Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187
Sports 26 minn Cristian Antony Muscat Martina Borg - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan- nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li bħalissa qed tagħmel unur u ġieħ kbir lil pajjiżna meta qed tilgħab fl-Italja mat-tim li jimmilita fis-Serie B u li qed jikkompeti bis-sħiħ biex jiġi promoss għas-Serie A, Fortitudo Mozzecane. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Ta' età żgħira kont immur nara lil ħija jilgħab, u iktar milli narah jilgħab kont nintefa' mal- ġenb nagħti daqqtejn ballun. Wara ftit żmien iddecidejt li nibda mmur għat-taħriġ jien ukoll, mat-tim tas-subien ta' Pembroke Athleta fejn imbagħad minnhemm bqajt nipprattika sena wara sena. X'tikkummenta fuq dan l-istaġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek sa issa? Bħalissa ghaddejjin minn mument tajjeb ħafna fejn ninsabu fir-raba' post tal- klassifika, nafu li għandna tim sabiex nikkompetu biex niġu promossi għas-Serie A imma qegħdin nieħdu l-kampjonat logħba wara logħba u nagħtu li nistgħu kull nhar ta' Ħadd għax kull logħba hija diffiċli u importanti. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Ovvjament, iż-żminijiet qegħdin jinbidlu u ma tantx għadna nisimgħu b'ħafna nies jirraġunaw b'dan il-mod. Sfortunatament għal dawk in nies li għadhom jaħsbu hekk nista' ngħid li l-futbol huwa sport għal kull min iħobbu, kemm irġiel kif ukoll nisa, u qatt ma tista' twaqqaf lil xi ħadd milli jagħmel dak li jħobb. Ovvjament, in-nisa ma jistgħux jikkompetu kontra rġiel minħabba s-saħħa fiżika, għax hija fin-natura tar-raġel li jkun fiżikament b'saħħtu iktar. X'tikkummenta fuq wieħed mill-imħuħwara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-timnazzjonali tan- nisa, u li preżentament qed jokkupa l-karigata' Direttur Tekniku tal- futbol tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Ix-xogħl li għamel Pierre Brincat kien fundamentali sabiex f 'Malta jibda l-moviment tal- futbol tan-nisa u dan jieħu pass 'il quddiem u l-klabbs jibdew jagħtu iktar ħarsa lejn it- timijiet tan-nisa minn età żgħira. Ix-xogħol tiegħu għadu għaddej biex dejjem nippruvaw intejbu l- livell kemm tat-tim nazzjoanli kif ukoll tal- istruttura li qegħdin jimxu biha bħala moviment, fil-klabbs u anke l-MFA. Iddeskrivi l-esperejnza tiegħek mat-tim nazzjonali tan-nisa. Li tilgħab man-nazzjonal huwa dejjem ta' unur u li jqanqal emozzjonijiet kbar. Kull logħba man-nazzjoanl tirrikjedi konċentrazzjoni massima u mpenn għaliex nafu li kull logħba ser tkun iebsa. Bħalissa ninsabu daqsxejn kwieti bl-impenji mat-tim nazzjonali però dejjem ix- xogħol u t-taħriġ li jsir matul is-sena jsir ukoll bil-ħsieb li meta jasal iż-żmien u l-bżonn li jkun inkun mitluba ninżel għal-loghba nazzjonali inkun nista' ngħin lit-tim bl-aħjar mod possibli li nista' sabiex inkunu nistgħu nibqgħu ntejbu fuq il-prestazzjonijiet tagħna. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Il-kwalifikazzjonijiet li saru f 'Malta ħames snin ilu probabbli huma logħob li nibqa' niftakar għax għalkemm m'għaddejniex minħabba raġuni ta' 'goal average', kellna prestazzjonijiet tajbin ħafna (kemm bħala tim kif ukoll individwali) speċjalmet il- logħba Malta kontra Georgia fejn irnexxielna nirbħu l-logħba fl-aħħar minuti tal-partita. Logħbiet oħra li jibqgħu f 'moħħi huma d-decider Hibernians kontra Birkirkara li konna rbaħna bl-għoti tal- penalties fl-istaġun 2012 / 13. Ovvjament hemm hafna iktar logħbiet memorabbli u nqis kull logħba bħala importanti speċjalment hawnhekk fl-Italja fejn kull logħba hija kompetittiva u missielta ħafna. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal- football tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Inħoss li fadal ħafna xogħl xi jsir, però qegħdin fit-triq it- tajba sabiex l-għaqda tal-futbol tan-nisa tkompli tikber b'mod bil-għaqal b'konċentrazzjoni partikolari fuq il-futur tal- futbol tan-nisa. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Nixtieq inkompli nilgħab barra minn Malta u forsi xewqa oħra li għandi hija li nilgħab fl-ogħla diviżjoni Taljana, jew anke f 'pajjiż Ewropew ieħor. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tagħti biżżejjed exposure lill-futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-timnazzjonali tan- nisa? Le ma nħossx li jsir biżżejjed exposure għall-futbol femminili. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek bħalissa fl-Italja? Rigward l-esperjenza tiegħi bħalissa, ninsab ferhana mat-tim u għalkemm mhux f kull logħba nsib spazju biex nilgħab, nemmen li din l-esperjenza hija l-iktar waħda ta' sfida li kelli fil- karriera tiegħi s'issa. Però, ninsab ċerta li qed tgħinni nikber kemm bħala persuna kif ukoll bħala plejer. Meta niltaqa' ma' sitwazzjonijiet bħal dawn nirrealizza kemm huwa importanti li iktar plejers jiġu mħeġġa jagħmlu esperjenzi bħal dawn, speċjalment sabiex intejbu l-livell tan- nazzjonal – kemm maskili u anke femminili. Għalkemm is-sena l-oħra kont diġà nilgħab fl-Italja ma' tim ieħor fis-Serie B, din is-sena bil-bdil tal-kampjonat innutajt qabża kbira fil- livell u l-kwalità tal- plejers, kif ukoll ta' intenistà fil-logħob. Dan kollu huwa ta' stimolu għalija biex nibqa' naħdem u niġġieled biex nilħaq ċertu livell. Bħal kollox fil- ħajja, niltaqa' ma' ħafna ntoppi u diffikultajiet li jafu jfixklu naqra però dawn l-affarijiet jgħinu sabiex inkompli nikber, nimmatura u nżid fuq l-esperjenzi. Kull sessjoni tat- taħriġ jew logħba hija l- ikbar opportunità li għandi sabiex intejjeb il-prestazzjonijiet tieghi. Infittex li dejjem inżid fl- intensità u nagħmel minn kollox sabiex inkun fl-aqwa tiegħi kemm fiżikament u anke mentalment, biex b'hekk inkun nista' nagħti dak li naf, u naturalment niġġieled għal posti u fl-aħħar mill-aħħar nara l-frott kollu tas-sagrifiċċji u x-xogħol kollu li qiegħda nagħmel. Madankollu, għalkemm din mhux l-ewwel esperjenza tiegħi barra minn Malta, xorta waħda mhux faċli u nipprova kemm jista' jkun naffaċċa kull diffikultà li jkolli b'mentalità pożittiva, u ngħix il-ħajja ġurnata b'ġurnata. Mhux kulħadd ikun jista' jifhem kemm tkun diffiċli li tkun qed tgħix 'il bogħod minn kollox, speċjalment il-kumditajiet li għandna. Bis- sapport ta' madwari u d-determinazzjoni, nemmen li kull diffikultà li negħleb tkun ta' għajnuna sabiex nikber u nkun persuna iktar b'saħħti biex naffaċċja kwalunkwe sitwazzjoni fil- ħajja. Jien nemmen li dan huwa l-pass xieraq biex inkompli nibni fuq is-sena l-oħra u nkompli ngħix il-ħolma tiegħi. Ninsab konzja li fadalli ħafna x'nitgħallem u nirsisti sabiex nilħaq il-livell li nixtieq jien. Għal dan l-istaġun, l-objettivi tiegħi huma li nkompli ntejjeb il-prestazzjonijiet tiegħi u niggwadanja post regolari mat-tim ta' Fortitudo Mozzecane li naf li mhux ħa tkun faċli għax il-livell tal- plejers li hemm huwa pjuttost għoli. B'hekk nixtieq inkun ta' għajnuna għat-tim sabiex jilħaq it-tragwardi tiegħu għal dan l-istaġun. Ovvjament b'din l-esperjenza nixtieq ukoll li nkun utli u ta' għajnuna għat- tim nazzjonali sabiex inkomplu nibnu fuq dan li bnejna u nibqgħu nagħtu prestazzjonijiet pożittivi. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Jekk il-futbol huwa sport li tħobbu tippratikaw, ħadd m'għandu jwaqqafkom milli tagħmlu dan. Il-ġenituri għandhom jisimgħu mix- xewqa tat-tfal u għandhom jagħrfu li l-futbol m' għadux għas-subien biss iżda huwa għal kulħadd. Taħriġ ta' timijiet tan-nisa issa sar jiġi offrut f 'ħafna minn nurseries f 'Malta u żgur ma nistgħux insibu iktar skużi. illum Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 'Nemmen li dan huwa il-pass xieraq biex inkompli ngħix il-ħolma tiegħi' - Martina Borg intejbu l- livell kemm tat-tim speċjalment hawnhekk fl-Italja fejn kull nirrealizza kemm huwa Martina Borg -azzjoni ma' Fortitudo Mozzecane