Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet KULL mewta hija kerha iżda aktar u aktar meta persuna toħroġ mid-dar filgħodu għax-xogħol u ma tirritornax lura. Minn ċifri li l-Korp tal-Pulizija ġabar għall-gazzetta ILLUM, jirriżulta mill- 2013 sax-xahar li għadda, 23 persuna tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol. Fl-aħħar jiem is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema spiċċaw fiċ-ċentru tad- diskussjoni wara li xxandar filmat taż-żagħżugħ ta' 26 sena, Akram Almshay, jissielet għal ħajtu, ftit qabel ma waqa' seba' sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol fuq binja fl-inħawi ta' Qui-si-Sana f ' Tas-Sliema. Iżda dan kien biss każ wieħed minn erba' inċidenti fatali li seħħew din is-sena fuq il-post tax- xogħol. Mill-informazzjoni miġbura għal din il- gazzetta, jirriżulta li mill- 2013 'l hawn, l-aktar sena li fiha kien hemm ħaddiema li tilfu ħajjithom waqt xogħolhom kienet is-sena 2016. B'kollox, sentejn ilu, tilfu ħajjithom tmien ħaddiema. Is-sena li għaddiet tilfu ħajjithom erba' ħaddiema waqt xogħolhom, filwaqt li fl-2014 u fl-2015, mietu żewġ ħaddiema. Il-Pulizija ma kinitx f 'pożizzjoni li tagħtina dettalji dwar kemm kien hemm total ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol matul dawn is-sitt snin għax is-sistema ma tidentifikax jekk inċident ikunx seħħ fuq il-post tax- xogħol jew le. Madanakollu, skont l-aħħar ċifri maħruġa mill- Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika, bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, 1,653 ħaddiem weġġgħu fuq il- post tax-xogħol, b'kważi nofshom isofru ġrieħi f 'idejhom jew fis-swaba'. Skont din l-istatistika, il-maġġoranza ta' dawn l-inċidenti, jew 15.4% seħħew fis-settur tal- manifattura filwaqt li ftit inqas (15.1%) seħħew fl- industrija tal-kostruzzjoni. 13.7% tal-inċidenti mhux fatali seħħew fost dawk li jaħdmu fl-imħażen jew inkella fit-trasport tax- xogħol u l-prodotti. Għalkemm ikun hemm min jargumenta u jgħid li dawk li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol x'aktarx ma jkollhomx esperjenza, l-istatistika turi li mill- 1,653 ħaddiem li weġġgħu bejn Jannar u Ġunju, 463 kellhom bejn it-35 u l-44 sena. 381 kellhom bejn il- 25 u t-34 sena u ftit aktar minn 300 ħaddiem kellhom 'il fuq minn 55 sena. Anke jekk il-maġġoranza ta' dawn il-persuni sofrew xi feriti superfiċjali, jibqa' l-fatt li 374 ħaddiem sofrew minn ġrieħi aktar serji. Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 | illum Ħarġu għax-xogħol u ma rritornawx… 23 ħaddiem imutu fl-aħħar sitt snin ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio L-inċidenti fatali li xxukkjaw pajjiż Kull inċident fatali, jiġri fejn jiġri huwa ikrah, iżda jkun hemm dawk il-każi li jixxukkjaw lill- pajjiż u jqajmu diskussjoni sħiħa. Kieku wieħed kellu jħares lura u jiftakar f 'dawk il-każijiet fatali ta' ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol, żgur li l-ewwel li jiġih f 'moħħu jkun il-każ tal- bastiment Libjan, Um El Faroud. Bla dubju, dan il-każ niżżel ismu bħala l-aktar traġedja xokkanti li seħħet f 'post tax-xogħol. Kien nhar it-3 ta' Frar tal-1995, meta fi splużjoni abbord il-bastiment, li heżżet il-Kottonera, tilfu ħajjithom disa' ħaddiema li kienu abbord it-tanker li fuqu kienu qed isiru xi xogħlijiet f 'Baċir Numru 3. Il-vittmi li tilfu ħajjithom fit- traġedja kienu George Aquilina ta' 24 minn Ħal Qormi, Charles Callus ta' 46 sena mill-Belt Valletta, Marrio Hales ta' 39 sena mill-Imqabba, Simon Mifsud ta' 26 sena mill-Birgu, Simon Pisani ta' 22 sena mill-Imsida, Angelo Sciberras ta' 51 sena minn Ħaż-Żabbar, Paul Seguna ta' 37 sena minn Ħaż-Żebbuġ, George Tabone ta' 57 sena minn Ħal Qormi u Anthony Vassallo ta' 29 sena minn Ħad-Dingli Iżda ma hemmx għalfejn immorru daqshekk lura. Fl-aħħar snin kien hemm inċidenti oħrajn li baqgħu jissemmew, fosthom dak li ħasad il-ħajja ta' Matthew Bartolo, żagħżugħ ta' 17-il sena. Bartolo weġġa' u miet waqt li kien qed jaħdem f 'fabbrika tal- injam f 'Ħal Luqa fl-4 ta' Ġunju tal-2015. Dan il-każ kien wassal biex id-direttur tal-fabbrika, l-amministratur tal-fabbrika li tiġi bintu u żewġha li kien il-foreman, jittellgħu l-Qorti akkużati bl-omiċidju involontarju taż-żagħżugħ. Ħafna jiftakru wkoll il-każ tal- Gunner Matthew Psaila li kien miet ftit jiem wara li sab ruħu f 'diffikultà waqt taħriġ tal-Forzi Armati ta' Malta f 'Chadwick Lakes fi Frar tal-2009. Logutenent u Lance Bombardier kienu ttellgħu l-Qorti akkużati li b'negliġenza kkawżaw il- mewt tas-suldat żagħżugħ ta' 19-il sena. Madanakollu, dawn kienu nħelsu mill-akkużi kollha miġjuba kontrihom, anke għax iż- żagħżugħ ma kienx infurmahom li ma kienx jaf jgħum. L-aktar każ riċenti u każ li qajjem diskussjoni sħiħa, kien dak li seħħ fis-26 ta' Novembru, meta Akram Almshay, waqa' seba' sulari waqt li kien qiegħed jiksi ħajt ta' binja f 'Tas-Sliema. Il-każ ixxokkja lil ħafna, għax filmat kontroversjali, li kien juri liż-żagħżugħ jissielet biex isalva, kien prova tal-fatt li minkejja l-kampanji ta' kuxjenza, għad hawn persuni li jaħdmu jew jitħaddmu mingħajr l-ebda miżuri li jħarsu s-saħħa u s-siġurtà tagħhom jew ta' dawk li jħaddmu. Jekk int ħaddiem, tħaddem jew inkella int ċittadin privat li beħsiebek tqabbad in-nies biex jagħmlulek xi xogħlijiet, agħti ħarsa s-sit tal-Awtorità għas- Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol, fejn issib biżżejjed tagħrif u linji gwida biex tipproteġi lilek innifsek, lill-impjegati u lill- kollegi tiegħek. Um el Faroud Matthew Bartolo Matthew Psaila Akram Almshay

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018