Illum previous editions

ILLUM 9 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1060187

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 9 ta' Diċembru 2018 | illum 'Il-Hockey huwa l-ikbar passjoni ta' ħajti, u ħajti ma nimmaġinahiex mingħajr dan l-isport' - Zak De Giovanni minn Cristian Antony Muscat Zak De Giovanni - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-hockey f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li huwa plejer indispensabbli ta' Qormi Daikin Hockey Club, fejn jilgħab fl-irwol ta' midfielder. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-hockey? L-imħabba tieghi lejn il- hockey bdiet minn mindu kelli sitt snin, fejn in-nannu Joe introduċa l-isport uniku tal-hockey lili u lil ħija Tom fil-garaxx tad-dar tiegħu f 'Ħal Qormi. Minnhemm, dħalt nilgħab fin-nursery ta' Qormi Hockey Club, tim li għadni parti minnu sal-lum il-ġurnata. Kif komplejt tevolvi f 'dan l-isport li tant tħobb? Ta' eta' żgħira niftakarni nilgħab hockey biss, fejn kien ikolli trejning kemm matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta' Sibt, fejn f 'moħħi din kienet ġurnata dedikata għall- hockey. Nemmen li dan kien ta' għajnuna fl-iżvilupp tiegħi bħala plejer, għaliex mhux biss dak li tagħmel fit-trejning itejbek, imma f 'dak li tkompli tagħmel wara. Flimkien ma' ħija u ma' sħabna, is-Sibt konna nqattgħu ġurnata sħiħa nilagħbu l-hockey, bejn trejning filgħodu, logħob kompetittiv wara nofsinhar, u logħob bejnietna wara, sakemm kien isir il-ħin li mmorru d-dar. Minn ta' eta' żgħira bdejt nipparteċipa f 'logħob fil-kategoriji tal- Under 13, 15 u 17s. Dawn mhux dejjem kienu jkunu faċli, infatti memorja qarsa li għandi hi meta darba qlajna iżjed minn 15-il gowl f 'logħba waħda. Pero' nemmen li dawn huma l-esperjenzi li minnhom tikber, titgħallem u tibni karattru sod. Fis-snin tiegħi nilgħab fis-sezzjoni tal-Juniors irbaħt bosta unuri, kemm bħala tim kif ukoll fuq livell personali. Fost il-kisbiet tiegħi mat-tim insemmi r-rebħ tal-kampjonat tal-Under 14 u 16 għal sitt darbiet. Onorat ukoll li ġejt magħżul bħala l-'HAM Player of the Year' għall-kategoriji tal-Under 13 u Under 16. Ta' 16-il sena, għall-ewwel darba, ġejt imdaħħal fl- iskwadra tas-seniors fl-istaġun 2010/11, fejn esperjenzajt loghob mal-kbar. L-istaġun ta' wara mort staġun b'self mal-klabb ta' White Hart HC sabiex nibqa' nilgħab il-hockey waqt li niffoka iżjed fuq l-istudji tiegħi, u din personalment kienet esperjenza ta' benefiċju ferm fl-iżvilupp tiegħi bħala plejer. L-istaġun ta' wara rritornajt mat-tim ta' Qormi HC, fejn inħossni kburi li kont parti mill-iskwadra li kisbet 22 tazza fil-livell tas-seniors, fosthom seba' National Leagues u żewġ European Challenge IV. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal-Hockey? S'issa, sifirt darbtejn mat- tim nazzjonali Malti - darba biex nikkompetu l-Litwanja, u darb'oħra f 'livell ogħla l-Kroazja. Li tkun magħżul mal-iskwadra finali biex tirrapreżenta lil pajjiżek fuq livell internazzjonali hija esperjenza indimentikabbli, speċjalment meta tkun qed tikkompeti kontra pajjiżi ikbar minnek u tagħti prestazzjoni mill-aqwa. Fl- ewwel tournament li tlajna fil- Litwanja, irnexxielna niksbu rebħiet kontra l-Fillandja u Ċipru, sa ma nqlajna fis- semi-finali kontra d-Daniżi. Spiċċajna fir-raba' post wara li tlifna d-decider kontra t-tim Litwen. Għaldaqstant, xorta kienet esperjenza mil-isbaħ ghat-tim nazzjonali. It-tieni esperjenza fil- Kroazja kienet daqsxejn iżjed ħarxa, fejn