Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 | illum J iena qrajt mhux darba iżda darbtejn l-opinjoni li Michael Brigulio kiteb fil-MaltaToday. Kitibha bħala kandidat Nazzjonalista għal paga tajba ħafna fil-Parlament Ewropew. Wara, tista' tgħid għamel bħalma jagħmel flixkun li jkun f 'nofs ta' baħar u jinġarr kullimkien mar-riħ u l-mewġ. Brigulio għamel bħalma jagħmlu l-ħaddiema tal-briedel; ipprostitwixxa lilu nnifsu biex forsi jiġi elett. Kiteb li hemm bżonn li nkunu 'respectful' jiġifieri rispettużi. Jiġifieri mhux bħalma ġara fl-2017, kif għamel hu meta abbanduna kollox u spiċċa mwaħħal bħal terpentina mal-Partit Nazzjonalista u mhux hekk biss, kien jitla' fuq il- pedestall fil-mass meetings u jgħajjat qisu kalandra, qisu xi sożja ta' Goebbels. Michael Brigulio kien mhux biss l-eżempju jkaxkar ta' politika tal- għajjat imma kien il- perċimes ta' dak kollu li mhux suppost naraw fil-politika. Perċimes f 'kull sens. Jien evitajt li nsemmih u niddejjaq insemmih, imma jkolli nsemmih illum għax ma niflaħx għall- ipokrezija u tagħmilli ħsara kbira fl-istonku. Wara li dar kull burdell politiku li hawn fil-pajjiż, issa spiċċa ma' Adrian Delia u qed jitlob il-vot tagħna biex jiġi elett fil-Parlament Ewropew biex forsi jitlaq 'il barra minn hawn u b'paga esaġerata u redikola jibda jgħix kif dejjem xtaq jgħix: komdu u 'l bogħod minn Malta tagħna. Għax il-curriculum vitae ta' Brigulio tinqara bħal waħda ta' bniedem li kien fuq roller coaster u wara li stinka biex jagħti l-impressjoni li huwa xi wieħed idealista u tal-punt, spiċċa ankrat ma' partit li tant hu konservattiv u 'l bogħod minn fejn beda li ċertament tasal għall- konklużjoni li Pawlu ta' Tarsu lanqas jibda ma' Michael Brigulio. Għax Brigulio kien mill- bidu nett komunist, u jien niddikjara ma għandi xejn kontra l-komunisti, juri u jesprimi simpatija enormi għal Kuba u Fidel Castro, attiv fil-Graffiti u movimenti oħra tax-Xellug u tal-ambjent, kunsillier u Chairperson tal- Alternattiva, ivvota għal- Labour meta l-Labour ried u neħħa l-VAT u waqqaf l-applikazzjoni ta' Malta fl- Unjoni Ewropea u issa wara esperiment fis-soċjetà ċivili kien sar ħaġa waħda ma' Simon Busuttil u f 'daqqa waħda spiċċa b'ruħu u ġismu ma' Adrian Delia. Apparti hekk, ma nistax nifhem kif jista' b'xi mod jirrikonċilja lilu nnifsu mal-PN. Meta nsemmi l-abort, il-kaċċa, l-IVF, il-kapitaliżmu u biżibilju affarijiet oħra li matul il-ħajja u inkontri li kelli miegħu ngħatajt l-impressjoni li kellu veduti ċari ħafna dwarhom, tant li kienu diametrikament opposti ma' dawk tal-PN. F'din l-opinjoni Alla jbierek qal, li jrid jeħodha kontra l-hate speech. Dażgur għax jaf li hu wkoll kien il-mira tal-hate speech ta' nies bħal Daphne, meta kien theddida għall-PN. Imma Alla jbierek, issa u issa biss, qamlu rixu għall- hate speech. Fl-elezzjoni tas-sena l-oħra Brigulio u oħrajn ma kellhomx l-iċken interess li jiftħu ħalqhom kontra dan. Jiena żammejt kwiet, ma ngħid xejn fuq iċ-ċuċati li ħareġ minn ħalq dawk li kienu jippretenduha ta' xi għorrief