Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Aħbarijiet Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 | illum jistaqsu lil dawk li jridu jsiru MEPs 1. Sondaġġi qed juru distakk ta' aktar minn 50,000 vot bejn il-partiti. Ma taħsibx li din is- sitwazzjoni mhijiex tajba għal pajjiż demokratiku? Hu ta' importanza kbira li jkollok oppożizzjoni b'saħħitha – għaliex mhux biss issaħħaħ id-demokrazija, il-frott tad-dibattitu imma wkoll jiggarantixxi stabilità u serħan il-moħħ. Is-saħħa ta' partit ma jfissirx biss kemm ksibt voti. Kull partit għandu juri li huwa magħqud u huwa sensittiv, onest u organizzat. Ma nistgħux nitfgħu t-tort tas-sitwazzjoni fuq is-suċċess tal-Gvern preżenti. Dan il- Gvern għandu maġġoranza kbira għax jeżistu ħafna fatturi li poġġewh f 'dan il-vantaġġ spettakolari. Il-kariżma u s-saħħa fil-karattru tal-mexxej, l-ekonomija b'saħħitha, il- ġustizzja ċivika u l-ugwaljanza f 'kull settur, il-pożittività u l-enerġija huma fost ftit mill- fatturi li taw spinta lill-Partit Laburista. Hija l-Oppożizzjoni li teħtieġ tirriforma - hi l-Oppożizzjoni li teħtieġ tersaq aktar lejn il-poplu - hi l-Oppożizzjoni li trid tirranġa s-sitwazzjoni. It-tkissir tal-oppożizzjoni hu ta' min iċanfru u żgur li mhux sew għad-demokrazija ta' pajjiżna. 2. Lil dawk li ma tantx jinsabu kuntenti bis- sitwazzjoni tal-ambjent f 'pajjiżna, s'se tgħidilhom biex tikkonvinċihom li l-PL għandu għal qalbu l-wirt naturali? Jien qabel ma ħrigt politiku minn dejjem kont favur ħafna l-ambjent, speċjalment l-annimali. Ma niflaħx nisma' aktar b'moħqrija u disprezz lejn l-ambjent - kull siġra, kull pjanta, kull annimal għalija huwa sagrosant. Ma niflaħx nara aktar karti u fliexken tal- plastik mat-toroq u fl-għelieqi. Mhux ser noqgħod kwiet meta jkun hawn abbuż serju ta' kif jinqatlu l-annimali fil-biċċerija mingħajr kontroll. Mhux ser noqgħod sieket meta velenu jiġi mitfugħ fit-triqat sabiex noqtlu l-qtates jew meta mmorru nisparaw u nagħmlu massakru tal-ħamiem fit-triqat u l-pjazez u m'iniex ser noqgħod sieket għall-moħqrija tal-klieb ikkatenati, abbandunati jew miżmugħin fuq il-bjut esposti għall-elementi kollha jew ġo xi bitħa agħar minn gaġġa. Ma naqbilx li ż-żwiemel tagħna għandna nħaddmuhom fil- qilla tax-xemx. Jiena kontra l-ħmieġ mitfugħ fl-ibħra sbieħ tagħna, il-qtil bla sens u brutali ta' annimali protetti. Jien wieħed mill-PL u fin-nuqqas preżenti tiegħi ta' awtorità imma ta' vuċi soda u persistenti, nemmen f 'dan il-prinċipju b'qalbi kollha. Mahatma Gandhi darba qal: "Il-kobor ta' nazzjon u l-progress morali tagħha huma ġġudikati mill-mod kif tħares lejn l-annimali." 3. Tmur għand familja f 'San Pawl il-Baħar. Jgħidulek 'hawn ma nistgħux norqdu. Kuljum ġlied u storbju bejn il-barranin. M'għadux sigur hawn.' Inti x'se tgħidilhom? Ir-refugjati u l-immigranti li ftaħnilhom il-bieb u qegħdin fostna jeħtieġ jiġu integrati fis-soċjetà Maltija. Jitgħallmu l-lingwa. Jifhmu kif ngħixu. Iħaddnu l-kultura tagħna. Jobdu l-liġijiet kollha tagħna. Li meta dawn ġew mistiedna jgħixu fis-salott ta' dari ma jgħidulix fejn għandi npoġġi, imexxuli l-għamara, ibiddluli l-purtieri – għandhom jirrispettaw dak li jagħmilna Maltin. Il-liġi tal-paċi pubblika qiegħda hemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin li jixtiequ biż-żmien isiru wkoll Maltin. Il-liġi għandha tiġi rrispettata u l-awtorijiet jużaw il-mezzi kollha ħalli l-liġi tal- paċi pubblika tiġi infurzata. 