Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296
13 sfiduċja f 'Adrian Delia. Delia kellu jiffaċċja wkoll reżistenza meta tressqet mozzjoni dwar leave għal ġenituri li jmorru barra mill-pajjiż biex jgħaddu minn proċessi ta' IVF. Din il-votazzjoni mill-ewwel qanqlet l-oppożizzjoni ta' diversi fil-PN, għalkemm kienet biss Therese Comodini Cachia li qalet pubblikament li kienet se tivvota kontra l-mozzjoni, li kienet sabet id-difiża qawwija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Delia sostna li fuq din ma kienx hemm vot ħieles u allura l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kollu kien mistenni li jivvota favur il- mozzjoni. Apparti dawk li ma setgħux ikunu preżenti minħabba safar jew impenji, id-deputati Nazzjonalisti Karl Gouder, Mario De Marco, Therese Comodini Cachia, Chris Said u Karol Aquilina, għalkemm preżenti waqt id-dibattitu, ma daħlux għall-Plenarja biex jivvutaw fuq mozzjoni tal-PN. Din il-mozzjoni kienet ippreżentata mill-Viċi Kap David Agius u ssekondata mill- Kap tal-PN Adrian Delia. Imma l-akbar skoss Delia ħadu meta neħħa lil Simon Busuttil minn Kelliem għall-Governanza u talbu jissospendi lilu nnifsu mill-Grupp Parlamentari. Delia għamel dan ftit ħin wara li kienu ppubblikati l-konkulużjonijiet tal- inkjesta dwar Egrant li ma sabet ebda konnessjoni bejn din il- kumpanija fil-Panama u Michelle Muscat. Dakinhar 10 Deputati Parlamentari kienu sfidaw id- deċiżjoni ta' Delia, pubblikament u appoġġjaw lill-eks Kap tal-PN. Dawn id-Deputati kienu Mario De Marco, Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg, Marthese Portelli, Therese Commodini Cachia, Karl Gouder, Claudio Grech u Ryan Callus. Is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli kien saħansitra qal illi jekk irid jibqa' fil-Parlament Simon Busuttil jista' jmur mal-Partit Demokratiku. L-eks Kandidat fl-elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Frank Portelli f 'intervista mal- ILLUM kien qal li l-problema mhux Delia iżda dawk li m'aċċettawhx. Ara paġna 19 Intervista Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum Fi stqarrija l-Partit Demokratiku nnota n-nuqqas ta' infurzar kontinwu dwar rimi ta' skart illegali. "Rimi ta' skart illegali f 'Ta' Qali twaqqaf, u issa qed iduru għal postijiet oħra, għad- detriment tal-ambjent diġà mhedded tagħna," stqarr il-Kap tal-PD Godfrey Farrugia. "Sit ħdejn il-kosta viċin tas- Siġġiewi spiċċa mirdum f 'attakk dan l-aħħar, u saret ħsara irriparabbli għall- flora u l-fawna tal-madwar," kompla. Il-Partit Demokratiku reġa' staqsa lill- Pulizija meta se jibdew jieħdu azzjoni u jinfurzaw il-liġijiet li diġà jeżistu. Il-PD innota li l-liġijiet li qed jinkisru jinkludu l-ħsara li qed issir lill-pjanti protetti." Il-Partit Demokratiku temm jgħid li jemmen li l-problema tal-iskart tal- kostruzzjoni f 'Malta qed titħalla ssir agħar biex niġġustifikaw ir-riklamazzjoni tal-art fl-interess tal-iżviluppaturi minflok infittxu soluzzjonijiet ġenwini għal din il-kriżi. Il-Partit Demokratiku jinnota nuqqas ta' infurzar kontra rimi ta' skart illegali żgur...Taqta' fejn id-demm' – Deputat PN