Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296
Sports 30 illum | Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 MYLES Beerman twieled nhar it-13 ta' Marzu 1999 u huwa plejer internazzjonali Malti tal-futbol li bħalissa qed jilgħab b'self ma' Birkirkara FC. Beerman beda l-karriera tiegħu man-nursery ta' Mosta qabel ingħaqad ma' Floriana FC. Fis-sena 2014 fl-eta' ta' 15- il sena ġietu opportunità unika li jmur l-Ingilterra jilgħab ma' ManchesterCity. Huwa kellu ċ-ċans li jittrenja ma' plejers ta' fama mondjali bħal Vincent Kompany u Kevin de Bruyne u hu stess jiddeskrivi din l-esperjenza bħala unika f 'ħajtu. Sentejn wara huwa ġie rilaxxat minn The Citizens u eventwalment mar l-Iskozja fejn iffirma ma' Glasgow Rangers u ffirma magħhom kuntratt ta' sentejn. Huwa ddebutta ma' dan it-tim fis-6 ta' April 2017 meta r-Rangers lagħbu f 'Ibrox Park kontra Kilmarnock fejn Myles lagħab bħala difensur fuq in-naħa xellugija. F'Jannar li għadda huwa ngħaqad fiċ-championship Skoċċiża mat-tim ta' Queen of the South fejn lagħab magħhom għal sitt xhur. Preżentement qiegħed b'self ma' Birkirkara sal-aħħar ta' Jannar fejn imbagħad ser jerġa' jirritorna biex jilgħab ma' Rangers. Fuq livell internazzjonali Beerman irrappreżenta lil pajjiżu f 'diversi kategoriji tat-tim nazzjonali fosthom il-kampjonat Ewropew tal-UEFA ta' taħt is-17-il sena li kien sar f 'pajjiżna erba' snin ilu. Hu kellu biss 15-il sena u minn dakinhar beda jidher li dan iż-żagħżugħ kellu talent kbir. Għalih wasal ukoll il-mument li jiddebutta mat-tim nazzjonali tal- kbar meta f 'Ġunju tas-sena l-oħra lagħab f 'partita ta' ħbiberija kontra l-Ukrajna, logħba li Malta rebħet bl-iskor ta' 1-0. Għal Myles dan kien mument partikolari li jibqa' jġorru miegħu wara tant esperjenzi li għadda minnhom minkejja l-età żagħżugħa tiegħu. Il-mentalità tiegħu hi li dejjem għandek tistinka sabiex tilħaq il-milja tiegħek bħala plejer. M'hemmx dubju li l-futur għal dan iż-żagħżugħ jidher li ser ikun wieħed ferm pożittiv. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kont żgħir meta bdejt nilgħab din il-logħba tant sabiħa. Missieri kien fanatiku tal-futbol u kien imur jara diversi logħob kemm lokali kif ukoll dak internazzjonali. Min-naħa tiegħi jien ukoll ħriġt nixbah lil missieri minħabba li kont immur ħafna ma' sħabi nara l-logħob li kien ikun hemm fil-grawnd tal-Imġarr. Eventwalment dħalt man-nursery tal-Mosta u minn hemm qatt ma ħarist lura. Kif komplejt tagħmel progress f 'dan l-isport? Kif għedtlek l-ewwel ingħaqad man- nursery tal-Mosta fejn hemmhekk bdejt l-ewwel esperjenzi tiegħi nilgħab u nieħu sehem f 'diversi turnaments. Bl-għajnuna ta' diversi kowċis komplejt intejjeb il-ħiliet tiegħi u dan kollu xprunani biex dejjem inżid l-ambizzjonijiet tiegħi li nirnexxi f 'dan l-isport. Wara Mosta ngħaqadt ma' Floriana fejn hemmhekk ukoll sibt kowċis tajbin li tawni dak il- kuraġġ li kelli bżonn. Minn hemm bdejt ninduna li rrid nieħu l-karriera ta' plejer bis-serjetà u li ridt noħlom affarijiet sbieħ. Sa ċertu punt