Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 wieġbu fin-negattiv. Meta t-temperatura kienet baxxa ħafna u l-Isqfijiet għamlu appell biex in- nies ifittxu kenn f 'dawn ix-xelters, nofs is-sodod kienu vojta. F'xhur oħra, f 'Lulju jew Awwissu, kienu mimlija. 'Il-barranin l-aktar li jiġu biex jorqdu… il-Maltin biex jieklu' Hawnhekk, il-kliem waqa' fuq il-barranin u anke l-prezzijiet tal- kera. Ian Galea spjega kif ikollhom domanda akbar għas-sodod fir-rebbiegħa, meta ħafna ħaddiema, kemm minn barra l-Unjoni Ewropea u oħrajn mill-Unjoni Ewropea, ikunu qed jaqsmu l-pajjiżi biex ifittxu xogħol. Fil-fatt, Ian Galea saħaq li 80% tal-persuni li jmorru jitolbu l-kenn ta' Dar Papa Franġisku huma barranin. Għall-kuntrarju, il-maġġoranza ta' dawk li jmorru għall-ikel, ikunu Maltin. "Dan juri li l-Malti minn hemm u min hawn qed jirnexxilu jħallas il-kera biex ikollu saqaf fuq rasu…iżda qed jieħu din il-biċċa minn għandna biex ma jinqabadx fuq sieq waħda," kompla Galea. Iżda, anke jekk għal Malta tidher xi ħaġa stramba, hemm barranin li għalihom issir in-norma li jgħixu barra. "Aħna ftaħna din id- dar biex ma narawx ix-xeni li naraw f 'Ruma jew bliet kbar. Imma jkun hemm min, tant ilu jgħix hekk, li għalih tkun saret normali u ma jkunx jaf mod ieħor," qalilna Galea. 'Għalih kien normali li joqgħod ġo għar fil- Qawra…' Min-naħa tiegħu, Cherrett irrakkonta każ ta' raġel barrani li kien joqgħod ġo għar il-Qawra. "Tajnieh iż-żmien tiegħu hawnhekk. Meta konna nistaqsuh x'se jagħmel, konna nindunaw li aħna qed ninkwetaw u huwa le. Kif telaq minn hawn reġa' mar ġol-għar," qal Cherret waqt li insista li jiltaqgħu ma' barranin li jkunu ilhom snin jgħixu barra waqt li jkunu qed jaqsmu minn pajjiż għall-ieħor għax-xogħol "Iltqajna ma' każ ta' raġel li kien fi Sqallija, tawh €50 u l-ewwel ħaġa li għamel kien li qata' biljett u ġie Malta," kompla jispjega. Bħal dan ir-raġel, ħafna ħaddiema barranin jiġu Malta b'ta' fuqhom senduqhom. "Xogħol isibu għax hawn fejn jaħdmu, iżda flus biex jikru post ma jkollhomx," saħaq Ernest Cherrett. 'Il-prezzijiet tal-kera jweħħluna' U l-Maltin li jiġu jfittxu l-kenn billejl, għalfejn jiġu? Il-każijiet huma diversi, beda jispjega Ernest Cherrett. Semma każijiet ta' żgħażagħ bil- vizzju tad-droga li l-familji jitfgħuhom 'il barra għax ikunu xebgħu, persuni bi problemi ta' saħħa mentali li joħorġu minn istituzzjoni u jħossuhom sabu ruħhom ġo ġungla u anke persuni u familji li jkollhom jitilqu minn fejn kienu qed jgħixu għax mil-lum għall-għada s-sid sploda l-prezz tal-kera. Kien hawn li staqsejna lil Galea u lil Cherrett jekk il-prezzijiet tal-kera hux qed ikollhom daqshekk effett fuq is-servizzi tagħhom. Galea spjega li d-diffikultà tinħass l-aktar fost dawk il-persuni, li mix-xelter ta' emerġenza jkunu għaddew għall- programm ta' tmien xhur fid-dar residenzjali Reach u jkunu waslu biex joħorġu jgħixu ħajja indipendenti. "Neħlu. Idealment dawn in-nies ikollhom il-privatezza tagħhom, imqar appartament żgħir b'kamra waħda. Imma llum 'studio appartments' jibdew minn kirjiet ta' €600 'l fuq. Normalment ikollhom jaqsmu l-kera ma' ħaddieħor," insista Ian Galea. "Aħna ma nikkuntentawx li persuna tankra magħna. Ma rridux li persuna tibqa' magħna s-snin. Aħna rridu li n-nies ikollhom ħajja indipendenti," kompla Cherrett. 