Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 | illum Kollox lest għall-OpenDay -Iskola Nazzjonali tal-Isport f 'Pembroke NHAR l-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport se torganizza Open Day għall-ġenituri/ kustodji tal-istudenti li preżentament qed jattendu l-iskola kif ukoll l-ġenituri / kustodji li huma interessati biex jibdew jattendu f 'din l-iskola. Din l-attività se tibda fit-8.30 ta' filgħodu sas- siegħa u nofs ta' wara nofsinhar. Il-programm se jiftaħ b'indirizz mill-Kap tal-Iskola, is-Sur Robert Magro u l-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Klara, is-Sur Keith Bartolo. Studenti mill- Kunsill tal-Istudenti se jdawru lill-istudenti madwar l-iskola. Żjajjar fil-klassijiet u osservazzjonijiet ta' sessjonijiet sportivi se jkunu possibbli għall-ġenituri tal- istudenti li qed jattendu preżentament fl-iskola. Numru ta' laqgħat informattivi dwar id- dixxiplini sportivi, is-suġġetti akkademiċi u servizzi oħra offruti mill-professjonisti fl- iskola stess, se jibdew għall-10.30am fis-sala prinċipali tal-iskola. Informazzjoni dwar l-Iskola Nazzjonali tal- Isport L-Iskola Nazzjonali tal-Isport hija skola ko- edukattiva għal studenti atleti li jeċċelleraw fl-isport magħżul tagħhom u kif ukoll li tagħti importanza għas- suġġetti akkademiċi. Preżentament qed jattendu 227 student/a bejn l-etajiet ta' 11 u 16-il sena li jispeċjalizzaw f '20 dixxiplina sportiva. L-istudenti, fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, jimxu mal-Kurrikulu Akkademiku flimkien ma' disa' sigħat ta' taħriġ sportiv ta' kull ġimgħa. L-istudenti tagħna jsegwu programm ta' taħriġ b'mod individwalizzat immexxija minn grupp ta' kowċis u kif ukoll esperti fit-teknika tal-istrength and conditioning. Minbarra l-kowċis speċjalizzati għal kull sport, insibu wkoll diversi professjonisti li jagħtu servizzi differenti fl-iskola. Kull student/a tingħatalu dieta nutrittivaindividwalizzata min-nutritionisttal- iskola. Il-psikologa tal- isport tgħin lill-istudenti biex itejbu l-prestazzjoni tagħhom sportiva kemm b'mod individwali u kif ukoll f 'sessjonijiet fi gruppi. Barra minn hekk, l-istudenti jiġu esposti għal diversi taħditiet mill-fiżjoterapista tal- iskola biex l-istudenti jipprevjenu milli jweġġgħu u kif ukoll jagħti s-sehem tiegħu meta l-istudenti jkunu mweġġgħin. L-Għażla u r-Reġistrazzjoni tal- Istudenti Matul ix-xahar ta' Marzu, l-iskola tilqa' l-applikazzjonijiet minn studenti atleti li jinsab fis-Sitt Sena tal-iskola primarja. Il-Kandidati jridu jkunu nnominati minn organizzazzjonijiet sportivi nazzjonali u meqjusin bħala dawk l-istudenti bl-aqwa talent fuq bażi nazzjonali. Kull kandidat prospettiv biex jidħol fis-Seba' Sena, minbarra li jkun magħżul mil-lat sportiv irid ukoll jagħmel l-eżami tal- Benchmark fis-sitt sena tal-iskola primarja. Minbarra dawn l-istudenti li jidħlu fis- Seba' Sena, jidħlu wkoll studenti oħra fid-Disa' Sena li jkunu żviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom u jerġgħu jingħataw iċ-ċans li jagħmlu parti mill- Iskola Nazzjonali tal- Isport. Dawn l-istudenti jridu jagħmlu wkoll eżami tal-Matematika, Ingliż u Malti biex ikunu jistgħu jattendu l-iskola. L-Għan Prinċipali tal- Iskola L-għan prinċipali fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport huwa li tiggwida lill-istudenti f 'din il-mixja tagħhom ta' karriera doppja li tmexxihom għas-suċċess f 'karriera sportiva u anke akkademika. F'kollaborazzjoni mal-ġenituri/kustodji u assoċjazzjonijiet sportivi, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport tipprovdi edukazzjoni eċċezzjonali li timmotiva lill-istudenti biex jilħqu l-potenzjal tagħhom u tgħinhom jiżviluppaw it-talenti sportivi tagħhom, jilħqu l-għanijiet u l-ħolm tagħhom kif ukoll jiksbu suċċess fl-iskola post sekondarja, fl- edukazzjoni terzjarja u u anke jinbnew f 'ċittadini dixxiplinata. Il-Viżjoni tal-Iskola Il-viżjoni tal-iskola hija li tiżviluppa lill-istudenti b'taħriġ intensiv ħalli jikbru f 'atleti professjonali fil-qasam nazzjonali u internazzjonali u kif ukoll itemmu b'livell għoli ta' edukazzjoni sekondarja b'suċċess. Aktar informazzjoni dwar l-iskola jew inkella dwar l-OpenDay tista' tinkiseb billi tibgħat ittra elettronika fuq: scc. standrews.nss@ilearn. edu.mt, taċċessa l-paġna ta' Facebook fuq :https:// www.facebook.com/nssmt/ jew inkella ċċempel fuq 21370334.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018