Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187
Sports 30 illum | Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 Kif bdiet l-imħabba tagħkom lejn il-blackball? Clint Azzopardi- Proprjament, meta kont żgħir kont bdejt nilgħab l-ewwel l-isnooker iżda kien Tonio Mifsud ('il-ħawħa') li kien ħajjarni biex nirreġistra maċ-Ċaccu Social Club. Tista' tgħid li hemm kien il-bidu tal- karriera tiegħi fil-pool. Lydan Debono- L-imħabba tiegħi għal-logħba tal-eight ball bdiet meta kont immur ma' missieri kull nhar ta' Ħadd biex nilagħbu xi ftit flimkien. Ġara li meta kont immur kienu rawni żewġ persuni li kienu ta' mpatt kbir għall-karriera tieghi li kienu Stephen Cutajar u Roderick Tanti li ħajruni nibda nittrenja dan l-isport bis- serjetà. Minn dakinhar bdejt nittrenja kuljum mal-krema ta' Malta tista' tgħid għaliex dak iż-żmien kienu jilagħbu fl-istess klabb li nittrenja fih illum il-ġurnata. Meta ssemmi l-kelma eight-ball qisek qed tgħid billiard? U jekk insemmilkom il-pool u l-isnooker, x'differenza hemm bejniethom? Clint Azzopardi u Lydan Debono – Meta ssemmi l-kelma eight-ball tkun qed tfisser għal-loghba li tintlagħab bil-boċċi l-ħomor, sofor u sewda. Illum il-gurnata aħna nilagħbu l-logħba tal- 'Blackball'. Id-differenza li hemm hija li r-regoli tagħha huma offensivi iżjed biex b'hekk min ikun qed isegwi l-logħba tkun iżjed pjaċevoli. Meta ssemmi l-pool u l-isnooker hemm differenza kbira. L-isnooker hija logħba li tintlagħab fuq mejda ikbar mill-pool u tintrebaħ bil-punti skont kemm wieħed jirnexxilu jtella' waqt li jkun qed jilgħab. Riċentament, intom sirtu champions tad-dinja tal-blackball fid-doubles. X'fisser għalikom dan it-tragward? Clint Azzopardi - Fisser ħafna għalija, fejn apparti li rnexxielna nagħmlu isem lil Malta fl-ogħla livell mondjali, kienet l-unika xewqa li kien għad fadalli li nirbaħ kompetizzjoni mondjali minħabba li diġà kont parti mit-tim nazzjonali li rbaħna Kampjont Ewropew. Lydan Debono - Kull bniedem li jilgħab kwalunkwe sport tkun il-ħolma tiegħu li xi darba jsir champion tad-dinja għalhekk li saret realtà meta għad għandi biss 25 sena huwa ta' unur kbir kemm għalija kif ukoll għal pajjiżi. Barra minnhekk li ssir champion tad-dinja fil-kategorija tad-doubles flimkien ma' bniedem li kien il-pedament tiegħi meta bdejt huwa ta' sodisfazzjon ikbar. U ta' dan nirringrazzjah minn qalbi! Kif jirnexxilkom tippreparaw ruħkom mentalment qabel xi logħba importanti? Clint Azzopardi- Kemm jista' jkun nipprova nżomm ruħi rilassat ħafna, ftit kliem, nisma' xi diski favoriti tiegħi u naħseb f 'ċerti logħbiet li fihom inkun żbaljajt u anke meta lgħabt tajjeb ħafna biex nipprova noħroġ il-pożittiv minnhom. Lydan Debono - Mhux kulħadd jipprepara l-istess mentalment. Però fil-każ tiegħi għal qabel logħba importanti nibda nipprepara minn kif inqum. Immur mixja filgħodu kmieni biex nirrilassa moħħi. Wara nżomm ruħi waħdi għaliex b'hekk nibda nikkonċentra fuq il-logħba. Naħseb fil-logħbiet pożittivi li għamilt biex b'hekk intella' l-moral tieghi u nneħħi mill-ftit ħsibijiet li jkunu għaddejjin minn moħħi. X'inhu l-livell tal-blackball f 'Malta meta kkumparat ma' pajjiżi oħra? Clint Azzopardi u Lydan Debono - Il-livell tal-blackball f 'Malta huwa wieħed għoli ħafna, tista' tgħid li huwa meqjus mal-ewwel erba' timijiet fid-dinja li l-maġġoranza tat- timijiet specjalment Brittanici huma komposti minn plejers profesjonali u