Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 'Bla dubju, din it-tiġrija kienet l-aktar waħda diċli l-karriera tiegħi' - Ryan Farrugia Minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, ġiet organizzata l-34 edizzjoni tal-World Mountain Running Championships. Il-pajjiż protagonista li ospita dawn il-Kampjonati kien il-pajjiż żgħir ta' Andorra, li minkejja ċ-ċokon tiegħu mhux nieqes minn muntanji grandjużi u trails fejn tipikament isiru dawn il-kompetizzjonijiet. Malta għal darb'oħra ġiet rappreżentata b'tim komplut kompost minn erba' atleti fil-kategorija senior women u erba' atleti fil-kategorija senior men, flimkien mal-kowċ nazzjonali Ivan Roznhov u delegat tat-tim - l-eks atleta Gerald Grech. It-tiġrija f 'terran imħallat ta' mogħdijiet u ski slopes weqfin rat lill-atleti minn 39 pajjiż jegħlbu l-isfidi tal- muntanja u l-altitiudni fejn kellhom jiġru 12-il kilometru b' aktar min elf metru ta' elevation gain. Fi kliem ieħor, qisek qed tgħid kellhom jitilgħu t-telgħa wieqfa tal-Imtaħleb għal tmien darbiet wara xulxin mingħajr l-ebda nżul jew mistrieħ. Ryan Farrugia, iċ- Champion renjanti ta' 'The Grid' kif ukoll rebbieħ ta' kull tiġrija fit- trail running f ' Malta din is sena, jaqsam maghna l-esperjenza tiegħu f ' Andorra. "Bla dubju, din it-tiġrija kienet l-aktar waħda diffiċli fil-karriera tiegħi. Li tiġri għat-telgħa għal 12-il kilomteru sħaħ fuq terran imħarbat, trid saħħa u rieda fenomenali. It-tir tiegħi kien li noħroġ għal din it-tiġrija bla biża', u li nibqa' mentalment iffukat biex nibqa' għaddej meta l-ġisem jibda jċedi. Tiġrija ta' dan it-tip tirrikjedi minnek stamina fiżika u mentali inkredibbli. Dan ifisser il-kontra tal-ġiri fit-triq fejn għandek ċans taħseb fuq affarijiet oħra, jekk titlef il-konċentrazzjoni għal 'spilt-second' waqt li qed tiġri fuq trail imħarbat tkun qed tirriskja li ttir għal wiċċek jew agħar minn hekk taqa' għal isfel. Mhux l-ewwel darba li atleti jispiċċaw dawn it tiġrijiet imdemmin wara xi waqgħa. Jekk ma tkunx lest li tagħti l-mija fil-mija, tiġrija bħal din iżżarmak u tħallik b'togħma qarsa. Biss però, jekk jirnexxilek tissielet miegħek innifsek u tegħleb kull meta saqajk jgħidulek li ma jifilħux aktar - is-sodisfazzjon huwa immens. Din it-tiġrija 'uphill only' ma kinitx konguwenti mal-kapaċitajiet tiegħi. Dan għaliex nippreferi ntellaq f ''mountain races' li jkunu hekk imsejħa 'up and down' - fejn wara li titla' l-muntanja trid tiġri bħal żiffa 'l isfel u tirrikjedi teknika speċifika. Inħossni ħafna iktar kunfidenti niġri b'ħeffa għan-niżla milli 'l fuq għat-telgħa. Minkejja dan, kienet esperjenza li nibqa' niftakar għal dejjem, u li bla dubju żżewwaqli l-portfolio ta' tiġrijiet internazzjonali li tellaqt fihom f 'ħajti. Li tikkompeti kontra l-aqwa atleti minn kull pajjiż u tqatta' erbat ijiem magħhom hija unur u ħolma ta' kull atleta. Il-preparazzjoni għall- World Championships bdiet sewwa sew minn Diċembru 2017, fejn meta kont qed infassal l-ambizzjonijiet tiegħi għas-sena 2018, li nirrapreżenta lil pajjiżna f 'din id-dixxiplina kienet l-aktar ħaġa importanti għalija. Għaldaqstant, fit- taħriġ imfassal sal-inqas dettal flimkien mal-kowċ tiegħi Ivan Rozhnov kont ninkludi sensiela ta' ġiri għat-telgħa. Ta' kull ġimgha jkolli sessjonijiet ta' taħriġ speċifiku fuq diversi għoljiet madwar Malta, ngħidu aħna t-telgħa ta' Għar Lapsi, it telgħa ta' Pennellu, kif ukoll it-taraġ ta' Għajn Tuffieħa. Barra minn hekk, biex tikkwalifika għall- World Championships, ta' kull sena ssir National Selection Race organizzata mill-Malta Mountain Running. Tassew huwa ta' unur li pajjiżna, minkejja l-limitazzjonijiet tiegħu, jiġi rrapreżentat ta' kull sena anke f 'din id-dixxiplina pjuttost moderna ta' atletika. Għal dan nixtieq minn qalbi nirringrazja lill-Kumitat tal-Malta Mountain Running, kif ukoll lil Edwin Attard mill- Malta Amateur Athletics Association. Wara dawn is-suċċessi sena wara sena, nixtieq ta' bil-ħaqq nirringrazzja lill- isponsors Teamsport Malta, Garmin Malta u Phone Refix, li jibqgħu juru fiduċja fija u fl-isport lokali." Ryan Farrugia malli laħaq il-'nish line' Il-kontinġent ta' atleti Maltin f'Andorra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018