Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 DIN il-gazzetta tinsab infurmata li ġiet fi tmiemha l-investigazzjoni fil-konfront tal-eks FIFA referì Malti mixli b'akkużi ta' tixħim, bl-eżitu tal-investigazzjoni interna mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta (MFA) jillibera lil dan ir-referì veteran mill- akkużi ta' tixħim. Sorsi qrib sew l-investigazzjoni spjegaw mal-ILLUM kif fl- investigazzjoni naqsu milli jagħtu x-xhieda tagħhom individwi ewlenin fil-każ. Fosthom, assenti kien hemm ix-xhieda ta' uffiċjal ewlieni minn wieħed mill-klabbs tal-logħba wara dawn l-allegazzjonijiet. B'hekk l-akkużi u l-investigazzjoni sfaxxaw fix-xejn minħabba nuqqas ta' evidenza. Kif konna ktibna fir-rapporti oriġinali, allegatament il- każ inkwistjoni jmur lura għall-finali tal-F.A Trophy ta' tliet snin ilu. Jidher li dak iż-żmien, iż-żewġ Presidenti tat-timijiet finalisti f 'din il-kompetizzjoni kienu avviċinaw lill-President tal- MFA Norman Darmanin Demajo u infurmawh illi kien diġà magħruf min se jkun ir-referì għall-finali tal-FA Trophy minkejja li suppost informazzjoni sensittiva bħal din ma toħroġx fil-pubbliku jekk mhux fl-aħħar jiem qabel il-logħba. 'Leak' bħal din hi meqjusa bħala bandiera ħamra kbira u tista' tqajjem suspett ta' tixħim. Minkejja dan, dak iż-żmien ma ttiħdux passi ulterjuri, bl-investigazzjoni terġa' tinfetaħ propju fl-aħħar xhur tas-sena 2018 fid-dawl ta' allegat 'informazzjoni ġdida.' Matul l-investigazzjoni, l-ILLUM kienet żvelat ukoll kif l-Federazzjoni Ewropea tal-Futbol, l-(UEFA), ma rċeviet l-ebda notifika mill- Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Malta (MFA) dwar l-investigazzjoni attwali fil- konfront tal-eks FIFA referì Malti, li huwa wkoll UEFA observer, mixli b'allegat tixħim. Apparti l-akkużi ta' tixħim, dan ir-referì li huwa referì osservatur tal-logħba, kien ukoll qiegħed jiffaċċja akkużi oħra ta' bullying fuq referis oħra. L-MFA kienet fetħet investigazzjoni separata wara li r-referì ħassu vendikat meta kienet ġiet assenjata marka baxxa lilu mill-istess referì. Fuq din l-akkuża, l-eks FIFA referì ngħata sospensjoni. Madankollu, ir-referì li rrapportah ingħata sospensjoni wkoll, dan talli affronta lill-istess referì osservatur tal-logħba u kellmu fuq il-marka allegatament 'vendikattiva' li kien ġiet assenjata lilu. Iż-żewġ sospensjonijiet skadew fil-Milied b'hekk it- tnejn se jkunu qed jirritornaw fis-sena 2019. 'Ħafna referìs frustrati li jinsab lura fosthom' Intant uffiċjal qrib sew l-MFA saħaq mal-ILLUM li, "ir-referì ma jistax iqis ruħu aktar bħala bniedem kredibbli mhux biss minħabba l-allegazzjonijiet li sirna nafu rigward tixħim u li ġie illiberat minnhom biss minħabba nuqqas ta' evidenza, iżda wara li dan tal-aħħar applika metodi negattivi ta' bullying lejn referis u eks sħabu stess. Apparti minn hekk referì li għażel li jitkellem magħna fuq bażi ta' anonimità spjega kif id-deċiżjoni li dan l-eks FIFA referì jirritorna fl- irwol tiegħu urtat lilu u lil sħabu r-referis. "Ħafna minna ninsabu frustrati li hu jinsab lura fostna. Dan hu bniedem 'bully'." L-istess referì żied jgħid kif, "ma jistgħux jemmnu kif il-persuna li kellha l-kuraġġ tikxef lil dan ir-referì u t-tatiċi tal-bullying tiegħu ngħatat l-istess piena daqs il-persuna li kkaġuna l-bullying." Il-każ kien imur lura għall-fi nali tal-FA Trophy ta' tliet snin ilu. Il-każ kien imur lura għall-fi nali tal-FA Trophy ta' tliet snin ilu. L-MFA twaqqa' l-każ tal-eks referì Malti mixli b'tixħim lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter MALTA għandha ssostni s-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorità, qal il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista tal-Parlament Ewropew Alfred Sant waqt attività soċjali fil-Belt Valletta. Dr Sant qal li għall-Ewropa, l-2019 tista' tkun diffikultuża daqs l-2018. Il-problema fundamentali hi li għalkemm fis-snin riċenti l-Ewropa esperjenzat tkabbir ekonomiku, l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali żdiedu. Dan qed ixekkel is-solidarjetà fi ħdan in-nazzjonijiet u bejn in- nazzjonijiet. "Is-sena 2018 kienet waħda delikata għall- Ewropa u l-mexxejja tagħha. Fi Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Isvezja fost oħrajn, sitwazzjonijiet ta' kunflitt u inċertezza dwar il- futur ħolqu kriżijiet politiċi. Għalkemm Malta hija l-iżgħar stat fl-Unjoni, irnexxielha iżżomm sitwazzjoni ta' prosperità u serenità. F'din is-sena l-ġdida rridu nsostnu l-fiduċja tagħna fil-futur ta' Malta u f 'dak li jista' jagħmel il-poplu tagħha jekk jibqa' magħqud u jħares 'il quddiem." L-MEP Malti qal li wisq Maltin għadhom ma jifhmux kemm id-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Ewropa qed jaffettwaw il-futur tagħhom u tal-familji tagħhom. Fl-aħħar ħames snin, għan ewlieni tal-uffiċċju ta' Malta tal-MEP Alfred Sant kien dak li jinforma l-pubbliku Malti dwar din ir-realtà. "Jitla' min jitla' fil-Parlament Ewropew f 'Mejju, tibqa' l-ħtieġa li dan l-għarfien jingħata," sostna l-Ewroparlamentari Malti. Dr Sant irringrazzja lil dawk preżenti għall- appoġġ tagħhom matul is-snin u wiegħed li se jibqa' jaħdem, fl-Ewropa u f 'Malta, biex jitpoġġew fuq quddiem l-interessi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, is-self-employed, il-penzjonanti, kif ukoll il-familji bi dħul baxx jew medju. Malta, taħt amministrazzjoni Laburista, qed tagħmel progress enormi u aħna rridu niżguraw il-ħin kollu li kulħadd igawdi b'mod ġust mit-tkabbir li qed isir. Malta għandha tinsisti għal Ewropa soċjali