni. Plejer tal-futbol jista' jkun tajjeb fil-futsal jew viċe-versa? Hemm differenza bejn il- futsal u l-futbol. Madankollu ħafna plejers li llum jilagħbu l-futbol bdew mill-futsal. Biżżejjed insemmu lil Ronaldo, Messi, Xavi, Pele u Ronaldinho li bdew l-ewwel passi tagħhom lejn il-logħba tal-futbol proprju mill-futsal. U hawn fejn jien nappella lil diversi tfal u żgħażagħ Maltin sabiex qabel ma jibdew il- futbol jipprattikaw il-logħba tal-futsal. Permezz ta' din il-logħba int titgħallem ħafna ħiliet importanti u individwali bħal kontroll tal-ballun, il- mod ta' kif taqbeż il-plejer, kif iddur bil-ballun u mitt elf ħila oħra. It-teknika sabiex tkun plejer tal-futbol titgħallimha permezz tal-futsal. Int diġà għamilt żmien bħala kowċ nazzjonali ta' Malta. X'tiftakar minn dak iż-żmien? Għalkemm ma tantx għaddew ħafna snin, xorta nħoss li nbiddlu ħafna affarijiet. Dak iż-żmien kellna aktar minn 40 tim jikkompetu fil-kompetizzjonijiet lokali u issa hemm biss 10 timijiet. B'hekk il-biċċa tax-xogħol ser tkun iktar diffiċli iżda mhux ser naqta' qalbi. Fl-ewwel żminijiet tiegħi bħala kowċ ta' Malta introduċejt diversi plejers li llum huma stabbiliti f 'din il- logħba tant sabiħa. Semmejt int stess li issa għandek biċċa xogħol diffiċli minħabba li naqsu t-timijiet u allura l-għażla ġiet ristretta. Ma taħsibx li huwa inkwetanti l-fatt li hemm biss 10 timijiet fil-kampjonat lokali tal-futsal? Iva, hija biċċa xogħol inkwetanti. Hemm bżonn aktar plejers jidħlu u jieħdu sehem f 'din il-logħba sabiex eventwalment jiżdiedu t-timijiet. Naf li mhux ser tkun biċċa xogħol faċli u konxju mill-fatt li qisni rrid nibda kollox mill-bidu. Madankollu mhux ser naqta' qalbi u nemmen li kapaċi nkabbru l-popolarità ta' dan l-isport. Taf ukoll li bħala tim nazzjonali Malti ilu ftit ma jilgħab. Iva, naf li ilu aktar minn sena u nofs ma jkollna logħba ta' ħbiberija. M'hemmx dubju li rridu nilagħbu aktar. Iżda issa aktar milli tinkwieta, trid ixxammar il-kmiem u taħdem. Fil-fatt fil-jiem li għaddew lgħabna xi partiti ta' ħbiberija u fil-ġimgħat li ġejjin, beħsiebna nżidu iktar sabiex inkunu ppreparati għal- logħbiet ta' kwalifikazzjoni li jmiss. Tkellimt mal-MFA? Iva, bdejna nfasslu l-pjan tagħna li jibda minn Jannar. Diġà tkellimna ma' dawk kollha involuti f 'din il-logħba u persważ li bl-għajnuna ta' kulħadd ser inkunu kapaċi nagħmlu iktar enfasi fuq it- tim nazzjonali. Kuntent bil-faċilitajiet li jeżistu fil-futsal lokali? Kemm jogħġbok il-post fejn jintlagħbu l-logħbiet tal- kampjonat lokali tal-futsal? Ma tantx jien kuntent bl-art tal-Padiljun Sportiv ta' Kordin. Anke l-fatt li darba qattar l-ilma mis-saqaf waqt logħba futsal. Ilna nafu dan kollu għal dawn l-aħħar snin. Faċilitajiet tajbin jinsabu fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u anke f 'dak ta' Pembroke. Naf li mhux faċli tilgħab f 'dawn il-padiljuni minħabba li hemm sport ieħor involut. Nemmen illi rridu naħdmu fuq faċilitajiet tagħna u kien maħsub li f 'Ta' Qali jinbena xi ħaġa. Nixtieq ħafna li dan kollu jseħħ. Kemm hu importanti li jkun hemm promozzjoni tal- logħba għat-tfal tal-iskejjel? Huma importanti ħafna fil-verita'. Meta kont kowċ tat-tim nazzjonali Malti lura għas-sena 2011 kont norganizza kompetizzjonijiet u kont inħeġġeġ lill- għalliema tal-edukazzjoni fiżika biex jinkludu l-futsal lit-tfal. Hemm bżonn li nerġgħu nibdew. Għandna proġett mat-tfal fil-fatt li ser jiġimniedi dalwaqt. Irridu liż-żgħar tagħna li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. B'hekk nista' nħabbar li dan il-proġett ser jibda f 'Ottubru li ġej mal- iskejjel kollha interessati. Nixtieqek tgħaddi messaġġ tal-aħħar dwar l-importanza tal-futsal. Aktar milli l-importanza tal-futsal, jien qed nara l-importanza li kull tifel u tifla jkun involut f 'xi sport. Issa jekk ma jkunx futsal, jista' jkun ukoll futbol, basketball jew għawm. Hemm bżonn ukoll li l-ġenituri Maltin ikunu involuti fl-isport. L-isport jagħmlek b'saħħtek. Imbagħad jekk ikun hemm min jixtieq jipparteċipa fil-futsal inkunu aktar milli kuntenti. 'F'Ottubru se nibdew proġett interessanti' - Vic Hermans Vic Hermans waqt partita ta' ħbiberija kontra l-Olanda l-jiem li għaddew -iSkola Nazzjonali tal-iSport Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018