il-ħolm tiegħi sar realtà minħabba li kelli l-opportunità nilgħab fl-Ingilterra maż-żgħażagħ ta' ManchesterCity. Kien mument verament sabiħ għalija li minn hemm fetaħli l-bibien tal- karriera tiegħi beraħ. Wara xi żmien nilgħab l-Ingilterra mort l-Iskozja ma' Glasgow Rangers fejn hemmhekk komplejt nibni aktar esperjenzi sbieħ. Bħalissa ninsab ma' Birkirkara iżda f 'Jannar ser nerġa' mmur fi Glasgow sabiex inkompli l-avventura tiegħi ma' Rangers taħt il-gwida tal-kowċ Steven Gerrard. Min-naħa l-oħra dawn għalik huma esperjenzi uniċi hux hekk? Iva hekk hu. Esperjenzi li diffiċli tinsa bħala plejer u li mingħajr dubju l-preżent huwa wieħed mill-isbaħ għalija. S'issa kelli x-xorti nitħarreġ ma' plejers ta' fama mondjali bħal Vincent Kompany u Kevin de Bruyne u m'hemmx dubju li tgħallimt ħafna fiż-żmien li qattajt ma' ManchesterCity. Dan huwa klabb professjonali u għandhom faċilitajiet mill-aqwa li jgħinu sabiex plejer jiżviluppa t-talenti tiegħu. Xi tgħidli dwar l-esperjenza ma' Rangers? Bla dubju din hija esperjenza oħra sabiħa li qed ngħaddi minnha. GlasgowRangers huwa klabb ferm rinomat fl-Iskozja b'organizazzjoni mill-aqwa u b'partitarji li jsegwu sew lit-tim tagħhom. Ninsab kuntent li f 'Jannar li ġej ser nerġa' nirritorna magħhom. INT kellek ukoll esperjenza ma' Queen of the South. X'tgħallimt minn dik l-esperjenza? Ifhem kienet esperjenza differenti f 'kampjonat differenti bħalma hu TheChampionship Skoċċiż, esperjenza li tgħallimt ħafna minnha u li tatni ċ-ċans navvanza bħala plejer. Semmejt li ser terġa' tmur ma' Rangers. Hemmhekk ser issib lil Steven Gerrard bħala kowċ. Kellek iċ-ċans titkellem miegħu? Iva, iltqajt miegħu u kellimtu fejn spjegali l-intenzjonijiet u l-għanijiet tiegħu għal dan l-istaġun. Gerrard huwa kowċ professjonali li persważ li ser imexxi lil Glasgow Rangers fid- direzzjoni t-tajba. Bħalissa tinsab ma' Birkirkara. M'hemmx dubju li dan l-istaġun għalikom s'issa kien mimli tlugħ u nżul. Iva, veru dan li qed tgħid. Minkejja kollox dan huwa parti mil-logħba tal-futbol. Importanti li nitgħallmu mill-mumenti li mhux dejjem ikunu pożittivi, nistinkaw kemm nifilħu bħala tim ħalli fl-aħħar mill-aħħar inġibu r-riżultati. Xi tgħidli dwar il-kowċ Paul 'Meta tara s-sodisfazzjon li tieħu mill-futbol tinduna Cristian Antony Muscat Myles Beerman - wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li għamel isem għal pajjiżna hekk kif libes il-okk ta' timijiet ta' fama u statura mondjali bħal Manchester City u Rangers. "Importanti li jekk ikollhom xewqa jmorru għaliha minkejja kull ostaklu li jista' jkun hemm. Ser jiġu mumenti fil-karriera fejn ser tħossok waħdek u ma jkollok aptit tagħmel xejn. Iżda dawn huma mumenti li jgħaddu." "Mhux faċli tgħix waħdek, 'il bogħod mill-familja jew il-ħbieb li tant huma għeżież għalik. Iżda jien ngħid li dan kollu huwa parti mill-ħajja ta' plejer tal-futbol. Is-sagrifiċċju huwa importanti u trid tkun lest għal kollox jekk verament trid ittejjeb il- livell tiegħek. Pass sabiħ li minkejja kollox jagħtik ħafna sodisfazzjon."