'Is-soluzzjoni għal dawn ir- realtajiet tibqa' l-familja' Kieku jkollkom, fi ftit kliem, tiddefinixxu s-servizz tagħhom, kif twieġbu? "It-twemmin tagħna huwa li nħobbu lil dawn in-nies. Ma jimpurtax li dan huwa drogat, jew iħobb jilgħab. Malli daħal f 'din id-dar, aħna rridu li dan ir-raġel iħossu maħbub. Xejn speċjali. Nagħtuhom dak li nħossu aħna kuljum fid- djar tagħna," wieġeb Ernest Cherratt. Kien hawn, li Galea kompla ma' dak li qal Cherratt u enfasizza li huma jemmnu li s-soluzzjoni għall-problemi kollha li jiltaqgħu magħhom tibqa' l-familja. "Dan kollu huwa riflessjoni tal-ġirja li qed ngħixu. X'inhuma l-valuri li qed tħaddan il-familja? Il-mercedes, id-dar u l-pożizzjoni fuq ix-xogħol, jew l-imħabba, l-onestà u r-rispett?" staqsa Galea. "Il-familja hija s-soluzzjoni għal ħafna mir-realtajiet li jesperjenzaw il-klijenti tagħna…persuna kulma tkun trid taptipa fuq spallitha jew persuna oħra li tpoġġi u tismagħha." Għall-Milied x'għandhom ippreparat? Il-Milied qiegħed wara l-bieb. X'qed tippreparaw? Ernest Cherrett spjega kif bħal kull sena, għall-ikla tal-Milied, in-nies li jużaw is-servizzi ta' Dar Papa Franġisku jkunu mistiedna għall-ikla kbira li l-Caritas torganizza, ġeneralment fil- Kurja tal-Arċisqof. Saħaq kif normalment, għal din l-ikla, jattendu ħafna persuni li jgħixu jew iħossuhom waħedhom, biex iqattgħu l-ġurnata tal- Milied ma' persuni oħra. Dar Papa Franġisku tieħu ħsieb torganizza ikla speċjali nhar l-Ewwel tas-Sena. "Għalina l-ikla ta' kuljum hija speċjali. Iżda dakinhar ikollna ikla akbar u anke jingħata rigal ċkejken lil kull min ikun hemm," qalilna Cherratt. "Il-bieb miftuħ għal kulħadd." Intervista Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 | illum madwar 40 persuna kuljum Ritratt: James Bianchi Dettalji dwar ir-residenzi ta' Fondazzjoni Dar il-Hena Il-Fondazzjoni Dar il-Hena, imwaqqfa mill-Gvern, il- Caritas u l-Alfred Mizzi Foundation, għandha tlett idjar. Xelters ta' emerġenza: Dar Papa Franġisku għall-irġiel u Dar Maria Dolores għan-nisa. Iż-żewġ xelters joffru ikla kuljum bejn nofsinhar u s-2:30pm. Joffru wkoll sodda billejl għal min isib ruħu bla saqaf fuq rasu. Is-servizz jibqa' miftuħ 24 siegħa kuljum. Min ikollu bżonn, iż-żewġt idjar jgħinu lil dawn il-persuni biex jirċievu għajnuna ulterjuri. Dar residenzjali: Reach. Għall-kuntrarju taż-żewġ xelters l-oħra, din hija dar residenzjali, fejn ir-residenti jsegwu programm ta' tmien xhur, bl-għan li jkunu mgħejjuna jibnu mill-ġdid ħajjithom u jibdew jgħixu ħajja indipendenti. Min jixtieq jitlob l-għajnuna, jew aktar informazzjoni, jista' jmur direttament fid-djar jew inkella jċempel fuq 27888211 jew 79026644. Dawk li jixtiequ joffru l-għajnuna tagħhom bħala voluntiera, speċjalment fil-kċina, jistgħu jċemplu dawn l-istess numri jew inkella jżur il-paġna ta' Facebook: Fondazzjoni Dar il-Hena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018