Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 30 ta' September 2018 | illum nikkompetu għal postna. Importanti li wieħed jiġġieled għal postu bl-aħjar mod. Kont kuntent bil-kontroll tar- referis? Mhux ser nikkummenta ħafna fuq referìs għax dawn għandhom kontroll ħafna fuq il-logħba. Naħseb li però ma kellniex referìs ħżiena għalkemm importanti li jkun hemm konsistenza. Kemm int kuntent bl-operat tal-ASA? Jien ngħid li għandhom jingħaqdu l-kbarat tal-klabbs u jikkjarifikaw ċertu suġġetti sabiex ċerti regoli jkunu konsistenti u nieqsa mill-polemiċi. Hemm xi ftit affarijiet x'jitranġaw u jidentifikaw ċerti materji importanti. Kif tarah il-futur tiegħek? Jien din is-sena tajt qalbi lil Neptunes. Kuntent ħafna bil-wirja tat-tim. S'issa għadni ma nafx. S'issa ninsab kuntent b'dak li għamilna u nixtieq li għalissa ngawdi dan il- mument. L-aħħar messaġġ lill-partitarji ta' Neptunes. Rajna folla sabiħa mmens il-Ħadd li għadda kemm ta' Neptunes kif ukoll ta' San Ġiljan. Għall-benefiċċju tal- waterpolo lokali huwa importanti li jkollna folol bħal dawn. Mill-banda l-oħra importanti li jkun hemm il-kalma u ċerti nies joqogħdu lura milli jgħaddu ċerti kummenti li mhux dejjem iservu ta' ġid. Lill-partitarji ta' Neptunesnirringrazzjahom tal- appoġġ li tawna u xeni bħalma rajna ftit tal-ġranet ilu jibqgħu fil-memorji ta' ħafna. Kemm huwa importanti l-waterpolo fil-ħajja tal-bniedem? Il-waterpolo, barra li hu sport sabiħ minħabba li nġibu riżultati tajbin fil-kompetizzjonijiet Ewropej bħala tim nazzjonali, huwa mportanti ħafna għaż-żgħażagħ. Il-waterpolo kkomparat ma' sports oħrajn huwa sabiħ għax tajjeb għas-saħħa u nħeġġeġ li jaqbdu dan l-isport sabiex il-familja ta' din il-logħba tkompli tikber. għelibna kull diffikultà u rbaħna l-Kampjonat' "Il-waterpolo, barra li hu sport sabiħ minħabba li nġibu riżultati tajbin fil-kompetizzjonijiet Ewropej bħala tim nazzjonali, huwa importanti ħafna għaż-żgħażagħ. Il-waterpolo kkomparat ma' sport ieħor huwa sabiħ għax tajjeb għas- saħħa u nħeġġeġ li jaqbdu dan l-isport sabiex il-familja ta' din il-logħba tkompli tikber." Huwa t-tim manager ta' Neptunes. Fil-passat kien ukoll plejer mill-aqwa fejn lagħab mal-istess Neptunes, Sliema, San Ġiljan u Sirens. Kieun ukoll plejer importanti tat-tim nazzjonali tal-waterpolo. MATTHEW PISANI Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018