Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 Versity AFC leaders assoluti l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA minn Cristian Antony Muscat HEKK kif fil-jiem li għaddew kellu jintlagħab l-ewwel rawnd tal-MAFA ChristmasCup, dan il- programm kellu jitħassar minħabba xita qawwija li ħakmet il-gżejjer Maltin kmieni s-Sibt wara nofsinhar li għamlet il- grawnds ta' Santa Luċija u dak taż-Żurrieq ferm diffiċli sabiex jintlagħbu partiti fih. Fil-grawnd ta' Santa Luċija Tal- Qroqq Versity kienu ser jaffrontaw lil Marsaxlokk AFC, Valletta St Pauls kienu ser joħduha kontra Mosta Vikings filwaqt li Senglea Gunners kienu ser jilagħbu kontra Balzan Youths. Min-naħa l-oħra fil- grawnd taż-Żurrieq, Fleur de Lys CFK kienu ser jilagħbu kontra Valletta Stars, Qormi Hotspurs kien ser ikollhom konfront kontra Mqabba Albions filwaqt li Żurrieq Sunrise kienu ser joħduha kontra San Ġiljan Saints. Il-probabbilta' hi li dawn il-partiti jintlagħbu fi tmiem il-ġimgħa li ġejja sabiex tingħata bidu għal din il-kompetizzjoni li waslet fis-seba' edizzjoni tagħha. Bil-programm ta' logħob li ma setax isir, ħadna ħsieb li nħejju statistika ta' dak li ġara s'issa fil- kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ewlenin tal-MAFA. Kif inhu magħruf, matul dan l-istaġun żdiedu tliet timijiet oħra ġodda f 'din l-assoċjazzjoni li tellgħu t-total ta' klabbs għal 14. Iż-żewġ kampjonati li qed jintlagħbu qed ikunu ferm bilanċjati, partikolarment l-Ewwel Diviżjoni li qed jara timijiet ferm armati lesti jagħtu logħba lil kulħadd. Fejn qabel il-kampjonat kien ikun iddominat minn Valletta St Pauls u Marsa St Michael f 'dawn l-ewwel logħbiet qed naraw bilanċ assolut, bl-ewwel post tal- klassifika li qed jinbidel minn ġurnata għall-oħra. It-tim promoss ta' Versity AFC jinsabu fil-quċċata meta kisbu disa' punti minn erba' logħbiet. It-tim immexxi minn Andreas Leirich issaħħaħ ferm b'diversi akkwisti li għamlu l-iskwadra ferm kompetittiva. Fuq kulħadd qed jispikkaw iż-żewġ barranin Bilal Yakubu u Abel Okoro li skorjaw żewġ gowls għat- tim tagħhom. Bla dubju li tibqa' memorabbli r-rebħa li kisbu kontra ċ-champions Valletta St Paulsbl-iskor ta' 1-0. Marsa St Michael u Senglea Gunners għadhom l-uniċi timijiet bla telfa meta kisbu tmien punti minn erba' logħbiet. It-tnejn li huma kellhom wirjiet mill-aqwa s'issa fejn issaħħu ferm mill- istaġun li għadda. Għal Marsa jibqa' fundamentali l-attakkant prolifiku Brażiljan Ricardo Severino, awtur ta' erba' gowls s'issa. Anke Senglea sabu attakkant tajjeb f 'Nalik Hussein li sab ix- xibka tliet darbiet s'issa. It-tim promoss ta' San Ġiljan Saints tejjeb ħafna l-wirjiet tiegħu wara bidu mhux daqstant tajjeb. Huma xxalaw kontra Naxxar Victorians u Qormi Hotspurs meta rebħu 4-0 u 7-0 rispettivament bil-Ġermaniż Quentin Albrecht li skorja disa' gowls f 'dawn iż-żewġ konfronti. Huma kisbu seba' punti minn ħames logħbiet u mistennija jtejbu dejjem aktar il- wirjiet tagħhom. Isegwu warajhom hemm Valletta St Pauls li kisbu erba' punti minn daqstant logħbiet. Iċ-champions attwali ddiżappuntaw ferm fil-logħob tagħhom fejn sofrew żewġ telfiet mhux mistennija kontra Versity AFC u Qormi Hotspurs. Diversi elementi li kellhom fl- istaġun li għadda fosthom l-iskorer prolifiku Denis di Maio ma baqgħux magħhom u aktar minn hekk qed ibatu biex jiskorjaw. Is-segwaċi ta' dan it-tim jittamaw li l-wirjiet tagħhom jitjiebu sabiex ikunu jistgħu jagħtu sfida lejn in-naħa ta' fuq tal-klassifika. Qormi Hotspurs huwa tim ieħor promoss mit-tieni diviżjoni. Fit-tliet logħbiet li lagħbu huma sofrew żewġ telfiet konsekuttivi għalkemm kisbu tliet punti prestiġjużi wara rebħa ta' 1-0 kontra ċ-champions Valletta St Pauls. It-tim huwa kompost minn żgħażagħ li għandhom entużjażmu kbir u dan huwa fattur li qed jagħtihom tama li jinqalgħu min-naħa t'isfel tal-klassifika. Fl-aħħar post tal- klassifika hemm Naxxar Victorians li għadhom qed ifittxu l-ewwel punt minn erba' logħbiet. Il-bilanċ fejn għandu x'jaqsam gowls xejn m'huwa inkoraġġanti meta skorjaw gowl wieħed biss u qalgħu erbatax. S'issa dan it-tim qed isibha diffiċli li jesprimi l-logħob tiegħu u jonqos dak l-attakkant li jista' jikkonkludi l-ballun fil- lasta. Finalment jekk nagħtu ħarsa lejn l-istatistika, naraw li ġew skorjati 34 gowl fi 17-il logħba, medja ta' żewġ gowls f 'kull partita. Fl-ewwel post tal-aqwa skorers insibu lil Quentin Albrecht ta' San Ġiljan Saints li skorja disa' gowls filwaqt li b'erba gowls isegwi Ricardo Severino ta' Marsa St Michael. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Robert Busuttil. KLASSIFIKA MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI Versity AFC 9, Marsa St Michael, Senglea Gunners 8, San Ġiljan Saints 7, Valletta St Pauls 4, Qormi Hotspurs 3, Naxxar Victorians 0. Versity AFC Senglea Gunners

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018