Illum previous editions

ILLUM 30 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 Minn Yendrick Cioffi ĠIMAGĦTEJN ilu Malta ngħaqdet mal-kumplament tad-dinja u ċċelebrat dik magħrufa bħala 'Pride Week,' ġimgħa li fiha jiġu ċċelebrati d-drittijiet ta' persuni LGBTIQ. Tul din il-ġimgħa saru diversi intervisti ma' koppji LGBTIQ li jrabbu t-tfal. Anke jekk għad hawn min qed jgħix f 'dinja għalih, illum din saret realtà ġdida f 'pajjiżna. Il-liġijiet tal-unjoni u ż-żwieġ ċivili, l-aħħar emendi fil-liġi tal-IVF u anke bidliet oħra li l-Gvern irid idaħħal fis-snin li ġejjin, bħall- maternità surrogata, fetħu u se jkomplu jiftħu aktar il-bibien għal dawk il-koppji LGBTIQ (iżda mhux biss) li issa jistgħu mhux biss jadottaw, iżda jkollhom it-tfal tagħhom stess. Il-fatt li din għadha realtà ġdida, dwarha għad hawn diversi mistoqsijiet u forsi kurżitajiet. Fost dawn ikun hawn min jistaqsi kif tħares il-Knisja lejn dawn it-tfal, ġaladarba skont it-tagħlim tagħha, il-familja hija dik magħmula minn raġel u mara u minn din ir-rabta ta' bejniethom jiġu t-tfal. Imma jekk koppja LGBTIQ tkun tixtieq li tgħammed it-tfal tagħha jew inkella tibgħathom fi skola tal-Knisja, dawn jiġu milqugħa mill- Knisja? Dwar dan, il-gazzetta ILLUM bagħtet għadd ta' mistoqsijiet lill-Kurja tal- Arċisqof, tistaqsi xi tkun il-pożizzjoni tal-Knisja jekk tmur quddiemha koppja LGBTIQ u titlob li tfal tagħha jkunu mgħammda. Ir-risposta tal-Kurja kienet waħda sempliċi u ċara: "Il- Knisja tilqa' lit-tfal mingħajr distinzjoni. Irrispettivament mill-ġeneru tal-ġenituri, it- trabi li jiġu ppreżentati għas- sagrament tal-Magħmudija jiġu mgħammda." L-istess meta staqsejna x'jiġri jekk koppja tal-istess sess tkun tixtieq tibgħat lit-tfal tagħha fl-iskejjel tal-Knisja. Il-Kurja wieġbet li "l-applikazzjoni għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja tiġi pproċessata bl-istess mod bħal dik tal-applikanti l-oħra." Din il-gazzetta staqsiet ukoll lill-Arċidjoċesi jekk dawn it-tfal ikunux mgħammda ma' tfal oħra, jew inkella privatament u jekk ikunx hemm xi tibdiliet fiċ-ċelebrazzjoni, ġaladarba f 'parti mir-rit il-missier jixgħel ix-xemgħa mill-Blandun. X'jiġri meta għandek koppja magħmula minn żewġ nisa? Għalkemm il-Kurja ma weġbitx speċifikament għal dawn iż-żewġ mistoqsijiet, hu mifhum li dawn it-tfal xorta waħda jkunu mgħammda ma' tfal oħra, ġaladarba t-tweġiba tal-kura tinsisti li: "Il-Knisja tilqa' lit-tfal mingħajr distinzjoni." Staqsejna wkoll jekk s'issa, kienx hemm koppji LGBTIQ li talbu l-Magħmudija għat- tfal tagħhom jew inkella biex dawn jissieħbu fi skejjel tal- Knisja. Kelliem għall-Arċidjoċesi insista li ma jistax jagħti din l-informazzjoni ġaladarba ma ssirx distinzjoni. "L-informazzjoni mitluba hija l-istess għal kulħadd u għalhekk mhux f 'pożizzjoni li ngħidlek kienx hemm jew kemm kien hemm," insista l-kelliem. illum | Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ – IX SEJĦA Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 - id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza - tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti minn Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet mis-Settur Pubbliku, Istituzzjonijiet Pubbliċi, Kunsilli Lokali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u Organizzazzjonijiet Volontarji taħt l-Ass Prijoritarju u l-Prijorità ta' Investiment elenkati hawn taħt. Is-sejħa se tagħlaq il-Ġimgħa, 9 ta' Novembru 2018 f'nofsinhar. Ass Prijoritarju 5 – 'Il-protezzjoni tal-ambjent – l-investiment f'assi naturali u kulturali' Prijorità ta' Investiment (PI) 6c – Il-wirt naturali u kulturali jiġi konservat, protett, promoss u żviluppat. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà u n-noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' din is-sejħa huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall-Programm Operattiv I u n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni fuq din-sejħa u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 tista' tinkiseb minn fuq http://eufunds.gov.mt. Mistoqsijiet oħra u talbiet għall-parteċipazzjoni f'sessjonijiet ta' informazzjoni relatati ma` din is-sejħa jistgħu jintbagħtu fuq l-email tal-PPCD info.eufunds@gov.mt sa 10 ta' Ottubru 2018. Programm Operattiv I – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Sejħa parzjalment iffinanzjat mill- Fond Ewropew Għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali Il-Knisja ma għandhiex problemi li tgħammed tfal ta' koppji LGBTIQ Il-Knisja tagħmel distinzjoni bejn tfal ta' koppja eterosesswali u dawk ta' koppja LGBTIQ? L-ILLUM tistaqsi lill-Kurja...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 September 2018