Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186
Sports 29 Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 | illum 'Kien unur kbir għalija li rbaħt il-Plejer tas-Sena waqt li ġejt nominata għall-iSportiva tas-Sena' - Kendra Navarro Minn Cristian Antony Muscat KENDRA Navarro - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo tan-nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin waqt li matul l-aħħar staġun kienet strumentali biex Exiles SC rebħu l-Kampjonat tan-Nisa. Fil-jiem li għaddew, rebħet ukoll l-unur tal-Plejer tas- Sena 2017 waqt li fi Frar li għadda ġiet nominata għall-Isportiva tas-Sena fejn kienet fost l-10 finalisti għall-unur personali ferm prestiġjuż tal-Isportiva tas-Sena. F'dan l-artiku se nsiru nafuha aħjar. "Dan l-isport ili nilagħbu għall-maġġoranza ta' ħajti u nista ngħid li sar parti importanti ħafna f 'ħajti. Il-kampjonat tas-sena l-oħra u dan ta din is-sena mill-perspettiva tiegħi kien ferm differenti. Speċjalment peress li din is-sena kont qalbi maqtuwa li ħa nerbħu l-league. Bis-saħħa tal-coach Gordon Zammit li għaqqad skwadra kważi ġdida, l-eta' tvarja imma pjutost hemm il-maġġoranza tat-tfajliet li għandhom 15-il sena b'hekk irnexxielna nirbħu l-Kampjonat ta' din is-sena wkoll. L-esperjenza tiegħi fl- isport mhux dejjem kienet faċli specjalment għax meta bdejt, ftit kien hemm tfajliet li kienu jilgħabu u ma kinitx l-ewwel darba li kont naqta' qalbi. Illum il-ġurnata l-isport żdied ħafna u għandna l-kampjonat tagħna imma xorta waħda n-nisa fil-waterpolo huwa fil- minoranza, bħala numru ta' tfajliet żdied imma sfortunatament ftit nies jisimaw bih. Is-sena 2017 kienet impenjattiva ħafna għalija bdejt mill-bidu tas-sena fejn ingħaqadt mat-team ta' Ortigia li ħadna sehem fl-Aretusa Challenge li kien tournament fejn l-iskwadra tiegħi spiċċajna biex erbaħnih. Din is-sena kienet ukoll impenjattiva bħala studju hekk kif kelli l-O levels, fl-isport huwa importanti ħafna li ssib bilanċ bejn l-istudju u l-isport. Meta kont nilgħab mal-Ortigia kont nieħu sehem fi 3 kategoriji, Seria A2,Serie B u kif ukoll fl-U17. F'din is- sena ukoll kont magħżula biex nirrapreżenta lil Malta fi Prague U17, Pilsen u l-Ukranja mas-senior team taħt il-gwida tal-kowċ Anthony Farrugia. Meta rbaħt il-plejer tas-sena kien unur kbir għalija, ġejt ukoll innominata għal-isportiva tas-sena fejn kwalifikajt mal-ewwel 10 sportivi ta'Malta li huwa unur kbir ukoll. Nixtieq nħeġġeġ iktar nisa fl-isport, kif ukoll nixtieq nirringrazzja lil ġenituri tiegħi u l-coaches li dejjem emmnu fija." Ritratt - BOV Kendra Navarro ppreżentata bl-unur tal-Plejer tas-Sena għall-2017 minn esponent ewlieni tal-BOV 'Din se tkun esperjenza unika għalija' - Kurt Cassar Minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, Kurt Cassar, fost l-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-basketball lokali, iffirma mat-tim minn Piacenza bl-isem ta' Bakery Pallacanestro Piacentina. Dan it-tim għadu kif rebaħ il-promozzjoni mis- Serie B għall-Kampjonat Professjonali tal-A2 imsejjaħ Lega Due. Din ser tkun esperjenza ġdida kemm għat- tim minn Piacenza u kemm għal Cassar għax fl-eta' ta' 19-il sena ser ikun qed jilgħab fit-tieni l-aqwa kampjonat Taljan. Sadanittant, f'Lulju li għadda flimkien mat-tim Nazzjonali Malti, Kurt Cassarrebaħ midalja tad- deheb fil-Logħob tal-FIBA Europe Grupp Ċ fejn fil- finali t-tim nazzjonali Malti rebaħ lin-Norveġja. F'kummenti esklussivi li ta lill-ILLUM, Kurt Cassar, qal li: "Wara erba' snin ma' klabb ħa mmur b'self mal-klabb Piacenza Bakery li jilagġbu fis-Serie A2. M'ilux bdejna bil-pre-season u qiegħed nistenna dan il-mument biex insir naf is-soċjetà u lil-ple- jers sħabi , kif ukoll il-post li se jkun wieħed ġdid għalija. Din ħa tkun esperjenza tajba għalija għaliex ħa nkun qed nilgħab fit-tieni kampjonat tal-Italja u ħa nkun wieħed miż-żgħażagħ tat-tim. Ħa tkun esperjenza sabiħa u unika wkoll għaliex fit-tim ħa jkolli ħafna plejers ta' es- perjenza fosthom Amerikani u Taljani li ilhom jilagħbu f'dan il-Kampjonat."