4. Numru ta' Laburisti għal darb'oħra qed jgħidu illi mhux se għax 'ġew injorati' mill-partit. Tiltaqa' ma' dawn it-tip ta' vontanti? Għandhom raġun? Il-vot ta' kull wieħed u waħda minnha ma jfissirx x'nista' niggwadanja jien jew dawk qribi. Però jekk ma jkollokx ġustizzja, għandek ragun ma tkunx kuntent. Mhux li takkwista xi favur għax Laburist jew għax Nazzjonalist. Il-favuri inġusti jsarrfu f 'kelma waħda biss – korruzzjoni. Għadda ż-żmien li nixtiequ favuri għax ivvutajna kulur jew ieħor – iżda kull partit irid ukoll jifhem li fejn hemm inġustizzji dawn għandhom ikunu rranġati. Nisħaq li tpatti bil-vot tkun biss qiegħed tagħmel vendetta fuqek u fuq dawk li tħobb. Il-vot tiegħek hu tiegħek, ta' martek, ta' missierek u ta' ommok, ta' wliedek. Bla vot int bla saħħa – bla sens ċiviku – bla sinsla. Taħrab mill-vot jagħmel biss ħsara lilek, lil dawk li tħobb u lil pajjiżek. U nispicca billi nirrepeti kliem ta' statista kbir , John F. Kennedy "…ask not what your country can do for you; ask what you can do for your country." 5. Tidħol għand familja Laburista illi tħoss li l-bidliet fil-liġi tal-IVF b'aktar bajd iffriżati qed jiftaħ il-bibien għall-abbuż mill-ħajja umana. Kif se tikkonvinċihom li l-Gvern għamel dak li hu sew? Il-Gvern preżenti u l-aġenda Laburista hija unaniment kontra l-abort. Għax il-biża' ta' ħafna nies hu li għax daħal id-divorzju, għax daħal iż- żwieġ ugwali u għax għaddiet l-aħħar liġi favur it-titjib tal-liġi tal-IVF allura ħa jidħol l-abort. Il-liġijiet li għaddew, għaddew sabiex intejbu l-ħajja u mhux noqtluha. Fuq lat ieħor, ikun Gvern ipokrita li jħanbaq fuq l-ugwaljanza meta anke fil-formazzjoni ta' familji ikun hemm nuqqas kbir ta' ugwaljanza. B'liema dritt għandi jien niċħad li persuna jew persuni li jixtiequ jimlew id-dar tagħhom bid-daħq u l-biki ta' tarbija din l-opportunità? Kif stqarr il-Prim Ministru, Joseph Muscat, fil-bidu tas-sajf ta' din is-sena wara li l-liġi ġiet emendata, aħna bħala pajjiż sirna aktar konxji u ħadna azzjoni għan-nom ta' mijiet ta' familji, eterosesswali u anke omosesswali, li jixtiequ jkollhom familja bit-tfal. X'hemm isbaħ minn familja kompleta? X'hemm isbaħ mit-tfal? Sakemm ix-xjenza tatna din l-opportunità li noħolqu ħolqien b'dan il-mod, għaliex ma nistgħux nagħtu din it-tama, dan il-ferħ, din l-imħabba lill-familji li jridu jgħożżu t-tfal? 6. Tidħol għand familja b'paga minima li qed tħallas madwar 50% mill-paga f 'kirja. Ma jistgħux ilaħħqu. X'tgħidilhom? Nifhmu li t-tkabbir ekonomiku jġib miegħu sfidi oħrajn. Bħal bliet oħra sinjuri, Londra, Pariġi, Berlin – Malta għax sinjura qed taffaċċja kirjiet għoljin li personalment inħoss li għandu jkun hemm kontroll fuqhom mingħajr ma nkissru din ir-rota li qed ddur u ddur sew. Il-Gvern preżenti lest jipprovdi 'housing' li wieħed jista' jlaħħaq miegħu. U minn hawn jeħtieġ nibdew – minn familji li tassew għandhom bżonn. Però l-ewwel ma jeħtieġ huwa l-kontroll. Kontroll u regoli infurzati. Fejn mhux biss igawdi l-proprjetarju imma wkoll dak li qiegħed jikri. Hemm bżonn is-sinerġija tal- amministrazzjoni, tal-pubbliku u tal-privat. Dibattitu sabiex tinstab soluzzjoni. Il-Gvern ma jistax u mhux ser jibqa' plaċidu b'din il-problema nazzjonali għax hemm familji hemm barra li mhux qegħdin ifesfsu għall-għajnuna imma qegħdin jgħajtu għaliha. L-għajnuna trid tkun immedjata. 7. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidlek 'jien x'nivvota nagħmel; jekk il-kaċċa dejjem taħt attakk mill-UE?' X'se tgħidlu? Kellna referendum xi snin ilu. IVA jew LE. Ċar daqs il- kristall. U għax demokrazija, ir-riżultat tar-referendum ġust jew inġust kemm hu, jeħtieġ jiġi rrispettat. U ma jistax ikollna abbuż minn dan ir- riżultat tar-referendum. Il-Prim Ministru minn dejjem tenna li hu jibqa' favur il-kaċċa fir-rebbiegħa minħabba li Malta għandha deroga li kisbet mill-UE li għandha kull dritt li tuża. Jekk niftakru, kien il-Partit Nazzjonalista li nnegozja deroga għall-kaċċa fir- rebbiegħa. Dan il-Gvern qatt ma nħeba wara xi assenzjoni jew wara xi deċiżjonijiet li mhumiex ċari. Kulħadd jaf il-pożizzjoni ta' dan il-Gvern fuq il-kaċċa u l-Gvern ser jibqa' jiġġieled sabiex għan-nom tal-kaċċaturi (maħbubin jew le mill-Maltin jew mill-Ewropej) jibqgħu jiġu rrispettati anke grazzi għar-referendum demokratiku li għadu kif sar. Jien personalment 100% kontra qtil ta' annimali għall- pjaċir tagħna – aħna m'aħniex barbari. Għall-inqas oqtol biex tiekol u bierek l-ikel li għandek quddiemek. Aħna m'aħniex pajjiż mhux ċivilizzat jew pajjiż li mhux edukat. Aħna jeħtieġ li nkunu minn tal-ewwel fl-Ewropa li dejjem nedukaw lill-pubbliku u lit-tfal tagħna tas-sbuħija, tal-fraġilità, tar- rispett u tad-dinjità li għandha tingħata lill-annimali. Mhux l-għasafar biss – imma kull ħlejqa. Żgur mhux se naċċetta li għasafar li huma protetti jiġu maqtula. Dan għalija reat. 8. Tidħol għand koppja pensjonanti u jgħidulek 'inti trid tkun elett MEP biex issir sinjurun u tgħix fil-lussu'. X'tgħidilhom? Il-flus ma tantx jagħmlu bija – ġej minn familja 'middle class' – għext ġo djar kbar u għext ukoll ġo gabubi. Kelli flus biex nixtri kartellun birra u ħafna drabi lanqas kelli sold biex nixtri 'soft drink.' Ma tantx inġemma' għax dak kollu li ndaħħal jien nonfqu mhux fi ħwejjeġ jew vażuni imma f 'esperjenzi li ġeneralment naqsamhom ma' ħaddieħor. Jien businessman – għandi tliet skejjel u kumpanija taż-żfin li ħdimt għaliha ħajti kollha u ssallabt għaliha. Ser inħalli dak li ħabbejt ħajti kollha – it- teatru u ż-żfin - għall-politika. Irrid inkun artist kif ukoll politiku li naħdem mhux biss bil-moħħ imma wkoll bil-qalb. Għall-komunità gay. Għal dawk li huma bullied. Għal dawk li kkommettew suwiċidju fil-kċina ta' ommhom. Għall- annimali; għal Sushi li għadu kif mietli u ma kellix fejn nidfnu. Għal ommi – li tinsab waħedha ta' 84 sena u tixtieq ħafna tara d-dawl tax-xemx. Għal Helen u għal Nirvana li mietu bil-kanċer li riedu jarawni kuntent. Għal Daron li jżommni fuq pedestall. Għal Malta u fuq kollox Għawdex għax kburi li jien Għawdxi. Għax sinċerament dejjem emmint fl-Ewropa u l-għanijiet erojċi li għandha. Għat-tfal tagħna għax dejjem ridt li jkunu aħjar minni. Kif dejjem żammejt fl-għoli isem pajjiżi 'l bogħod minn xtutna fl-arti u l-kultura matul dawn l-aħħar 30 sena wasal iż-żmien li niddefendi bil-vuċi u bil-preżenza tiegħi lil isem Malta fl-istituzzjonijiet Ewropej. Li niddefendi b'qalbi u b'moħħi lil kull ċittadin Malti u Għawdxi. U li niddefendi l-Ewropa. Lil Malta u lil Għawdex. Lill- Ewropa. Felix Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018