u ta' xi gwerrieri tas-sewwa u tal-libertà. Bqajt sieket kif sena u nofs ilu fil-kamra tal-aħbarijiet tal-MaltaToday kont affaċċjat minn xi ġurnalisti tiegħi li kienu wkoll jappoġġjaw dan l-isteriżmu. Dħakt meta ġimgħat wara l-eżitu tal-elezzjoni sirt naf li wieħed mit-tfal ta' Caruana Galizia kien ċempel u dar in-newsrooms biex jgħidilhom biex ikeċċu lili; is-sid tal-MaltaToday! Lil Michael Brigulio dejjem kont naħsbu bniedem redikolu, bħall- ieħor fuq in-naħa l-oħra tal-munita Cyrus Engerer, ieħor li jinteressah li jkun Deputat Laburista fil-Parlament Ewropew u bħal Brigulio lest jagħmel kollox biex jiġi elett fi Brussell. Meta norqod billejl ma nimmaġinax u ma noħlomx li jien xi oraklu jew xi perfett. Wasalt fejn wasalt għax nemmen f 'dak li nagħmel u ngħid dak li nħoss. Ma flaħtx naqra lil Brigulio u nara lil xi ħadd jikteb qisu hu qatt ma kien parti minn dik ix-xmara tar-remettar li rajna fl-2017. Jekk ħadd mhu lest jgħidlu kemm hu inkreddibilment ipokrita u falz jien qed ngħidlu issa u f 'wiċċu. U ċert li bħali jaħsbuha eluf! Opinjoni Ara min qed jitkellem, fl-isem tal-Missier u tal-Ispirtu s-Santu SAVIOUR BALZAN L -aħbar fil-media li Jacqueline Gili, Direttur tal-Kuntratti fil-Ministeru tal- Finanzi, persuna nnominata mill-Gvern fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, inġiebet minn Catania bil- jet għal-laqgħa tal-Bord kienet aħbar xokkanti. Fatt li jistabilixxi standards ġodda ta' governanza ħażina għal din l-amministrazzjoni. Id-dikjarazzjoni taċ- Chairman Eżekuttiv tal- Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg, li jkun idjota kieku kellu jerġa' jikri jet privat darba oħra meta jaf li m'għandux appoġġ politiku għal deċiżjoni bħal din, turina b'mod ċar daqs il-kristall in-natura tal- problema reali tal-Awtorità tal-Ippjanar. Id-deċiżjonijiet ma jittiħdux fuq bażi ta' prinċipji etiċi ta' tmexxija imma biss jekk ikunx hemm appoġġ politiku għalihom. L-Awtorità tal-Ippjanar għandha tmexxija amorali li tippermetti kollox, sakemm ikun hemm l-appoġġ politiku neċessarju. Hemm mod sistematiku kif jivvutaw il-parti l-kbira tal- membri tal-Bord tal-Ippjanar. M'hemmx bżonn wisq għerf biex tbassar min minnhom jista' jivvota favur jew kontra applikazzjonijiet kontroversjali. Xi kultant ivarjaw ftit imma ġeneralment tista' tipprevedi bi kważi preċiżjoni kif ser tmur il-votazzjoni. Dan ifisser li d-deċiżjoni li jinkera l-jet kien eżerċizzju sempliċi biex ikun assigurat li l-voti favur l-applikazzjoni jkunu kollha preżenti madwar il-mejda. Meta wieħed iqis li Jacqueline Gili m'attendietx 29 minn l-aħħar 75 laqgħa tal- Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar dan kollu jassumi sinifikat ikbar. Dan kollu, minkejja Ii hu importanti hu kważi insinifikanti f 'kuntrast mal- problemi kkawżati mill-konflitt ta' interess eżistenti fil-laqgħat tal-Bord tal-Awtorità tal- Ippjanar. Intqal li żewġ membri tal- Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar għandhom kunflitt ta' interess li minħabba fih ma kellhomx jipparteċipaw fil-laqgħa