Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296
15 15 Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum Opinjoni Il-pittur li żejjen il-knejjes Maltin b'opri mill-isbaħ Minn Patri Hermann Duncan F ost il-ħafna artisti ta' fama kbira li nsibu f 'pajjiżna bla dubju ta' xejn huwa l-pittur Giuseppe Calì. F'ħafna knejjes tagħna nsibu pitturi tiegħu li huwa diffiċli nsemmuhom kollha, għaliex dan l-artist kważi għandu pittura f 'kull knisja. Giuseppe Calì twieled il-Belt Valletta nhar l-14 ta' Awwissu 1846, minn Raffaele Calì li kien xenografu fit-Teatru Rjal u Giovanna xebba Padiglione li kienet mezzo-soprano. It-tnejn kienu Naplitani li ġew hawn Malta fiż-żmien ir-Risorġiment Taljan li kien qiegħed iseħħ fl-Italja. Fil-familja tiegħu nsibu xi wħud li kellhom imħabba kbira lejn l-arti. Meta kien għadu żgħir intbagħat jistudja ġewwa Napli fl- Accademia di Belle Arti. Dak iż-żmien ma tantx kont tisma' b'artisti li marru jistudjaw barra minn Ruma għax kollha hemm kienu jmorru. Kemm dam l-Italja, Giuseppe Calì tgħallem taħt Giuseppe Mancinelli, iżda malajr għoġbitu l-istil realistiku ta' Domenico Morelli, li dak iż-żmien kien l-aqwa artist Naplitan. Meta ġie lura Malta jidher biċ-ċar li beda juża l-istil ta' Morelli, li nistgħu naraw b'mod partikulari fil-famuż kwadru tal-Mewt ta ' Dragut li kien għamel fl-1867 u li kien inxtara mill-Gvern Malti u tpoġġa fl-Armerija tal-Palazz. F'dan il-kwadru tidher qawwija l-influwenza tar-Romantiċiżmu Franċiż. Ftit żmien wara li ġie Malta jiġifieri fl-1871, huwa żżewweġ lil Perennia Pace. Tajjeb li ngħidu li fost l-għaxart itfal li kellu nsibu l-pittur Ramiro Calì. Influwenza tar- Romantiċiżmu li ġab miegħu minn Napli, nistgħu narawha f 'ħafna mill- ewwel xogħlijiet tiegħu bħal – fil-każ tal-kwadru ta' artal għall-parroċċa tal-Mosta li juri l-Madonna tar-Rużarju, li ħadmu fl-1870, u li kien l-ewwel xogħol għall-knejjes ta' pajjiżna. Naraw l-istess influwenza meta fl-1881 għall-parroċċa tas-Sacro Cuor f 'Tas-Sliema ħadem il-pitturi ta' San Lawrenz u s- sena ta' wara ta' San Ġlormu. Dan l-istil jidher ukoll fil-kwadru li hu pinġa fl-1885 għall-parroċċa ta' San Gejtanu fil-Ħamrun, dak ta' San Ġużepp bil-Bambin, u f 'dak tal-Martirju ta' San Dimitriju għall-parroċċa ta' Marija Bambina fl-Isla li hu pinġa fl-1885. Calì għamel ukoll diversi xogħljiet flimkien ma' Ignazio Carlo Cortis, fosthom id-dekorazzjoni tal-knejjes parrokkjali ta' San Lawrenz fil-Birgu u dik tas-Salvatur ġewwa Ħal Lija. Fl-aħħar żmien tas-seklu 19 Calì ħadem diversi proġetti fi knejjes, fosthom dawk tal-kwadri laterali li jinsabu fil-parroċċa ta' Marija Anunzjata ġewwa Ħal Tarxien, kif ukoll kwadru ta' San Duminku fil-knisja