Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 ILKWISTJONI tal-kirjiet privati issa ilha xi ftit mhux ħażin fuq l-aġenda. Ilha fuq l-aġenda fil-fatt minn meta saret il-proposta minn Yana Mintoff għall-kontrolli fil- kirjiet biex jikkalmaw xi ftit il-prezzijiet li fl-2015 kienu diġà qed jogħlew sew. Wara l-ippubblikar tal- White Paper dwar il-kirjiet, nhar il-Ħadd li għadda din il-gazzetta żvelat kif il-Gvern qed iħares lejn durata minima ta' kuntratti ta' kirjiet privati ta' sena u inċentivi għas-snin iktar li sid jibqa' jikri dik il- proprjetà lill-istess persuna. Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM sostnew illi b'hekk il-Gvern ikun laħaq bilanċ bejn dawk li jridu durata twila biex l-inkwilini jingħataw is- serħan il-moħħ u dawk li ma jridu l-ebda durata minima u li jkun is-sid li jiddeċiedi għal kemm żmien irid jikri proprjetà. Imma dan il-bilanċ se jkun tajjeb għal kulħadd? U se jkun apprezzat jew kulħadd se jibqa' jżomm ma' dak li jaħseb li hu l-aħjar hu? Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' xi persuni li għandhom il-kwistjoni tal-'housing' għal qalbhom jew inkella li jirrappreżentaw nies li huma involuti fis-settur, biex tara x'jaħsbu dwar kuntratti privati li jkunu b'durata minima ta' sena. Issib illi fil-fatt dan il-bilanċ ma tantx jidher li se jikkuntenta nies fuq iż-żewġ naħat opposti tal-kwistjoni. illum | Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 Il-Malti jgħid li mitt bniedem, mitt fehma. U hekk hu, speċjalment meta tmiss suġġett jaħraq bħall-proprjetà. Ġimgħa wara li l-ILLUM żvelat illi l-Gvern qed iħares lejn kuntratti ta' kirjiet privati b'durata minima ta' sena, il-gazzetta tistaqsi lil erba' persuni fi l-qofol tal-kwistjoni jekk jaħsbux li b'sena, il-Gvern laħaq kompromess tajjeb... Kirjiet: min ma jrid l-ebda durata minima agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Aħjar mix-xejn, forsi l-ewwel pass...' Yana Mintoff tgħid lil din il-gazzetta illi durata minima ta' sena hija aħjar mix-xejn għalkemm tfisser illi l-alleanza ta' għaqdiet li tkellmu dwar il-kwistjoni ppreferew tliet snin. "Fil-White Paper hemm ħafna pożittiv imma b'mod ġenerali l-kwistjoni kollha hija li ma nistgħux inħallu l-prezz tad-djar jogħla kif qed jogħla, f 'suq li huwa ġungla," sostniet bint l-eks Prim Ministru Dom Mintoff. "Sena aħjar mix-xejn, forsi dan huwa l-ewwel pass għal passi oħrajn," sostniet Mintoff, xi ħaġa li fil-fatt qed tbeżża' lis-sidien. Imma l-Gvern kif jista' jindaħalli x'nagħmel bil-proprjetà? "Għandek raġun u nifhem min jirraġuna b'dan il-mod," qalet Mintoff li tkompli tispjega iżda kif "li rridu nagħmlu huwa li nuru li anke s-sid jaqbillu illi jidħol f 'kuntratti ta' perjodi itwal." "Hemm 3,000 persuna fuq il-lista ta' nies li qed tistenna biex ikollha akkomodazzjoni soċjali," fakkret Mintoff li qalet illi temmen li d-dewmien li jista' qed iseħħ biex dawn il-proġetti jibdew huma l-fondi Ewropej. "Nistgħu nindirizzaw il-problema tal- akkomodazzjoni soċjali mill-flus tagħna. Qabel ma kellniex fondi tal-Unjoni Ewropea u xorta saru ħafna proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali," qalet Mintoff. Hija temmet tappella biex apparti Private Public Partnerships, jibdew isiru wkoll Public Social Partnerships ma' għaqdiet li jaħdmu kontra l-faqar. 'Ma kontx nagħmel durata minima... irridu nagħtu serħan il-moħħ lis-sidien' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Albert Buttigieg, eks Chairperson tal-Awtorità tad-Djar. Hu sostna illi kieku hu minflok il-Gvern "ma kont nagħmel xejn durata minima, għax ir-realtà tas-sid ħadd ma jaf x'inhi. Forsi jrid jikri l-proprjetà għal tmien xhur, għax wara se jagħtih lil xi ħadd mill-familja. X'jagħmel dan?" staqsa Buttigieg. Hu qal li hemm bżonn noqogħdu attenti ħafna li ma nbeżżgħux lis-sidien. "Nippreferi inċentivi biex il-kiri jkun aktar fit-tul," qal Buttigieg f 'eku tal-argument li qed jagħmel Sandro Chetcuti f 'dan l-artiklu wkoll. "Kif il-Gvern intervjena għal sena, jista' jindaħal biex id- durata minima tkun aktar," sostna mal-ILLUM filwaqt li qal li għandu jkun f 'idejn l-individwu (is-sid) li jiddeċiedi kemm għandha tkun twila l-kirja. "Lis-sidien irridu nagħtu serħan il-moħħ, għax jekk ma jkollhomx serħan il-moħħ dawn ibatu l-inkwilini...durata ta' sena naħseb se jkollha l-inqas effett, imma xorta se jkollok nies li mhumiex lesti jintrabtu b'dan iż-żmien," qal Buttigieg.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018