Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat JAKE Muscat - fost l-aqwa plejers li pproduċa s-settur taż-żgħażagħ fil-waterpolo lokali f 'dawn l-aħħar snin u li matul l-istaġun li għadda rebaħ il-kampjonati ta' kull kategorija. F'dan l-artiklu, Jake innifsu se jkun qed itina aktar dettalji. "Kienet sena iebsa ħafna għalija għaliex kont parti mit-timijiet tal-U15, U17, U20 kif ukoll tal-kbar. Kien ikolli bejn wieħed u ieħor erba' logħbiet fil- ġimgħa u għalkemm kienet sena diffiċli l-fatt li rbaħt l-unuri kollha din is-sena kienet ta' sodisfazzjon kbir għalija. Dan kien kollu possibli permezz tal- kowċis li għenuni ħafna biex nikber bħala plejer tal-waterpolo u bħala persuna, kif ukoll tal-plejers li jagħmlu parti mit- timijiet. Dan l-istaġun kien wieħed tajjeb ħafna għalija. Il- waterpolo m'huwiex sport faċli u għalhekk wieħed irid jagħmel ħafna sagrifiċċji li jinvolvu ħruġ matul is- sena kollha, gym u għawm regolari. Jien inlaħħaq permezz ta' bilanċ ta' ħin, għaliex kollox għandu l- ħin tiegħu. Jirbaħ il-Kampjonati ta' kull kategorija staġun wieħed minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, għaxar kompetituri mill- assoċjazzjoni tal-karate JKA Malta kkompetew ġewwa Crawley fl- Ingilterra fil-JKA England Open Competition. F'din il-kompetizzjoni ħadu sehem tfal, żgħażagħ u kbar minn pajjiżi kbar bħall-Ġermanja, Norveġja, Skozja u l-Ingilterra. Taħt it-tagħlim u d-direzzjoni tal-president tal-assoċjazzjoni, Sensei Dario Chircop, dan it- tim żgħir ġab riżultat impressjonanti kif ukoll erba' midalji. Etienne Ceci Bonello rebaħ il-midalja tad- deheb fl-aktar kategorija prestiġjuza, Kata individwali tal-irġiel bejn l-eta' ta' 21 sena sa 39 sena. Basti Attard rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kategorija tal-ġlied individwali Kumite tas- subien bejn l-eta' ta' 10 snin sa 12-il sena. Vince Mizzi rebaħ il-midalja tal-Bronż fil-kategorija tal-ġlied individwali Kumite tal- irġiel ta' eta' aktar minn 45 sena. Liane Chircop rebħet il-midalja tal-Bronż fil- kategorija Kata individwali tat-tfajliet bejn l-eta' ta' 16 sa 19-il sena. Nicole Chircop ġiet fir- raba' post fil-kategorija Kata individwali tan-nisa ta' eta' ta' 21 sa 39 sena. Erika Galea Gusman ġiet fir-raba' post fil-kategorija Kata individwali tal-bniet ta' eta' 10 snin sa 12-il sena. Endria Vella ġiet mal- ewwel tmienja fil-kategorija tal-ġlied individwali Kumite tat-tfajliet tat-13 sa 15-il sena. JKA Malta hija organizzazzjoni indipendenti stabilita fl- 2001 biex tirrappreżenta u tippromwovi l-JKA Karate fil-gżejjer Maltin. Hija affiljata direttament mal-'Japan Karate Association / World Federation', kif ukoll ma' SportMalta. Din l-organizzazzjoni tinvolvi sitt għalliema u ħames referis kwalifikati fuq livell internazzjonali li jgħallmu u jeżaminaw studenti Maltin, kif ukoll barranin. JKA Malta appellat għal kull min hu interressat f 'din id-dixxiplina biex jikkuntattjaw lil din l-assoċjazzjoni, għax kulħadd għandu bżonn ikun konxju tal-benefiċċji li tiggwadanja u l-importanza tas-'self-defence' u l-'fitness', meta tittrenja JKA-Karate. Għaxar kompetituri Maltin jikkompetu l-JKA England Open Competition

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018