Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 Mill-għawm għall-waterpolo b'suċċess ma' San Ġiljan Minn Cristian Antony Muscat AMY Micallef - fost l-aqwa għawwiema li qatt ipproduċa l-isport tal-għawm f 'pajjiżna u li matul l-aħħar kampjonat tas-sajf tal- Waterpolo tan-Nisa lagħbet b'suċċess ma' San Ġiljan fejn spikkat ferm speċjalment permezz tal- għawm veloċi u metodiku tagħha. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Sakemm il-memorja ttini sew, l-isport minn dejjem kien parti kbira minn ħajti. Jekk ma nkunx attiva jew inkella nidħol f 'xi avventura ġdida ma nkunx jien. Kważi kważi nista' ngħid li kapaċi nipprova kull tip ta' sport u m'hemm l-ebda attività li ddejjaqni. Imbagħad fuq kollox l-ilma dejjem inqisu bħala t-tieni dar naturali tiegħi. Għal xi żmien kont anke nipprattika l-basketball u l-handball barra ovvjament l-għawm. Iżda eventwalment ridt niffoka fuq xi ħaġa u ddeċidejt li niffoka esklussivament fuq l-għawm. Xtaqt li kieku kont nipprattika iktar minn sport wieħed għax kif diġà għedtlek l-attività hija ferm għal qalbi. Mhux ta' b'xejn li għażilt l-edukazzjoni fiżika bħala suġġett fl-iskola. Iktar ma kbirt, iktar kibret fija n-namra għall-għawm u iktar ma bdejt nitjieb, aktar xtaqt nipperfezzjona. Għalhekk ma naħsibx li kont inkompli sport ieħor flimkien mal-għawm għax dan kollu jfisser aktar dedikazzjoni, ħafna ħin u enerġija. Xi kultant bilkemm inkun nista' nlaħħaq max-xogħol tal-università u fil-ħajja personali tiegħi. Staġun tal-għawm huwa kemxejn twil, it-taħriġ jibda minn Awwissu u jispiċċa f 'nofs Ġunju. Dan kollu jfisser li qisu jkolli bejn erba' u ħames ġimgħat ta' mistrieħ fis-sajf u jekk iżżid il-festi tal-Milied u l-Għid il-Kbir forsi jkun hemm dik il-ġimgħa jew ġimagħtejn ta' mistrieħ. Fl-aħħar mill-aħħar biex ittejjeb il-ħin personali tiegħek bi ftit sekondi għandek bżonn ħafna determinazzjoni u dedikazzjoni. Jien inħobb nirsisti u nipprova nasal dejjem sa fejn nista' u ma noqgħodx lura biex nipprova affarijiet ġodda. Għalija l-waterpolo minn dejjem kien sport fejn tas-sajf u mod kif nieħu pjaċir fl-ilma lil hinn mill-pressjoni u l-istress li ġġib il-ħajja. Għall-bidu kienet attività li kont nagħmilha għall- gost u anke minħabba l-karattru tiegħi, dejjem bdejt nipprova nitjieb ħalli nsir aktar kompetittiva. B'xorti tajba jien kont diġà tajba fl-għawm u dan għeni sabiex nissupera xi diffikultajiet li sibt għall-bidu bħal meta niġi biex inżomm il-ballun jew inkella meta niġi biex inqassmu. Insomma wara xi ftit mumenti mbarazzanti bdejt nidra din il-logħba. Il-fatt li kont għawwiema tajba għeni ħafna. Għalhekk nagħmel enfasi kemm hu importanti li plejer tal-waterpolo ikun tajjeb ukoll bħala għawwiem. Madankollu dan mhux kollox għax f 'din il- logħba jrid ikollok ikollokveloċita', saħħa u stamina. M'inix xi esperta iżda nafu li l-waterpolo Malti għandu bżonn għawwiema b'saħħithom u dan kollu jagħmel id-differenza waqt il-partita. Naf li għad irrid nidra aktar ċerti ħiliet f 'dan l-isport iżda kif diġà għedtlek il- fatt li ngħumittini ħafna motivazzjoni li nkompli nilgħab. Flimkien mal-kowċ Dale Dowling u t-tim tan-nisa ta' San Ġiljan nista' ngħid li kellna staġun ta' suċċess. Verament ħadt pjaċir nilgħab il-waterpolo u l-fatt li l-klabb emmen fina għenitna ħafna. Bħala tim ġdid ta' plejers nista' ngħid li drajna lil xulxin malajr u qbiżna l-istennija ta' ħafna. Fit-tim għandna plejers ta' talent u kull logħba li bdejna nilagħbugħamlitna aktar u aktar tajbin. Grazzi wkoll għall- atmosfera pożittiva, nemmen li tjiebna ħafna u konna ferm sodisfatti li kulħadd ta l-aħjar tiegħu. Ninsab kuntenta ħafna li lgħabna fil- finali tal-kompetizzjoni Knock-Out minħabba li kienet esperjenza ġdida għalija. Jien ikkompetejt fl-ogħla livelli tal-għawm fejn fost l-oħrajn ħadt sehem fil-kampjonati tad-dinja iżda din kienet xi ħaġa kompletament differenti għalija. Kienet esperjenza sabiħa li lgħabna bħala tim fil- finali u hija xi ħaġa li mhux ser ninsa. Minkejja li fix-xitwa mhux ser inkun nista' nikkompeti fil-waterpolo minħabba li rrid inkompli l-għawm, it-tim fehem il-bżonnijiet tiegħi u xorta waħda nħossni parti mill- familja. Kelli saħansitra nirrifjuta li nilgħab mat-tim nazzjonali Malti minħabba l-għawm. Iżda sibt għajnuna kbira minn kulħadd u ninsab ħerqana li nerġa' nilgħab u ngħin lit-tim tiegħi niksbu aktar suċċessi." Amy Micallef matul il-Kampjonat tas-Sajf li għadda ma' San Ġiljan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018