ta' San Duminku magħrufa bħalha Portu Salvu fil-Belt, Valletta fejn huwa kien ġie mgħammed. Calì kien għamel impatt fuq is-soċjetà Maltija ta' dawk iż-żminijiet u ismu kien sar magħruf sew minn kulħadd. L-iktar li kien magħruf fostna kien għall-pittura tal-wiċċ. Kellu ħafna kummissjonijiet privati għal dekorazzjoni tad-djar, veduti, kif ukoll ta' ritratti ta' nies magħrufin f 'Malta. Huwa għamel madwar 50 ritratt b'kollox. Fosthom insibu r-ritratt li huwa għamel tal-Kardinal Lavigerie li kien ħadem fl-1884 li dak iż-żmien kien tpoġġa fis-sagristija tal- knisja parrokkjali ta' San Pawl Nawfragu fil-Belt u li llum jinsab imqiegħed f 'post ieħor. Aktar tard fl-1896 ħadem il- kwadru tal-Kardinal Logue, li kien żar Malta, li għamlu għall-knisja parrokkjali ta' San Publiju l-Furjana. Insibu wkoll ħafna ritratti fil-Kamra tal-Kummerċ fil-Belt Valletta. Fost dawn insibu l-Gvernatur Richard More O'Ferrall, il- Markiż Emanuele Scicluna, Giovanni Battista Schembri, Achille Camilleri u Edward V. Ferro. Fil-palazz ta' San Anton ġewwa Ħ'Attard insibu ritratt ta' Sir Victor Houlton, li Calì kien pinġa fl-1881. Dan kien is-segretarju ewlieni tal-Gvern. Calì kien ħafif fuq xogħlu u matul ħajtu jingħad li ħadem madwar elfejn biċċa xogħol tal-arti. Sfortunatament matul il-gwerra nqerdu bosta xogħlijiet sbieħ fosthom dik tal- Kruċifissjoni li huwa kien għamel għall-parroċċa ta' Stella Maris ġewwa Tas- Sliema fl-1888. Huwa baqa' jaħdem sal- aħħar ta' ħajtu, u miet il-Belt Valletta fl-1 ta' Marzu 1930, fl-età sabiħa ta' 84 sena. F'għeluq il-150 sena mit- twelid ta' Giuseppe Calì , fl-1996, fil-Barrakka ta' Fuq fil-Belt, inkixef monument tal-bronż maħdum minn Ċensu Apap. Fl-2004 ġiet maħruġa munita biex tfakkar lil dan l-artist. Nagħlqu dan l-artiklu billi nsemmu xi ftit mix- xogħlijiet tiegħu. • Il-Madonna tal- Karmnu li pinġa fl-1879 għall-parroċċa tal-Ħamrun • Il-Madonna tad- Duttrina li pinġa fl-1881 għall-Oratorju tal-parroċċa taż- Żurrieq • Sant Andrija li pinġa fl-1882 għall- knisja l-qadima ta' Għajnsielem, Għawdex • Il-mewt ta' Santu Wistin li hu pinġa fl-1883 għall-paroċċa tal-Mosta • David, Eżekjel, Mosè u Isaija li pinġa fl-1884 li jinsabu taħt il-koppla tal-parroċċa ta' Bormla • Il-Glorja ta' San Lawrenz, li pinġa f 'c.a. 1889 għall- Knisja Parrokjali ta' San Lawrenz, Għawdex • L-adorazzjoni tal- Maġi li pinġa fl-1895 għall-parroċċa ta' Ħal Tarxien • Kristu mdawwar bit- tfal li pinġa fl-1897 għall-parroċċa ta' Ħal Lija • Kristu u s-Sammaritana li pinġa fl-1900 għall- parroċċa ta' Bormla • San Franġisk de Paola li pinġa fl-1900 għall-parroċċa ta' Ħal Tarxien • Ir-ragħaj it-tajjeb li pinġa fl-1911 għall- kappella tal-Anglikani ġewwa Bighi, il-Kalkara