champions Ewropej u anke mondjali. Kemm itukom importanza l-awtoritajiet konċernati? Clint Azzopardi u Lydan Debono -Il-'cue sports' huwa wieħed mill- aktar sports li lil Malta għamlilna isem popolari barra minn xtutna bir-rebħ ta' bosta unuri li jekk taqbad issemmihom ma nafx meta tispiċċa! Fost dawn l-unuri nista' nsemmilek champion tad-dinja individwali kif ukoll champion tal-Ewropa individwali. Meta qed ngħid 'cue sport' inkun qed nirreferi għall- isport kollu li jintlagħab bi stikka sew jekk hux snooker jew pool. Iżda b' dispjaċir kbir ikolli ngħid, li iva naħseb li l-'cue sport' ħaqqu ħafna aktar rispett milli jagħtuna. Huwa dispjaċir ta' kull atleta li jirbħu unuri ta' dan il-livell u ma jiġix rispettat b'mod xieraq, għax żgur u persważ li kieku jkunu jafu kemm il-sagrifiċċju nagħmlu biex jiġri dan kollu, ibqa' ċert li kulħadd jaħsibha b'mod totalment differenti. Intom issiefru biex tieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet internazzjonali. Dawn toħorġuhom minn butkom jew inkella għandkom l-għajnuna? Clint Azzopardi u Lydon Debono -Tajjeb li wieħed isemmi li meta mmorru nilagħbu f 'kompetizzjonijiet barra minn Malta jsiru series ta' 'ranking tournaments' li torganizza l-federazzjoni bir-rebbieħa ta' kull ranking tournament jikkwalifika biex jilgħab għat-tim nazzjonali bl- ispejjeż ta' akkomodazzjoni u flights li jitħallsu mill-istess federezzjoni. U ta' dan nixtieq nirringrazzja lill-Malta Eight-Ball Federation tax-xogħol siewi li tagħmel. Kif jirnexxilkom tlaħħqu max- xogħol u mat-taħriġ? Lydan Debono - Irid ikollok pjan. Jien naħdem bix-shift allura mhux dejjem nittrenja fl-istess ħin. Meta nkun xogħol ta' filgħodu, nibqa' sejjer nittrenja wara u nagħmel madwar tliet sigħat. Filwaqt li meta nkun xogħol ta' filgħaxija, inqum kmieni ħafna biex inlaħħaq immur nittrenja sagħtejn qabel il-ħin tax-xogħol. Però, biex tagħmel dan trid tkun iddedikat ħafna u lest li tagħmel is-sagrifiċċji fosthom li tieħu l-ħin tiegħek minn mal-familja biex tkun tista' tagħmel dan. Clint Azzopardi - Ma nistax ma nitbissimx għal din il-mistoqsija! Ma tantx hemm somom x'taghmel, trid bilfors tispiċċa tieħu l-ħin minn tal-aktar nies għeżież - il-familja. Li 'Li sirna Champions tad-Dinja huwa ta' unur Cristian Antony Muscat Lydan Debono u Clint Azzopardi - iċ-Champions tal-Blackball l-kategorija Doubles tal-irġiel hekk kif dawn irnexxielhom jirbħu l-kampjonati tad-Dinja li saru f 'Birdlington -Ingilterra. Il-koppja Maltija rebħet l-nali kontra l-Irlanda ta' Fuq bl-iskor ta' 3-0. "Tiqfux tippruvaw tagħmlu dak kollu li intom tixtiequ li xi darba tagħmlu. Sakemm tibqgħu tippruvaw dejjem jibqa' ċans li dak li tixtiequ tagħmlu jsir realtà, iżda jekk taqtgħu qalbkom żgur li dak is-suċċess li tixtiequ tiksbu ma jsirx realtà. Kunu ddedikati, emmnu fikom infuskom fejn ma tafux saqsu, agħtu każ lil min irid jgħallimkom, irrispetaw lill-avversarji tagħkom, tibżgħux mill-isfidi, kunu dixxiplinati u dedikati, u kunu ppreparati għall-ostakli li tistgħu tiffaċċjaw fil- ħajja." "Ħa ssibu lil min jipprova jagħmilhielkom diffiċli u jidħilkom f 'wiċċkom u waqt li jagħmel dan, ikollu siequ maħruga 'l barra biex jagħtik gambetta u jitfgħek għal wiċċek. Però, taqtgħux qalbkom tridu tkunu suldati taghkom infuskom u taqtgħu qalbkom qatt u jekk xi ħadd ikollu bżonn tal- għajnuna f 'dan ir-rigward aħna dejjem qegħdin hawn lesti għad-dispożizzjoni tagħkom kollha!"