li kkunsidrat u approvat l-applikazzjoni tad-db għal żvilupp f 'Pembroke. Iż-żewġ każi huma ta' natura kompletament differenti. L-ewwel każ ta' kunflitt ta' interess hu dak tal-membru parlamentari Laburista Mellieħi Clayton Bartolo. Meta kien mistoqsi dwar il-każ wara d-deċiżjoni, l-Onor. Clayton Bartolo spjega li missieru u zijuh jikru fond kummerċjali mingħand id-db Group: huma sidien ta' kumpanija fil-qasam tal-isports tal-baħar li topera mit-Tunny Net, proprjetà ta' Silvio Debono. Il-fatt enfasizzat mill-Onor. Bartolo li l-qraba tiegħu ma jirċievu l-ebda ħlas mingħand id-db Group hu rrelevanti. Dak li hu relevanti hu li Clayton Bartolo qatt ma seta' biss jikkunsidra li jivvota kontra l-proġett tad-db f 'Pembroke għax li kieku għamel dan kien ikun qed jipperikola l-interessi kummerċjali ta' qrabatu. Dan hu l-kunflitt ta' interess ta' Clayton Bartolo. Huwa kellu jiddikjara dan l-interess tiegħu immedjatament fil-bidu tal- laqgħa u sussegwentement kellu jwarrab u ma jipparteċipax fid-diskussjoni u d-deċiżjoni dwar il-proġett propost minn db f 'Pembroke. It-tieni kunflitt ta' interess hu ferm iktar serju minn hekk. Jinvolvi lil Matthew Pace membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-ishma li għandu fl-aġenzija tal-proprjetà Remax. Dan l-interess ta' Matthew Pace fin-negozju tal-propjetà huwa f 'kunflitt dirett mad-doveri tiegħu ta' membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. Bħala sid ta' ishma f 'Remax hu perfettament naturali li Matthew Pace jieħu interess attiv fil-permessi ta' żvilupp li jistgħu jwasslu għal iktar negozju għall-aġenzija li fiha għandu sehem. Imma bħala membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar m'għandu jkollu l-ebda interess ta' din ix-xorta għax dan inevitabbilment iċajpar il-ġudizzju tiegħu huwa u jikkonsidra u jiddeċiedi l-applikazzjonijiet li jkollu quddiemu. Hu ċar li qatt ma messu kien appuntat. Il-fatt li ġie appuntat juri l-importanza li jagħti l-Gvern preżenti lill- imġiba korretta ta' dawk li jiġu maħtura. Hu floku wkoll li niġbed l-attenzjoni li Matthew Pace hu direttur eżekuttiv tal- kumpanija MFSP Financial Management Limited li f 'Ġunju li għadda kienet immultata €38,750 mill-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) talli ma osservatx numru ta' liġijiet kontra l-ħasil tal- flus. Ir-rapporti fl-istampa f 'Ġunju li għadda jindikaw li l-kontijiet inkwistijoni kienu ta' Keith Schembri, Kap Amministrattiv tal-Uffiċċju tal- Prim Ministru Joseph Muscat, u ta' Adrian Hillman li kien Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers. Dan jgħinna mhux ftit biex nifhmu ħafna iktar dak li qiegħed jiġri. It-taħwid li għaddej fl-Awtorità tal-Ippjanar għandu l-barka diretta minn Kastilja, u allura huma l-Prim Ministru li jeħtieġ li jerfa' r-responsabbiltà diretta għal dan kollu. Brigulio jgħajjat u jwerżaq f 'mass meeting tal-PN CARMEL CACOPARDO L-idjoti (bla sens ta' etika) fit-tmexxija tal-Awtorità tal-Ippjanar carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018