lgħabna kontra timijiet ta' livelli differenti, u avolja ħadna ftit telfiet qawwija, xorta rnexxielna nirbħu xi logħob biex nibqgħu fit-tielet diviżjoni. X'sagrifiċċji jinvolvi l-isport tal-Hockey? Bħal kull tip ta' sport, il- hockey jirrikjedi s-sagrifiċċji tiegħu. Waqt li l-hockey f 'Malta huwa ta' livell 'amateur', id-differenza bejn dawk li lesti jagħmlu s-sagrifiċċji u dawk li m'humiex juru lilhom infushom matul is-snin. Meta tkun plejer, hija r-responsabbilta' tiegħek li tkun preżenti għat-trejning matul il-gimgħa, u barra minnhekk, tara li tkun qiegħed fi stat fiżiku u mentali tajjeb għal-logħob. Dan ifisser limitazzjonijiet fil-ħruġ ta' tmiem il-ġimgħa, fejn dejjem trid iżżomm għajn waħda fuq il-logħob - bejn b'rispett lilek innifsek, u iktar u iktar għal sħabek u għat-tim. Jien dejjem rajt it- trejning bħala żvog biex intaffi mill- istress tax-xogħol u l-istudju, b'hekk dan kien ikun l-aħħar ħaġa li naqta' jekk possibli. Jien involut ukoll fl-amministrazzjoni tal-Qormi HC. Dan narah bħala apprezzament għall- ġid li provdieli dan il-klabb u bħala passjoni tiegħi għal dan l-isport, anki barra l-ground. Qalbi hija marbuta ma' dan il-klabb u b'dan il-mod inħossni qiegħed inrodd lura tal- memorji tant sbieħ ta' tfuliti. Apparti li jien plejer, jien ukoll kowċ tat-tim tal-Under 14 u Public Relations Officer fil-kumitat. Għalkemm dan ifisser li ma jifdallix ħin għal impenji oħra, ma narahx bħala skariġġ għaliex dan l-isport inqisu bħala l-prijorita' prinċipali tiegħi. X'tikkummenta fuq is-Setup tal-Hockey f 'Malta? Il-Hockey f 'Malta għandu ħafna potenzjal biex jiżviluppa fi sport popolari. Kif qed naraw fi sports bħar-rugby u l-waterpolo dawn l-aħħar snin, avolja aħna pajjiż żgħir, xorta għandna biex nikkompetu ma'pajjiżii kbar minna u b'hekk nagħmlu isem għal Malta fix-xena sportiva. Pero', dan irid jibda minn investiment fil-klabbs u l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-hockey, li huma kollha mmexxija fuq bażi voluntarja minn nies dedikati. In- National Hockey Centre ta' Kordin għandu potenzjal li jkun kumpless tal-isport mill-isbaħ, u forsi 'l quddiem, naraw xi ħaġa ssir biex inżidu l-exposure għall-hockey fix- xena lokali. L-introduzzjoni tal-hockey fl-iskejjel tista' tkun waħda mill-aħjar modi kif tintroduċi lit-tfal għall- hockey. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-Hockey? Dan l-isport huwa l-ikbar passjoni ta' ħajti, u ħajti ma nimmaġinahiex mingħajr hockey. L-hena tiegħi nilgħab kontra plejers ġodda li ma nafx x'joffru, u għalhekk hija ħolma tiegħi li xi darba nesperjenza nilgħab il-hockey barra minn xtutna, anke jekk forsi għal żmien qasir. X'inhuma t-tragwardi tiegħek personali u tal-klabb għal dan l-istaġun? Is-sena l-oħra kienet waħda inkredibbli għal-Qormi Daikin Hockey Club, fejn irbaħna kull kompetizzjoni li lgħabna fiha, mill-kategorija tal-Juniors sas-Seniors. Din is-sena nixtieq li nkomplu fuq dan billi niddefendu dawn l-unuri kollha, waqt li nerġgħu nirbħu l-Euro Hockey Club Champions Challenge IV li ser tiġi organizzata f 'Malta f 'Ġunju li ġej. Ħa tkun sena diffiċli għaliex il-kompetizzjoni bejn it-timijiet qiegħda tiżdied, pero' fiduċjuż fil-klabb li għandna biex nerġgħu nagħmlu dan kollu u iktar. b'rispett lilek innifsek, tal-hockey fl-iskejjel tista' għal dan l-istaġun? Zak De Giovanni -azzjoni ma' Qormi Daikin Hockey Club Zak De Giovanni biċ-Challenge Cup imkien ma' ħuh Thomas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 December 2018