Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 | illum L-ewwel Sindku LGBTIQ se jiżżewweġ Habboubi. Huwa qal illi meta kellu 15-il sena kien qal lill- familja, sitwazzjoni li ma tantx kienet tajba. "Meta tkun tgħix f 'komunità li ma taqbilx magħha, ma jsirx diskors u komunikazzjoni. Għax inti tkun iktar miftuħ fil-ħsieb u allura d-diskors ikun limitat." "Kont fuq il-mejda tal- ikel," jibda Habboubi jpinġi x-xena tas-sitwazzjoni, "għandi seba' aħwa Musulmani prattikanti. Malli għidtilhom kont qisni tfajt bomba fil- familja, platti jtiru, il- mejda nqelbet. Gwerra sħiħa kien hemm id-dar." Hu jgħid iżda li kienet ommu li daħlet għalih. "Ommi mara sempliċi, mara tad-dar. Fetħet il- bieb u qalet dak ibni, min ma jridx lil ibni mhux postu hawn." Jispjega kif minkejja li ommu qabżet għalih, is-sitwazzjoni kienet waħda li hu ma setax jgħix fiha b'ommu bejnu u ħutu li qatgħu kull kuntatt mal-familja. Kien f 'dan il-punt illi Habboubi ddeċieda li jitlaq mit-Tuneżija u għex f 'ħafna postijiet qabel fi kliem dak li se jkun żewġu stess Jesmond, "tefa' l-ankri f 'Ħal Qormi". 'Kien xokk wara 48 sena...' Nerġa' ndur fuq Jesmond u nistaqsih jekk għalih kinitx iktar faċli li joħroġ is-sesswalità tiegħu fil- pubbliku. Hu jfakkar illi filwaqt li qed nitkellmu dwar it- Tuneżija, f 'Malta fil-passat ma konniex wisq aħjar, meta l-omosesswalità anke f 'pajjiżna kienet tabù. "Għall-familja tiegħi kien naqra ta' xokk, peress li għidtilhom wara 48 sena, "imma kelli ħafna appoġġ. M'iniex l-unika persuna LGBTIQ fil- familja u allura l-għajnuna ma naqsitx." Hu jgħid iżda illi fl-aħħar mill-aħħar huwa r-rispett l-aktar li jagħmel differenza. "Meta l-familja jaraw li l-persuna qed turi ċerta rispett u lejn il- ġenituri tiegħi Daly juri rispett kbir, bilfors li tgħid illi din il-persuna mhux se tiżżewweġ lil Jesmond għal skopijiet ħżiena jew biex tapprofitta ruħha, imma għax vera tħobbu," jgħid Jesmond. "Jiena fil-verità d-dar ma kien jonqosni xejn, kont qisni re d-dar. Imma xorta kont inħoss in-nuqqas ta' xi ħaġa," jgħid. "Bdejt nikber u bdejt nistaqsi lili nnifsi jekk irridx li nibqa' waħdi. Ommi u missieri mhux se jgħixu għal dejjem." Huwa qal illi għall-bidu kien inkwetat u beżgħan kif se jgħid lil ommu imma mbagħad iltaqa' ma' Daly. "Il-qawwa tal- imħabba tkisser kollox u għamilt affarijiet li qatt m'għamilt f 'ħajti. Xtrajt dan il-post u armajnieh flimkien. Qabel Daly ma kien hemm xejn jimbuttani 'l quddiem." Daly jieħu ħsieb id-dar... Naturalment kelli nistaqsihom min jieħu ħsieb id-dar u min isajjar. Kollox f 'idejn Daly. Hu jsajjar u jnaddaf "u ma tantx ikun irid li ngħinu" jgħid b'daħka Jesmond. Dan apparti li Daly iħobb jagħmel affarijiet oħrajn fosthom ukoll iħit il- purtieri u ħwejjeġ biex ilibbes statwi. U tfal? Wasalna fl-aħħar tal- intervista u nistaqsihom; se tiżżewġu daqlwaqt u wara ż-żwieġ se taħsbu għat-tfal ukoll? L-ewwel li jwieġeb ikun Jesmond li juri xi ftit ta' xettiċiżmu imma min-naħa tiegħu Daly jgħid illi hu jrid li jkollhom it-tfal. "Issa naraw," jgħid Jesmond. Nispiċċaw hemm u nitilqu mid-dar tas-Sindku u dak li se jkun ir-raġel tiegħu, nixtiqulhom futur sabiħ mimli ferħ, hena u l-għaqda tal-familja li isbaħ minnha m'hemmx.